<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTC.1001034101.case.xml"><NO.CASE>C-306/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0306</NO.CELEX><NO.SEQ>0030.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10359</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10384</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20101021">21.10.2010</DATE> — KAWŻA C-306/09</LEFT><RIGHT>B.</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-306/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 35 UE, imressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090724">24 ta’ Lulju 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20090731">31 ta’ Lulju 2009</DATE>, fil-proċedura dwar l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ fil-konfront ta’</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">I. B.,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, K. Schiemann, L. Bay Larsen (Relatur), C. Toader, u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: M.-A. Gaudissart, kap ta’ diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="I-10360"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal I. B., minn P. Huget, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne, bħala aġent, assistit minn J. Bourtembourg u F. Belleflamme, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn E. Riedl, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Dowgielewicz, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk u C. Meyer-Seitz, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="I-10361"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn I. Rao, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn O. Petersen u I. Gurov, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Troosters u S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20100706">6 ta’ Lulju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3, 4(6) u 5(1) u (3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34) kif ukoll fuq il-validità tal-Artikoli 4(6) u 5(3).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura dwar l-eżekuzzjoni mit-Tribunal de première instance de Nivelles (qorti tal-ewwel istanza ta’ Nivelles) (il-Belġju), ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ fit-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE> mit-Tribunalul Bucureşti<?PAGE NO="I-10362"?> (qorti tal-ewwel istanza ta’ Bukarest) (ir-Rumanija) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>awtorità ġudizzjarja emittenti Rumena<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) fil-konfront ta’ I. B., ċittadin Rumen residenti fil-Belġju, għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta’ piena għal erba’ snin ta’ reklużjoni imposta mill-qorti b’deċiżjoni fil-kontumaċja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, ippubblikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> tal-<DATE ISO="19990501">1 ta’ Mejju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="56" DATE.PUB="1999">ĠU L 114, p. 56</REF.DOC.OJ>), jirriżulta li r-Renju tal-Belġju għamel dikjarazzjoni, skont l-Artikolu 35(2) UE li biha aċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi skont il-modalitajiet previsti fl-Artikolu 35(3)(b) UE.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji annessi mat-Trattat FUE, il-poteri tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt it-Titolu VI tat-Trattat UE ma nbidlux fir-rigward tal-atti tal-Unjoni li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, inklużi fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) UE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10363"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 5, 10 u 12 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 jaqraw kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(1)</NO.P><TXT>Skond il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere tal-15 u s-<DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE>, u b’mod partikolari l-punt 35 tagħhom, il-proċedura formali ta’ l-estradizzjoni għandha tkun abolita fostl-Istati Membri fir-rigward ta’ persuni li qed jaħarbu mill-ġustizzja wara li jkunu ġew ikkundannati definittivament u l-proċeduri ta’ l-estradizzjoni għandhom jiġu mħaffin fir-rigward ta’ persuni suspettati li wettqu reat.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-għan stabbilit biex l-Unjoni ssir żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jwassal għall-abolizzjoni ta’ l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u li din tiġi sostitwita b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ssimplifikata ġdida ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew suspettati għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali jew biex jiġu sottoposti għal azzjoni kriminali, jagħmilha possibbli li jitneħħew il-komplessità u l-potenzjal għad-dewmien inerenti fil-proċeduri preżenti ta’ l-estradizzjoni. Ir-relazzjonijiet tradizzjonali ta’ kooperazzjoni li eżistew s’issa bejn l-Istati Membri għandhom jiġu sostitwiti b’sistema ta’ moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali, li tkopri kemm deċiżjonijiet qabel ma tingħata s-sentenza kif ukoll dawk finali, fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><?PAGE NO="I-10364"?