<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-208/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0208</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:382">EU:C:2020:382</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200514">14.5.2020</DATE> – Kawża C‑208/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">NK (Proġett ta’ dar individwali (detached))</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi –Drittijiet tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/83/UE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(3)(f)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kuntratti li jirrigwardaw il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 16(c)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/>– Kuntratt bejn perit u konsumatur li jirrigwarda t-tfassil ta’ pjanta ta’ dar għal familja waħda ġdida</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑208/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (il-Qorti Reġjonali għal Kwistjonijiet Ċivili ta’ Graz, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190205">5 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20190304">4 ta’ Marzu 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">NK</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">MS,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">AS,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, L. Bay Larsen u N. Jääskinen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal NK, minn F. Schubert, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Aguilera Ruiz, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u C. Valero, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpetazzjoni tal-punti 3 u 4 tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 3(3)(f) u tal-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 304, p. 64</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn NK u MS u AS dwar il-ħlas, minn MS u AS, ta’ remunerazzjoni għas-servizzi ta’ perit li ġew ipprovduti lilhom minn NK.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3, 4, 7, 21 u 26 tad-Direttiva 2011/83 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni tikkontribwixxi biex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz tal-miżuri li tadotta skont l-Artikolu 114 tiegħu.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>[…] L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-kuntratti tal-konsumatur mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju hija meħtieġa għall-promozzjoni ta’ suq intern realment tal-konsumatur li jsib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-impriżi, filwaqt li jiżgura r-rispett għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>L-armonizzazzjoni sħiħa ta’ wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti. […] Barra dan il-konsumaturi għandhom igawdu minn livell komuni għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Kuntratt li jsir lil hinn mill-post tan-negozju għandu jiġi definit bħala kuntratt konkluż mal-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant u l-konsumatur, f’post li ma jkunx il-post tan-negozju tal-kummerċjant, pereżempju għand dar il-konsumatur jew fil-post tax-xogħol tiegħu. F’kuntest lil hinn mill-post tan-negozju, il-konsumatur jista’ jkunu taħt pressjoni psikoloġika potenzjali jew jista’ jiġi konfrontat b’ element ta’ sorpriża, indipendentement minn jekk talbux jew le ż-żjara tal-kummerċjant huma. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>Il-kuntratti li jikkonċernaw it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew tad-drittijiet fil-proprjetà immobbli jew il-ħolqien jew l-akwist ta’ tali proprjetà immobbli jew drittijiet, kuntratti għall-kostruzzjoni ta’ immobbli ġodda, għall-konverżjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti kif ukoll kuntratti għall-kiri tal-akkomodazzjoni għall-għanijiet residenzjali huma diġà suġġetti għal numru ta’ rekwiżiti speċifiċi fil-leġislazzjoni nazzjonali. Dawk il-kuntratti jinkludu bejgħ ta’<?PAGE NO="3"?> proprjetà immobbli li għad trid tiġi żviluppata jew ix-xiri bin-nifs. