13.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

10


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/13/KE

tas-7 ta' Marzu 2007

li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku

(Test b'rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku (1) u b'mod partikulari l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 71/31/KEE tagħmel dispożizzjoni, fil-punt 3.1.1.1(a) ta' l-Anness II, għall-ittri kbar ta' distinzjoni ta' l-Istati Membri sabiex jiġu użati għall-marka ta' verifika inizjali tal-KEE mwaħħla ma' strument tal-kejl u tindika li din ta' l-aħħar hija konformi mal-ħtiġiet tal-KEE.

(2)

Id-Direttiva 71/316/KEE tagħmel dispożizzjoni, f'punt 3.2.1 ta' l-Anness II, għad-disinji, li juru l-forma, id-dimensjoni u l-linji ta' barra ta' l-ittri tal-marki ta' verifika inizjali KEE kif stipulat fil-punt 3.1 ta' dak l-Anness.

(3)

Id-disinji ta' l-ittri ta' distinzjoni ma kinux stipulati fl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja, u fl-Att ta' l-Adeżjoni 2003. Skond l-Anness II, Kapitolu 1, punt D1.b ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja, u fl-Att ta' l-Adeżjoni 2003, id-disinji li jirreferu għall-Anness II punt 3.2.1 tad-Direttiva 71/316/KEE huma ssupplimentati bl-ittri meħtieġa.

(4)

Għalhekk huwa neċessarju li jiġi emendat il-punt 3.2.1 ta' l-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE sabiex tinkludi d-disinji ta' l-ittri ta' distinzjoni.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament tal-Progress Tekniku stabbilit mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 71/316/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-10 ta' Marzu 2008. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)   ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni 2003.


ANNESS

Fl-ewwel disinn mehmuż ma’ l-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE l-ittri “A, S, FI, CZ, EST, CY, LV, LT, H, M, PL, SI, SK” huma ssupplimentati bid-disinji li ġejjin:

Image 1

0,27

0,033

0,128

A

0,128

0,128

0,184

0,27

S

0,128

0,0362

0,06

0,128

0,166

0,27

F

0,128

0,128

0,128

0,183

0,128

I

0,128

0,100

0,27

C

0,06

0,183

0,06

0,165

Z

0,128

0,433

0,128

0,128

0,188

0,27

E

0,128

0,128

0,128

0,166

0,093

S

0,128

0,0362

0,06

0,128

0,166

I

0,128

0,128

0,166

0,27

C

0,06

0,183

0,06

0,128

0,165

0,033

0,128

Y

0,433

0,433

0,128

0,184

0,27

0,128

L

0,128

0,093

0,166

0,033

0,128

V

0,187

0,27

0,128

L

0,128

0,093

0,166

I

0,128

0,128

0,166

0,27

0,033

H

0,128

0,128

0,166

0,033

0,27

M

0,128

0,128

0,033

0,180

0,27

0,128

P

0,033

0,128

0,128

0,166

0,128

L

0,128

0,093

0,166

0,27

S

0,128

0,0362

0,06

0,128

0,166

0,128

I

0,128

0,100

0,27

S

0,128

0,0362

0,06

0,128

0,166

0,033

K

0,033

0,433

0,433

0,128

0,166