><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmu tal-mandat ta’ arrest Ewropew hu bbażat fuq livell għoli ta’ kunfidenza bejn l-Istati Membri. L-implimentazzjoni tiegħu jista’ jiġi sospiż biss fil-każ ta’ ksur serju u persistenti minn wieħed mill-Istati Membri tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, determinat mill-Kunsill skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat imsemmi bil-konsegwenzi stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tiegħu.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Din id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Kapitolu VI tiegħu. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…].<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mandat ta’ arrest Ewropew hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru bl-iskop ta’ l-arrest u l-konsenja minn Stat Membru ieħor ta’ persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta’ azzjoni kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kwalunkwe mandat ta’ arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas].</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-10365"?><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Deċiżjoni Kwadru m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif imniżżla fl-Artikolu 6 [UE].<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jinħareġ għal atti li huma punibbli mil-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti […] jew, fejn ingħatat sentenza jew ġiet magħmula ordni ta’ detenzjoni, għal sentenzi ta’ mill-inqas erba’ xhur.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess Deċiżjoni Qafas jelenka tliet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[r]aġunijiet għan-non-esekuzzjoni obbligatorja biex ma jiġix esegwit mandat ta’ arrest Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Raġunijiet għan-nuqqas ta’ esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jistabilixxi, f’seba’ punti, dawn ir-raġunijiet. L-Artikolu 4(6) jiddisponi f’dan ir-rigward:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni tista’ tirrifjuta li tesegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="I-10366"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew ġie maħruġ għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, fejn il-persuna rikjesta qed toqgħod fi, jew hi ċittadina jew residenta ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni u dak l-Istat jintrabat li jesegwixxi l-piena jew l-ordni ta’ detenzjoni skond il-liġi domestika tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Garanziji li għandhom jingħataw mill-Istat Membru [emittenti] f’każijiet partikolari<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni tista’, mil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni, tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fejn il-mandat ta’ arrest Ewropew inħareġ għall-finijiet ta’ l-eżekuzzjoni ta’ piena jew ordni ta’ detenzjoni imposta minn deċiżjoni mogħtija in absentia u jekk il-persuna kkonċernata ma ġietx imħarrka personalment jew infurmata b’mod ieħor bid-data u l-post tas-smigħ li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia, il-konsenja tista’ tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-awtorità ġudizzjarja emittenti tagħti assigurazzjoni kkunsidrata adatta biex tiggarantixxi li l-persuna soġġetta għall-mandat ta’ arrest Ewropew ikollha opportunità biex tapplika għal kawża mill-ġdid fl-Istat Membru emittenti u li tkun preżenti għas-sentenza;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>fejn persuna li hi s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ azzjoni kriminali hi ċittadina jew residenta ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni, il-konsenja tista’ tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-persuna, wara li tkun instemat, tiġi<?PAGE NO="I-10367"?> ritornata lill-Istat Membru ta’ esekuzzjoni sabiex tiskonta hemmhekk il-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni mogħtija lilha fl-Istat Membru emittenti.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kontenut u forma tal-mandat ta’ arrest Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja stabbilita skond il-formola li tinsab fl-Anness:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-indikazzjoni ta’ l-eżistenza ta’ sentenza esegwibbli, mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja esegwibbli oħra li jkollhom l-istess effett, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikoli 1 u 2;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>il-piena imposta, jekk hemm sentenza finali, jew l-iskala ta’ pieni stabbilita għar-reat skond il-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10368"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Jekk l-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni ssib li l-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru emittenti mhijiex suffiċjenti biex tiddeċiedi dwar il-konsenja, għandha titlob li l-informazzjoni supplementarja meħtieġa, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-Artikoli 3 sa 5 u l-Artikolu 8 […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>It-talbiet għall-estradizzjoni riċevuti qabel l-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE> jkomplu jkunu rregolati minn istrumenti eżistenti dwar l-estradizzjoni. It-talbiet riċevuti wara dik id-data jkunu rregolati mir-regoli adottati mill-Istati Membri skond din id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas]. Madankollu, kwalunkwe Stat Membru jista’, fil-ħin ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru mill-Kunsill, jagħmel dikjarazzjoni li tindika li bħala Stat Membru ta’ esekuzzjoni hu ser ikompli jittratta talbiet dwar atti mwettqin qabel data li jispeċifika skond is-sistema ta’ estradizzjoni applikabbli qabel l-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>. Id-data in kwistjoni ma tistax tkun aktar tard mis-7 ta’ Awissu 2002. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>), li, skont l-Artikolu 8(1) tiegħu għandhom jiġu implementati mill-Istati Membri mhux<?PAGE NO="I-10369"?> iktar tard mit-<DATE ISO="20110328">28 ta’ Marzu 2011</DATE>, ħassar l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 u daħħal f’dan tal-aħħar l-Artikolu 4a.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-Artikolu 4a, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Deċiżjonijiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna ma dehritx personalment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, japplika biss għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna kkonċernata matul is-seduta mit-<DATE ISO="20110328">28 ta’ Marzu 2011</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Belġjana</P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-liġi tad-<DATE ISO="20031219">19 ta’ Diċembru 2003</DATE>, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat-<DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE>, p. 60075, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>liġi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) jittrasponi fid-dritt nazzjonali d-Deċiżjoni Qafas 2002/584.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tar-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorja tal-mandat ta’ arrest Ewropew, l-Artikolu 4 ta’ din il-liġi jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għandu jiġi rrifjutat fil-każijiet segwenti:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="I-10370"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>jekk ikunu jeżistu raġunijiet serji sabiex jitqies li l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew jipproduċi l-effett ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, hekk kif stabbiliti fl-Artikolu 6 [UE]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tar-raġunijiet għall-għażla ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, l-Artikolu 6 ta’ din il-liġi jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-eżekuzzjoni tista’ tiġi rrifjutata fil-każijiet segwenti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew ikun inħareġ bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, meta l-persuna kkonċernata hija Belġjana jew tirrisjedi fil-Belġju u li l-awtoritajiet kompetenti Belġjani jimpenjaw ruħhom biex jeżegwixxu din il-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni b’mod konformi mal-liġi Belġjana;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-implementazzjoni effettiva ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 6(4) tal-liġi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, l-Artikolu 18(2) tal-liġi tat-<DATE ISO="19900523">23 ta’ Mejju 1990</DATE>, dwar it-trasferiment bejn Stati ta’ persuni kkundannati, il-konsenja u t-trasferiment tas-sorveljanza fuq persuni kkundannati b’piena sospiża kondizzjonali jew bi probation, kif ukoll il-konsenja u t-trasferiment tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi ta’ kustodja jew ordnijiet ta’ detenzjoni (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="19900720">20 ta’<?PAGE NO="I-10371"?> Lulju 1990</DATE>, p. 14304), kif emendat bil-liġi tas-<DATE ISO="20050526">26 ta’ Mejju 2005</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="20050610">10 ta’ Ġunju 2005</DATE>, p. 26718, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>liġi dwar it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Id-deċiżjoni ġudizzjarja adottata fl-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4) tal-liġi […] dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, tieħu lura l-eżekuzzjoni tal-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni pprovduta f’din id-deċiżjoni ġudizzjarja. Il-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni tiġi eżegwita b’mod konformi għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-liġi dwar it-trasferiment, li huwa inkluż fil-Kapitolu VI ta’ dan, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Tal-eżekuzzjoni fil-Belġju ta’ sentenzi ta’ kustodja u ordnijiet ta’ detenzjoni barra l-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, għandu jinqara fid-dawl tal-Artikolu 25 ta’ din l-istess liġi, li jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli V u VI mhumiex applikabbli għall-kundanni kriminali deċiżi fil-kontumaċja, minbarra l-każijiet li jinsabu fl-Artikolu 18(2), dejjem jekk huwa l-każ ta’ kundanna fil-kontumaċja li saret <HT TYPE="ITALIC">res iudicata</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tal-garanziji li l-Istat Membru emittenti għandu josserva l-Artikoli 7 u 8 tal-liġi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, li rispettivament jittrasponu l-Artikolu 5(1) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. L-Artikolu 7 ta’ din il-liġi jipprovdi, għall-eżekuzzjoni ta’ piena imposta minn deċiżjoni fil-kontumaċja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew ġie maħruġ bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni imposti permezz ta’ deċiżjoni ppronunzjata fil-kontumaċja, u jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx ġiet notifikata personalment u lanqas ma ġiet b’mod ieħor informata bid-data u l-post tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni ppronunzjata fil-kontumaċja, il-konsenja hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-awtorità ġudizzjarja emittenti tipprovdi garanziji meqjusa suffiċjenti sabiex<?PAGE NO="I-10372"?