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhumiex adegwati għal dawn il-kuntratti, li għandhom għalhekk, jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Konverżjoni sostanzjali hija konverżjoni komparabbli mal-kostruzzjoni ta’ immobbli ġdid, pereżempju fejn titħalla faċċata waħda biss ta’ bini antik. Il-kuntratti ta’ servizzi partikolarment dawk li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ annessi għall-bini (pereżempju garaxx jew veranda) u dawk li jikkonċernaw it-tiswija u r-rinnovazzjoni ta’ bini apparti dak ta’ konverżjoni sostanzjali għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif ukoll kuntratti li jikkonċernaw servizzi ta’ aġenziji immobbiljari u kuntratti li jikkonċernaw il-kiri ta’ akkomondazzjoni mhux għal skopijiet residenzjali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti konklużi bejn konsumaturi u kummerċjanti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-għan ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f’kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kummerċjant<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li tkun suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta’ persuna li tkun qed taġixxi f’isimha jew għall-interessi tagħha, għall-iskopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fil-kuntatti koperti minn din id-Direttiva;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli mobbli, bl-eċċezzjoni tal-oġġetti mibjugħa permezz ta’ eżekuzzjoni jew b’mod ieħor bl-awtorità tal-liġi; jidħlu fost l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> koperti minn din id-Direttiva l-ilma, il-gass u l-elettriku fejn huma għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>oġġett li sar skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser kwalunkwe oġġett li ma ġiex prefabbrikat u sar fuq il-bażi ta’ għażla jew deċiżjoni individwali tal-konsumatur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kuntratt ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser kwalunkwe kuntratt li permezz tiegħu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala l-oġġett tiegħu kemm l-oġġetti kif ukoll is-servizzi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>kuntratt ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li abbażi tiegħu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser kwalunkwe kuntratt bejn il-kummerċjant u il-konsumatur:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>konkluż fil-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, f’post li mhuwiex dak tan-negozju tal-kummerċjant;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, it-trasformazzjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti u għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skop residenzjali;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/83 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u komprensibbli:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>f’każ li jeżisti dritt ta’ reċess, il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ tali dritt skont l-Artikolu 11(1), kif ukoll il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT>fejn dritt ta’ reċess mhuwiex previst skont l-Artikolu 16, l-informazzjoni li l-konsumatur mhuwiex se jibbenefika minn dritt ta’ reċess jew, jekk ikun il-każ, iċ-ċirkostanzi li fihom il-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Fejn konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass, elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel din it-talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Ħlief fejn japplikaw l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 16, il-konsumatur għandu jkollu perjodu ta’ 14-il jum biex jirreċedi minn kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju, mingħajr ma jagħti raġuni, u mingħajr ma jġarrab spejjeż differenti minn dawk previsti fl-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tal-istess direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Jekk kummerċjant ma pprovdiex lill-konsumatur bl-informazzjoni tad-dritt ta’ reċess kif rikjest mill-punt (h) tal-Artikolu 6(1), il-perjodu ta’ reċess għandu jiskadi tnax-il xahar mit-tmiem tal-perjodu ta’ reċess inizjali, kif determinat skont l-Artikolu 9(2).<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/83:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess għandu jittermina l-obbligi tal-partijiet:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jwettqu l-kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju; jew</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(3) u (4) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess wara li jkun għamel talba f’konformità mal-Artikolu 7(3), jew mal-Artikolu 8(8), il-konsumatur għandu jħallas lill-kummerċjant ammont proporzjonali għal kemm ġie fornut sal-mument li fih il-konsumatur ikun informa lill-kummerċjant bl-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt. L-ammont proporzjonali li l-konsumatur għandu jħallas lill-kummerċjant huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-prezz totali maqbul fil-kuntratt. Jekk dan il-prezz totali huwa eċċessiv, l-ammont proporzjonali għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-valur tas-suq ta’ dak li ġie fornut.