Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU I - TIFSIR U GĦANIJIET TA' L-UNJONI - Artikolu I-3
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0011 - 0012
Artikolu I-3 L-Għanijiet ta' l-Unjoni 1. L-għan ewlieni ta' l-Unjoni hu li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-ġid tal-popli tagħha. 2. L-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha żona ta' libertà, ta' sigurtà u ta' ġustizzja mingħajr fruntieri interni, u suq intern fejn il-kompetizzjoni hija libera u mhux imxekkla. 3. L-Unjoni għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli ta' l-Ewropa mibni fuq it-tkabbir ekonomiku bilanċjat, l-istabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq b'kompetittività għolja, u jimmiraw li kulħadd jaħdem għall-progress soċjali, b'livell għoli ta' protezzjoni u ta' titjib tal-kwalità ta' l-ambjent. Għandha tippromwovi l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku wkoll. Għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. Għandha tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri. Għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika u għandha tiżgura li l-patrimonju kulturali Ewropew jiġi mħares u żviluppat. 4. Fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, l-Unjoni għandha ssostni u tippromwovi l-valuri u l-interessi tagħha. Għandha tikkontribwixxi għall-paċi, s-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli tal-pjaneta, s-solidarjetà u r-rispett reċiproku bejn il-popli, il-kummerċ liberu u ġust, il-qerda tal-faqar u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem b'mod partikolari dawk tat-tfal, kif ukoll għall-osservanza stretta u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali, partikolarment ir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. 5. L-Unjoni għandha ssegwi l-għanijiet tagħha b'mezzi approprjati, fuq bażi tal-kompetenzi rilevanti li huma kkonferiti lilha fil-Kostituzzjoni. --------------------------------------------------