> jiggarantixxu lill-persuni suġġetti għall-mandat ta’ arrest Ewropew il-possibbiltà li jitolbu smigħ mill-ġdid fl-Istat Membru emittenti u li jkunu preżenti fis-seduta.</P><P>L-eżistenza, fid-dritt tal-Istat Membru emittenti, ta’ dispożizzjoni li tipprovdi l-possibbiltà ta’ rikors u l-indikazzjoni ta’ kundizzjonijiet għat-tressiq tiegħu li minnhom jirriżulta li l-persuna kkonċernata tista’ effettivament tinvoka, jridu jiġu kkunsidrati garanziji suffiċjenti skont l-ewwel paragrafu.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-liġi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Meta l-persuna suġġetta għal mandat ta’ arrest Ewropew bil-għan ta’ prosekuzzjoni tkun Belġjana jew tirrisjedi fil-Belġju, il-konsenja tista’ tiġi suġġetta għall-kundizzjoni li din il-persuna, wara li tkun ġiet ġudikata, tiġi ritornata fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni sabiex tiskonta l-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni imposta fuqha mill-Istat emittenti.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Rumena</P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 522a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali Rumen jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Proċedura għal smigħ mill-ġdid ta’ persuni ġġudikati fil-kontumaċja fil-każ ta’ estradizzjoni.</P><?PAGE NO="I-10373"?><P>Fil-każ ta’ talba għal estradizzjoni ta’ persuna ġġudikata u kkundannata fil-kontumaċja, il-kawża tista’ tinstema’ mill-ġdid mill-qorti fl-ewwel istanza, fuq talba tal-ikkundannat.</P><P>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 405 sa 408 huma applikabbli b’analoġija.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 405 ta’ dan il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Eżami mill-ġdid tal-kawża, wara li t-talba għal reviżjoni tkun fil-prinċipju ġiet approvata, huwa mwettaq b’mod konformi mar-regoli ta’ proċedura applikabbli għal kawża fl-ewwel istanza.</P><P>Jekk tqis li jkun meħtieġ, il-qorti tista’ mill-ġdid tipproċedi għall-eżami tal-provi prodotti fil-kuntest tal-ewwel kawża jew meta fil-prinċipju tkun approvata t-talba għal reviżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20000616">16 ta’ Ġunju 2000</DATE>, it-Tribunalul București kkundanna lil I. B. għal erba’ snin ta’ reklużjoni għar-reat ta’ traffikar ta’ materjal nukleari u radjuattiv. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata mill-Curtea de apel Bucureşti (qorti tal-appell ta’ Bukarest) permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20010403">3 ta’ April 2001</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10374"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ qrati kienu awtorizzaw lil I. B. iservi l-piena tiegħu, imposta u kkonfermata fil-kuntest ta’ proċeduri kontradittorji, fuq il-post tax-xogħol tiegħu minflok taħt detenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20020115">15 ta’ Jannar 2002</DATE>, il-Curtea Supremă de Justiţie (qorti suprema tal-ġustizzja) (ir-Rumanija), iddeċidiet fil-kontumaċja, skont id-dikjarazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, u mingħajr ma I. B. ġie informat personalment dwar id-data u l-post tas-seduta, annullat id-deċiżjonijiet mogħtija qabel sa fejn dawn kienu jawtorizzaw lil I. B. jeżegwixxi l-piena tiegħu għal erba’ snin ta’ reklużjoni fuq il-post tax-xogħol tiegħu, u imponiet li din il-piena trid tiġi eżegwita taħt detenzjoni</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Frar 2002, I. B. iddeċieda li jmur il-Belġju wara, li hekk kif huwa jsostni, sar suġġett għal ksur gravi tad-dritt għal smigħ xieraq. Martu u ż-żewġt itfal tiegħu ngħaqdu suċċessivament miegħu mix-xahar ta’ Ottubru 2002.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, I. B. tqiegħed taħt arrest fil-Belġju, abbażi ta’ senjalazzjoni magħmula fis-sistema ta’ informazzjoni Schengen (SIS) mill-awtoritajiet Rumeni fl-<DATE ISO="20060210">10 ta’ Frar 2006</DATE>, sabiex jiġi arrestat u għall-konsenja tiegħu lil dawn l-awtoritajiet fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-piena ta’ detenzjoni imposta fuqu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li din is-senjalazzjoni kellha l-valur ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, il-prosekutur tar-Re rrefera l-kawża lill-imħallef inkwirenti, li ddeċieda, permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE>, li jillibera kundizzjonalment lil I. B., sakemm tittieħed deċiżjoni finali fuq il-konsenja tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10375"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, it-Tribunalul Bucureşti ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew kontra I. B. bil-għan tal-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ erba’ snin ta’ reklużjoni imposta fuqu fir-Rumanija</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20071219">19 ta’ Diċembru 2007</DATE> I. B. ressaq talba għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat fil-Belġju quddiem l-Uffiċċju tal-barranin.