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-konsumatur ma għandu jeħel l-ebda spiża għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>twettiq ta’ servizzi, jew il-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali, mpletament jew parzjalment, matul il-perjodu ta’ reċess, meta:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-kummerċjant naqas milli jipprovdi l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1), punti (h) u (j); jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>il-kummerċjant ma talabx espressament li l-eżekuzzjoni tibda matul il-perjodu ta’ reċess f’konformità mal-Artikolu 7(3) u mal-Artikolu 8(8); jew</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>L-Istati Membri ma għandhomx jipprevedu d-dritt ta’ reċess stabbilit fl-Artikolu 9 sa 15 għall-kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju fir-rigward ta’ dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz jekk l-eżekuzzjoni tkun nbdiet, bil-kunsens preċedenti tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa se jitlef id-dritt ta’ reċess wara l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-forniment ta’ oġġetti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Bundesgesetz über Fernabsatz- und ausserhalb von Geschäftsräumen geschlossene Verträge (il-Liġi Federali dwar il-Kuntratti mill-Bogħod u l-Kuntratti Konklużi Lil Hinn mill-Post tan-Negozju, BGBl. I, 33/2014, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>FAGG<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), li ttrasponiet id-Direttiva 2011/83 fl-ordinament ġuridiku Awstrijak, huwa għalhekk ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-liġi Federali tapplika għall-kuntratti mill-bogħod u għall-kuntratti konklużi lil hinn mill-post tan-negozju (tranżazzjonijiet mill-bogħod u tranżazzjonijiet konklużi lil hinn mill-post tan-negozju) konklużi bejn kummerċjanti u konsumaturi […].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din il-liġi Federali ma tapplikax […] għall-kuntratti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>li jirrigwardaw il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, it-trasformazzjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti jew il-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skop residenzjali,</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-FAGG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’kuntratt jew bid-dikjarazzjoni tiegħu li tesprimi r-rieda li jikkonkludi kuntratt, il-kummerċjant għandu jipprovdilu, b’mod ċar u komprensibbli, l-informazzjoni li ġejja:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>meta jeżisti d-dritt ta’ rtirar, il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT>jekk ikun il-każ, [informazzjoni dwar] l-obbligu tal-konsumatur skont l-Artikolu 16 li jħallas f’każ ta’ rtirar ammont proporzjonali għas-servizzi diġà pprovduti,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11)</NO.P><TXT>jekk ikun il-każ, [informazzjoni] dwar l-assenza ta’ dritt ta’ rtirar konformement mal-Artikolu 18, jew dwar iċ-ċirkustanzi li fihom il-konsumatur jitlef id-dritt ta’ rtirar tiegħu,</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-FAGG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Meta kuntratt mill-bogħod jew kuntratt konkluż lil hinn mill-post tan-negozju jkollu bħala għan […] servizz u l-konsumatur jitlob li l-kummerċjant jibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel l-iskadenza tat-terminu għall-irtirar previst fl-Artikolu 11, il-kummerċjant jitlob lill-konsumatur li jagħmel talba espressa għal dan il-għan – fuq mezz li jservi għal żmien twil fil-każ ta’ kuntratt konkluż lil hinn mill-post tan-negozju.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tal-FAGG jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Il-konsumatur jista’ jirtira minn kuntratt mill-bogħod jew minn kuntratt konkluż lil hinn mill-post tan-negozju f’terminu ta’ erbatax-il jum, mingħajr ma jimmotiva d-deċiżjoni tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tal-FAGG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Jekk il-kummerċjant ma jkunx osserva l-obbligu ta’informazzjoni tiegħu skont il-punt 8 tal-Artikolu 4(1), it-terminu għall-irtirar previst fl-Artikolu 11 għandu jiġi estiż b’tnax-il xahar.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-FAGG jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar tiegħu previst fl-Artikolu 11(1), fir-rigward ta’ kuntratt ta’ servizzi […] wara li jkun ressaq talba konformement mal-Artikolu 10 u wara li, sussegwentement għal din it-talba, il-kummerċjant ikun beda jeżegwixxi l-kuntratt, il-konsumatur għandu jħallas lill-kummerċjant ammont proporzjonali għas-servizzi pprovduti mill-kummerċjant sal-irtirar, meta mqabbel mal-prezz totali miftiehem fil-kuntratt. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-obbligu li jitħallas ammont proporzjonali previst fil-paragrafu 1 ma jeżistix meta l-kummerċjant ma jkunx osserva l-obbligu ta’ informazzjoni tiegħu skont il-punti 8 u 10 tal-Artikolu 4(1).