2008R0826 — MT — 01.10.2016 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 826/2008 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223 21.8.2008, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 138/2009 tat-18 ta’ Frar 2009 |
L 48 |
3 |
19.2.2009 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 484/2010 tat-3 ta’ Ġunju 2010 |
L 138 |
1 |
4.6.2010 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 |
L 159 |
13 |
25.6.2010 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2013 tal-24 ta’ Jannar 2013 |
L 22 |
6 |
25.1.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1333/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 |
L 335 |
8 |
14.12.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 501/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 |
L 145 |
14 |
16.5.2014 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2000 tad-9 ta' Novembru 2015 |
L 292 |
4 |
10.11.2015 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1238 tat-18 ta' Mejju 2016 |
L 206 |
15 |
30.7.2016 |
|
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 826/2008
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008
li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli
▼M8 —————
ANNESS III
RAPPURTAĠĠ TAD-DATA
A. Żejt taż-żebbuġa
(a) Mhux iktar tard minn kull nhar ta’ Erbgħa, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni il-prezzijiet medji reġistrati fis-swieq rappreżentattivi tagħhom ewlenin il-ġimgħa ta’ qabel għall-kategoriji differenti ta’ żejt mniżżla fl-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(b) Qabel il-15 ta’ Settembru, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni, għas-sena tas-suq preċedenti, dwar il-produzzjoni definittiva u l-konsum intern totali taż-żejt taż-żebbuġa kif ukoll dwar il-ħażniet li jkun baqa’ fl-aħħar tas-sena.
(c) Minn Ottubru sa Mejju ta’ kull sena tas-suq, sa mhux iktar tard mill-15-il jum tax-xahar, l-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:
(i) stima tal-kwantitajiet ta’ kull xahar taż-żejt taż-żebbuġa prodott mill-bidu tas-sena tas-suq sa u inkluż ix-xahar ta’ qabel;
(ii) stima tal-produzzjoni kollha u l-konsum intern kollu taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena kollha tas-suq u stima tal-ħażniet fi tmiem is-sena tas-suq.
(d) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ kollezzjoni ta’ data li huma jiddeċiedu li hija l-iktar xierqa biex jiġbru u jippreparaw in-notifiki msemmija fil-punti (b) u (c) u għandhom jispeċifikaw, fejn xieraq, l-obbligi ta’ komunikazzjoni tad-data ta’ l-operaturi fis-settur taż-żebbuġ.
(e) Id-data msemmija fil-punti (a), (b) and (c) għandhom ikunu mibgħuta fuq il-formoli li tipprovdi l-Kummissjoni.
(f) Il-Kummissjoni tista’ tuża sorsi ta’ informazzjoni oħra.
▼M8 —————