European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2871

8.11.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2871

tal-5 ta’ Novembru 2024

li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Belġjan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fit-12 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2024/863 (2), li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Oliver PAASCH, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Belġjan ippropona lis-Sa Liesa SCHOLZEN, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Abgeordnete im Parlament der Deutschsprachigen Gemeinschaft Belgiens (Membru tal-Parlament tal-Komunità Ġermanofona tal-Belġju), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Liesa SCHOLZEN, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali, Abgeordnete im Parlament der Deutschsprachigen Gemeinschaft Belgiens (Membru tal-Parlament tal-Komunità Ġermanofona tal-Belġju), hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13 (ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/863 tat-12 ta’ Marzu 2024 li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L, 2024/863, 15.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/863/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2871/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)