</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-FAGG jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-konsumatur ma għandu l-ebda dritt ta’ rtirar meta l-kuntratti mill-bogħod jew il-kuntratti konklużi lil hinn mill-post tan-negozju jikkonċernaw:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>servizzi, meta l-kummerċjant – fuq il-bażi ta’ talba espressa tal-konsumatur skont l-Artikolu 10, kif ukoll fuq il-bażi ta’ konferma li permezz tagħha l-konsumatur jirrikonoxxi li f’każ ta’ eżekuzzjoni kompleta tal-kuntratt huwa jitlef id-dritt ta’ rtirar – ikun beda l-provvista tas-servizz qabel l-iskadenza tat-terminu għall-irtirar previst fl-Artikolu 11 u li din il-provvista sussegwentement tkun ġiet eżegwita b’mod sħiħ.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fit-<DATE ISO="20161222">22 ta’ Diċembru 2016</DATE>, MS u AS, konsumaturi fis-sens tad-Direttiva 2011/83, ikkonkludew ma’ NK, perit u kummerċjant fis-sens ta’ din id-direttiva, barra mill-uffiċċji professjonali ta’ din tal-aħħar, kuntratt li jirrigwarda t-tfassil ta’ proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE>, NK bagħtet lil MS u lil AS il-pjan ta’ kostruzzjoni redatt, sommarju tal-ispejjeż kif ukoll fattura ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3780</FT> fir-rigward tas-servizz ipprovdut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tat-<DATE ISO="20170212">12 ta’ Frar 2017</DATE>, MS u AS informaw lil NK bin-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħhom fir-rigward tal-kwalità ta’ dan is-servizz u informawha li kienu ser itemmu immedjatament ir-relazzjoni ta’ xogħol u li kienu qed jirtiraw il-kompiti ta’ ppjanar fdati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>NK adixxiet il-Bezirksgericht Graz-Ost (il-Qorti Distrettwali ta’ Graz-Lvant, l-Awstrija) sabiex MS u AS jiġu kkundannati jħallsuha onorarji għas-servizzi ta’ ppjanar imwettqa. Fil-kuntest tar-rikors tagħha, NK sostniet, prinċipalment, li l-FAGG ma kinitx applikabbli għall-kuntratt ta’ perit konkluż ma’ dawn tal-aħħar, peress li s-servizzi pprovduti kienu relatati mal-kostruzzjoni ta’ bini ġdid u,<?PAGE NO="8"?> konsegwentement, kienu jaqgħu taħt l-eċċezzjoni prevista fil-punt 7 tal-Artikolu 1(2) tal-FAGG. Fi kwalunkwe każ, anki jekk jitqies li l-FAGG kienet applikabbli, NK sostniet li MS u AS ma kellhomx, skont il-punt 3 tal-Artikolu 18(1) tal-FAGG, dritt ta’ rtirar fir-rigward ta’ dan il-kuntratt, peress li dan kien jippreżupponi t-tfassil ta’ pjanti personalizzati b’mod ċar skont il-bżonnijiet tagħhom. Fl-aħħar nett, NK ippreċiżat li l-pjanti mfassla kienu oġġetti, fis-sens tal-punti (3) u (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>MS u AS talbu li r-rikors jiġi miċħud billi osservaw li l-FAGG kienet applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, minbarra li l-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83 – li kien ġie traspost fl-ordinament ġuridiku Awstrijak fil-punt 7 tal-Artikolu 1(2) tal-FAGG – jirrigwarda l-prestazzjonijiet ta’ kostruzzjoni u mhux il-prestazzjonijiet ta’ ppjanar, il-kuntratti ta’ perit ma humiex imsemmija fil-lista ta’ kuntratti esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, kif tinsab fil-premessa 26 ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>MS u AS enfasizzaw li, billi NK ma osservatx l-obbligi ta’ informazzjoni tagħha skont il-punti 8 u 10 tal-Artikolu 4(1) tal-FAGG, it-terminu għall-irtirar ta’ erbatax-il jum previst fl-Artikolu 11(1) tal-FAGG kien ġie estiż bi tnax-il xahar konformement mal-Artikolu 12(1) tal-FAGG, b’mod li l-irtirar imwettaq fit-<DATE ISO="20170212">12 ta’ Frar 2017</DATE> huwa validu. Minbarra dan, NK kienet bdiet l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel l-iskadenza tat-terminu għall-irtirar, mingħajr ma eżiġiet minn MS u minn AS li jitolbu espressament din l-eżekuzzjoni antiċipata konformement mal-Artikolu 10 tal-FAGG. Fl-aħħar nett, l-obbligu ta’ MS u ta’ AS li jħallsu ammont proporzjonali f’każ ta’ rtirar, kif previst fl-Artikolu 16(1) tal-FAGG, ma jeżistix, peress li NK kienet naqset milli twettaq l-obbligi ta’ informazzjoni tagħha. MS u AS għalhekk ma għandhom iħallsu ebda remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20180612">12 ta’ Ġunju 2018</DATE>, il-Bezirksgericht Graz-Ost (il-Qorti Distrettwali ta’ Graz-Lvant) ċaħdet it-talba ta’ NK fl-intier tagħha. Ċertament, din il-qorti qieset li l-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FAGG, peress li ma kienx jirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 1(2) tagħha. Bl-istess mod, hija kkunsidrat li, konformement mal-punt 3 tal-Artikolu 18(1) tal-FAGG, MS u AS ma kellhomx dritt ta’ rtirar, sa fejn il-pjan ta’ kostruzzjoni tad-dar individwali (detached) kellu jiġi stabbilit skont ix-xewqat partikolari tal-persuni kkonċernati. Madankollu, l-imsemmija qorti ddeċidiet li, peress li l-obbligi ta’ informazzjoni previsti fil-punti 8 u 10 tal-Artikolu 4(1) tal-FAGG ma kinux ġew issodisfatti, MS u AS ma kellhom iħallsu ebda remunerazzjoni skont l-Artikolu 16(1) tal-FAGG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>NK appellat minn din is-sentenza quddiem il-Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (il-Qorti Reġjonali għal Kwistjonijiet Ċivili ta’ Graz, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kwistjoni jekk kuntratt relatat ma’ prestazzjoni ta’ perit li tikkonsisti fit-tfassil ta’ proġett ta’ bini ġdid li għandu jinbena jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kuntratt li jirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83. Argument favur tweġiba affermattiva huwa li l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid timplika dejjem neċessarjament it-tfassil ta’ proġett u t-tfassil ta’ pjanti ta’ kostruzzjoni, b’tali mod li kuntratt li jirrigwarda l-prestazzjonijiet ta’ ppjanar neċessarji għal proġett ta’ kostruzzjoni neċessarjament jagħmel parti minn prestazzjonijiet marbuta mal-kostruzzjoni ta’ bini ġdid. Madankollu, tweġiba negattiva għal din il-mistoqsija tista’ tkun ibbażata fuq l-argument li, fil-każ fejn il-prestazzjoni prinċipali skont kuntratt ta’ perit tipprevedi unikament it-tfassil ta’ pjanti, tali prestazzjoni ma taqax, fis-sens strett, taħt il-kostruzzjoni ta’ bini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta negattiva kellha tiġi adottata u, konsegwentement, il-FAGG kellha tapplika għall-kawża prinċipali, għandu jiġi stabbilit, sussegwentement, jekk huwiex korrett li MS u AS irtiraw mill-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali u jekk għandhomx iħallsu remunerazzjoni għal servizzi diġà pprovduti minn NK. F’dan il-kuntest, il-kwistjoni tqum b’mod partikolari dwar jekk il-kuntratt jaqax taħt<?PAGE NO="9"?> il-kategorija ta’ dawk li jikkonċernaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>il-forniment ta’ oġġetti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> li għalihom l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 2011/83 jeskludi kull dritt ta’ rtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (il-Qorti Reġjonali għal Kwistjonijiet Ċivili ta’ Graz) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>1)</NO.P><TXT>Kuntratt bejn perit u konsumatur, li jgħid li l-perit għandu jwettaq [ifassal] (biss) l-ippjanar [proġett] ta’ dar individwali (detached) ġdida li għandha tinbena, b’mod partikolari billi jfassal il-pjanti, huwa kuntratt <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 3(3)(f) tad-[2011/83]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:</TXT><P>Kuntratt bejn perit u konsumatur, li jgħid li l-perit jintrabat li jwettaq [ifassal], skont ir-rekwiżiti u x-xewqat tal-mandanti tiegħu, l-ippjanar [il-proġett] ta’ dar individwali (detached) ġdida li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, għandu jfassal il-pjanti, huwa kuntratt għall-provvista ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>oġġetti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tal-Artikolu 16(c) u tal-Artikolu 2(3) u (4) tad-Direttiva [2011/83]?<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li kuntratt konkluż bejn perit u konsumatur li abbażi tiegħu l-ewwel wieħed jimpenja ruħu li jfassal unikament, għat-tieni, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, li jfassal pjanti jikkostitwixxi kuntratt li jirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83, din id-direttiva ma tapplikax, b’mod partikolari, għall-kuntratti li jirrigwardaw il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-ewwel nett għandu jiġi kkonstatat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>kuntratt li jirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ma huwiex iddefinit minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, il-premessa 26 tad-Direttiva 2011/83 tindika li l-kuntratti li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid jew il-konverżjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti, u li jirrigwardaw, pereżempju, bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli li għandhom jinbnew jew bejgħ bi kreditu, huma diġà suġġetti għal ċertu numru ta’ rekwiżiti speċifiċi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li, peress li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma humiex xierqa f’dak li jikkonċerna dawn il-kuntratti, dawn għandhom konsegwentement jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva. Din il-premessa tippreċiża f’dan ir-rigward li konverżjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti għandha tinftiehem bħala konverżjoni paragunabbli mal-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, pereżempju meta titħalla biss il-faċċata ta’ bini antik.