European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5672

19.9.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.11279 – CTS EVENTIM / FNAC DARTY / FRANCE BILLET)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5672)

1.   

Fl-10 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CTS Eventim AG & Co. KGaA (“CTS Eventim”, il-Ġermanja),

—

FNAC Darty Participations et Services SA (“Fnac Darty Participations et Services”, Franza), proprjetà ta’ Fnac Darty SA (“Fnac Darty”, Franza), il-ġenitur aħħari tal-grupp Fnac Darty,

—

France Billet SAS (“France Billet”, Franza), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata biss minn Fnac Darty.

CTS Eventim u Fnac Darty se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ France Billet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

CTS Eventim hija attiva fis-setturi tal-ħruġ tal-biljetti u tad-divertiment dirett fl-Ewropa,

—

Fnac Darty huwa bejjiegħ bl-imnut Ewropew ta’ oġġetti kulturali u ta’ divertiment, elettronika tal-konsumatur u apparat domestiku.

—

France Billet hija attiva fis-suq tal-biljetti prinċipalment fi Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11279 – CTS EVENTIM / FNAC DARTY / FRANCE BILLET

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5672/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)