|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2086 |
26.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2024/2086
tal-24 ta’ Lulju 2024
li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1330 (1) ħatret lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, is-Sur Josep BORRELL FONTELLES, sal-31 ta’ Ottubru 2024. |
|
(2) |
Jenħtieġ li jinħatar Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-perjodu mit-tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta’ Ottubru 2029. |
|
(3) |
B’ittra tat-22 ta’ Lulju 2024, il-President elett tal-Kummissjoni qablet mal-ħatra tas-Sa Kaja KALLAS bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 17(7), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala grupp għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Kaja KALLAS hija b’dan maħtura Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-perjodu mit-tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2029.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
C. MICHEL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1330 tal-5 ta’ Awwissu 2019 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, (ĠU L 207, 7.8.2019, p. 36).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2086/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)