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont din l-istess premessa, il-kuntratti ta’ servizzi relatati b’mod partikolari mal-kostruzzjoni ta’ annessi ma’ bini (pereżempju garaxx jew veranda) u dawk li jikkonċernaw it-tiswija u r-rinnovazzjoni ta’ bini bl-esklużjoni ta’ konverżjonijiet sostanzjali għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83, kif ukoll dawk relatati mas-servizzi ta’ aġent immobbiljari u l-kuntratti li jikkonċernaw il-kiri ta’ akkomodazzjoni mhux għal skop residenzjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, NK tibbaża ruħha fuq il-premessa 26 tad-Direttiva 2011/83 sabiex issostni li kuntratt konkluż bejn perit u konsumatur, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu l-ewwel wieħed jimpenja ruħu li jfassal unikament, għat-tieni, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, li jfassal pjanti, jikkostitwixxi kuntratt li jirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, fis-sens tal-Artikolu 3(3)(f) ta’ din id-direttiva, u għalhekk huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2011/83, moqri fid-dawl tal-premessi 3, 4 u 7 tagħha, din id-direttiva hija intiża li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. Barra minn hekk, fil-politiki tal-Unjoni, il-protezzjoni tal-konsumaturi, li jinsabu f’pożizzjoni ta’ inferjorità fil-konfront ta’ kummerċjanti, sa fejn għandhom jitqiesu bħala li huma inqas informati, ekonomikament iktar dgħajfa u b’inqas esperjenza legali mill-partijiet kontraenti tagħhom, hija stabbilita fl-Artikolu 169 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>slewo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑681/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:255">EU:C:2019:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minbarra dan, meta l-kliem li għandhom jiġu interpretati jinsabu f’dispożizzjoni li tikkostitwixxi deroga minn prinċipju jew, b’mod iktar speċifiku, minn regoli tad-dritt tal-Unjoni intiżi sabiex jipproteġu lill-konsumaturi, dawn għandhom jiġu interpretati b’mod strett (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>EasyCar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:150">EU:C:2005:150</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>slewo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑681/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:255">EU:C:2019:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Verbraucherzentrale Berlin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:199">EU:C:2020:199</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Isegwi li l-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83, sa fejn jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva l-kuntratti li jirrigwardaw il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, għandu jiġi interpretat b’mod strett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sa fejn il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tirreferi espressament għall-kuntratti li jirrigwardaw il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>kostruzzjoni ta’ bini ġdid<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, l-għan ta’ tali kuntratti għandu neċessarjament ikun il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid. Mill-premessa 26 tad-Direttiva 2011/83 jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tagħha, bħall-Artikoli 9 sa 16 tagħha dwar id-dritt ta’ rtirar, ma humiex xierqa għal kuntratti ta’ din in-natura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, kuntratt li permezz tiegħu l-perit jimpenja ruħu li jfassal unikament, għall-konsumatur, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena, li jista’ qatt ma jiġi segwit minn kostruzzjoni effettiva, jinsab wisq qabel il-proċess ta’ kostruzzjoni ta’ bini ġdid sabiex ikun jista’ jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>kuntratt li jirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li NK illimitat ruħha, konformement mal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sabiex ifassal għal MS u għal AS proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena, billi fasslet pjanti għal dan il-għan. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju fformulat id-domandi preliminari tagħha billi bbażat ruħha fuq l-ipoteżi li r-rwol tal-perit huwa limitat għal tali kompitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jitqies bħala li jirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83 tal-kuntratti kollha tas-servizzi ta’ perit marbuta mal-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, bħall-kuntratti li permezz tagħhom il-perit jimpenja ruħu li jfassal unikament, għall-konsumatur, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena, anki fl-assenza ta’ rabta stretta ta’ tali kuntratti mal-kostruzzjoni effettiva ta’ bini ġdid, tista’ tirriżulta biss minn interpretazzjoni wiesgħa tal-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83 u għalhekk tmur kontra l-għan ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għalkemm huwa minnu li kuntratt konkluż bejn perit u konsumatur, li permezz tiegħu l-ewwel wieħed jimpenja ruħu li jfassal unikament, għat-tieni, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, li jfassal pjanti, jista’ jippreċedi l-kostruzzjoni futura ta’ bini ġdid, tali kuntratt ma jistax għaldaqstant jitqies bħala li jirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, fis-sens tal-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, l-ewwel domanda għandha tiġi risposta li l-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt konkluż bejn perit u konsumatur li permezz tiegħu l-ewwel wieħed jimpenja ruħu li jfassal unikament, għat-tieni, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, li jfassal pjanti ma jikkostitwixxix kuntratt li jirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punti 3 u 4 tal-Artikolu 2 kif ukoll l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 2011/83 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li kuntratt konkluż bejn perit u konsumatur li permezz tiegħu l-ewwel wieħed jimpenja ruħu li jfassal għat-tieni, skont ir-rekwiżiti u x-xewqat tiegħu, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, li jfassal pjanti jikkostitwixxi kuntratt ta’ forniment ta’ oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar, fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikoli 9 sa 16 tad-Direttiva 2011/83 jagħtu lill-konsumatur dritt ta’ rtirar wara, b’mod partikolari, il-konklużjoni ta’ kuntratt konkluż lil hinn mill-post tan-negozju, fis-sens tal-punt 8 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Verbraucherzentrale Berlin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑485/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:642">EU:C:2018:642</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>L-għan tal-imsemmija dispożizzjonijiet huwa espost, b’mod partikolari fil-premessa 21 tal-imsemmija direttiva, li skont din, meta jinsab barra mill-post tan-negozju tal-kummerċjant, il-konsumatur jista’ jkun suġġett għal pressjoni psikoloġika potenzjali jew jista’ jiġi kkonfrontat b’element ta’ sorpriża, indipendentement minn jekk talabx jew le ż-żjara tal-kummerċjant (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Verbraucherzentrale Berlin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑485/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:642">EU:C:2018:642</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2011/83, ħlief fil-każijiet fejn japplikaw l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 16 tagħha, il-konsumatur għandu għalhekk terminu ta’ erbatax-il jum sabiex jirtira ruħu minn kuntratt konkluż lil hinn mill-post tan-negozju, mingħajr, b’mod partikolari ma jġarrab spejjeż differenti minn dawk previsti fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 14 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2011/83 jirriżulta li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar għandu l-effett li jtemm l-obbligu tal-partijiet li jeżegwixxu l-kuntratt konkluż lil hinn mill-post tan-negozju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 16 tal-imsemmija direttiva jipprevedi eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ rtirar, b’mod partikolari fl-ipoteżi, imsemmija fil-punt (c) ta’ dan l-artikolu, ta’ kuntratti konklużi lil hinn mill-post tan-negozju li jirrigwardaw il-forniment ta’ oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, NK issostni li din l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ rtirar hija applikabbli f’dan il-każ sa fejn il-pjanti ta’ kostruzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ oġġetti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 2011/83, li jikkostitwixxi eċċezzjoni għad-dritt ta’ rtirar, għandu, inkwantu dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tillimita d-drittijiet mogħtija għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, jiġi interpretat b’mod strett, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 40 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Mid-definizzjonijiet stabbiliti fil-punti (3) u (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>oġġett li sar skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal oġġett tanġibbli mobbli, li ma ġiex prefabbrikat u mwettaq abbażi ta’ għażla individwali jew ta’ deċiżjoni tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Ċertament, kuntratt konkluż bejn perit u konsumatur li permezz tiegħu l-ewwel wieħed jimpenja ruħu li jfsassal għat-tieni, skont ir-rekwiżiti u x-xewqat tiegħu, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena, jimplika neċessarjament it-tfassil mill-perit ta’ pjanti ta’ kostruzzjoni, li sussegwentement jintbagħtu lill-konsumatur sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jużahom għall-finijiet tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni sussegwenti. Dawn il-pjanti jistgħu jiġu pprovduti bħala dokumenti stampati fuq karta jew jieħdu l-forma ta’ fajls diġitali. Fl-ewwel każ, dawn jikkostitwixxu oġġetti tanġibbli mobbli li jitwettqu mill-perit fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet u tal-għażliet tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li l-għan prinċipali ta’ tali kuntratt jikkonsisti fit-twettiq, mill-perit, ta’ prestazzjoni intellettwali li tikkonsisti fit-tfassil ta’ proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena, peress li l-provvista tal-pjanti bħala oġġetti hija biss sekondarja meta mqabbla mal-prestazzjoni prinċipali li għandha titwettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax, għaldaqstant, jitqies bħala li jirrigwarda l-forniment ta’ oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar, fis-sens tal-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 2011/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, tali kuntratt jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>kuntratt ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, kuntratt li għalih din id-direttiva tipprevedi wkoll, fl-Artikolu 16(a) tagħha, eċċezzjoni għad-dritt ta’ rtirar fil-każ fejn is-servizz ikun ġie eżegwit b’mod sħiħ, bil-kundizzjoni madankollu li l-eżekuzzjoni tkun bdiet bil-kunsens espliċitu preċedenti tal-konsumatur u li dan ikun irrikonoxxa wkoll li ser jitlef id-dritt ta’ rtirar tiegħu ladarba l-kuntratt ikun ġie eżegwit b’mod sħiħ mill-kummerċjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>kuntratt ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> huwa ddefinit fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 b’mod wiesa’, bħala li jirreferi għal kull kuntratt li ma huwiex kuntratt ta’ bejgħ li permezz tiegħu l-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz tiegħu. Mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li dan il-kunċett għandu jinftiehem bħala li jinkludi l-kuntratti kollha li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>kuntratt ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, iddefinit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Verbraucherzentrale Berlin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:199">EU:C:2020:199</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Issa, kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandu bħala għan unikament it-tfassil ta’ proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena, ma jirrigwardax it-trasferiment tal-proprjetà ta’ oġġetti, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jidher li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ rtirar prevista fl-Artikolu 16(a) tad-Direttiva 2011/83, jiġifieri l-kunsens espliċitu preċedenti tal-konsumatur fir-rigward tal-eżekuzzjoni tas-servizz inkwistjoni, minn naħa, u l-informazzjoni mill-kummerċjant f’dak li jikkonċerna l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar, min-naħa l-oħra, ma kinux ġew issodisfatti, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, it-tieni domanda għandha tiġi risposta li l-punti 3 u 4 tal-Artikolu 2 kif ukoll l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 2011/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens li kuntratt konkluż bejn perit u konsumatur li permezz tiegħu l-ewwel wieħed jimpenja ruħu li jfassal<?PAGE NO="13"?> għat-tieni, skont ir-rekwiżiti u x-xewqat tiegħu, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, li jfassal pjanti, ma jikkostitwixxix kuntratt ta’ forniment ta’ oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt konkluż bejn perit u konsumatur li permezz tiegħu l-ewwel wieħed jimpenja ruħu li jfassal unikament, għat-tieni, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, li jfassal pjanti ma jikkostitwixxix kuntratt li jirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punti 3 u 4 tal-Artikolu 2 kif ukoll l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 2011/83/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li kuntratt konkluż bejn perit u konsumatur li permezz tiegħu l-ewwel wieħed jimpenja ruħu li jfassal għat-tieni, skont ir-rekwiżiti u x-xewqat tiegħu, proġett ta’ dar individwali (detached) li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, li jfassal pjanti ma jikkostitwixxix kuntratt ta’ forniment ta’ oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>