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20080229">29 ta’ Frar 2008</DATE>, il-prosekutur tar-Re talab lit-tribunal de première instance de Nivelles għall-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti Rumeni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080702">2 ta’ Lulju 2008</DATE>, I. B. ġie rrifjutat l-istatus ta’ refuġjat u l-protezzjoni sussidjarja. Dan ir-rifjut, li ġie kkonfermat f’Marzu 2009 mill-kunsill tal-kontenzjuż tal-barranin, huwa attwalment is-suġġett ta’ kawża pendenti quddiem il-Conseil d'État (il-Belġju).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet mogħti fit-<DATE ISO="20080722">22 ta’ Lulju 2008</DATE>, it-tribunal de première instance de Nivelles, waqt il-verifika tal-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati mill-mandat ta’ arrest Ewropew sabiex dan jiġi eżegwit, jiddikjara li dan jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati mil-liġi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew. B’mod partikolari, huwa sab li ma kienx hemm raġuni serja sabiex jitwemmen li l-eżekuzzjoni tal-mandat tista’ tippreġudika d-drittijiet fundamentali ta’ I. B.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti osservat li jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew inkwistjoni fil-kawża prinċipali effettivament jirrigwarda l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja fil-kontumaċja, madankollu l-awtorità ġudizzjarja emittenti Rumena pprovdiet biżżejjed garanziji li jistgħu jitqiesu bħala suffiċjenti għall-finijiet tal-Artikolu 7 tal-liġi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, peress li dan il-mandat ta’ arrest jippreċiża li, skont l-Artikolu 522a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali Rumen, il-kawża tista’ fuq<?PAGE NO="I-10376"?> talba tal-persuna kkundannata fil-kontumaċja, terġa’ tinstema’ mill-ġdid mill-qorti fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tribunal de première instance de Nivelles ikkonstata li I. B. ma setax jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 6(4) tal-liġi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, li jipprovdi li l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jiġi rrifjutat jekk dan ikun ġie maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ detenzjoni, meta l-persuna kkonċernata tirrisjedi fil-Belġju u li l-awtoritajiet kompetenti jintrabtu li jeżegwixxu din il-piena skont il-liġi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, din ir-raġuni għal rifjut tapplika biss għal kundanni fil-kontumaċja li saru <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, hekk kif ippreċiżat fl-Artikolu 25 tal-liġi dwar it-trasferiment, moqri flimkien mal-Artikolu 18(2) ta’ dan. I. B. xorta għad għandu l-għażla li jitlob smigħ mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn dan, din il-qorti nnotat li, għalkemm l-Artikolu 8 tal-liġi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew jipprovdi li l-konsenja ta’ persuna li tirrisjedi fil-Belġju u li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest għall-prosekuzzjoni tista’ tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata, wara li tkun ġiet iġġudikata, tista’ tintbagħat lura fil-Belġju sabiex tiskonta l-piena ta’ detenzjoni mogħtija kontriha fl-Istat Membru emittenti, l-Artikolu 7 ta’ din il-liġi jipprovdi li l-mandat ta’ arrest ibbażat fuq deċiżjoni fil-kontumaċja hija kkunsidrata bħala li ngħatat għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Meta wieħed iqis li din id-differenza fit-trattament tista’ tirriżulta f’diskriminazzjoni u fid-dawl taċ-ċirkustanza li I. B. huwa residenti fil-Belġju fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, it-tribunal de première instance de Nivelles, fil-każ fejn dan l-Artikolu 8 għandu jiġi interpretat bħala li japplika biss għall-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-prosekuzzjoni u mhux ukoll għall-mandat ta’ arrest maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ detenzjoni fil-kontumaċja u li fir-rigward tagħha l-ikkundannat għadu jiddisponi minn rimedju, tistaqsi lill-Cour constitutionnelle (qorti kostituzzjonali)<?PAGE NO="I-10377"?> dwar il-kompatibbiltà ta’ dan l-Artikolu 8 mal-Artikoli 10 u 11 tal-Kostituzzjoni, dwar il-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Wara li kkonstatat li l-liġi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew kienet intiża biss sabiex tiġi implementata fis-sistema legali nazzjonali id-Deċiżjoni Qafas 2002/584, il-Cour constitutionnelle ddeċidiet li tissospendi l-kawża quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT>Il-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-iskopijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT> mingħajr ma l-persuna kkundannata tkun ġiet informata bid-data u l-post tas-seduta, u kontra liema din il-persuna għad għandha rimedju, għandu jiġi kkunsidrat mhux bħala mandat ta’ arrest għall-iskopijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, skont l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas [2002/584], iżda bħala mandat ta’ arrest għall-iskopijiet ta’ prosekuzzjoni, skont l-Artikolu 5(3) tal-istess Deċiżjoni Qafas?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 4(6) u 5(3) tal-istess Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati bħala li ma jippermettux lill-Istati Membri li jissuġġettaw il-kunsinna lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat li joħroġ il-mandat ta’ persuna residenti fit-territorju tagħhom, li hija s-suġġett, fiċ-ċirkustanzi deskritti fl-ewwel domanda, ta’ mandat ta’ arrest għall-iskopijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, għall-kundizzjoni li din il-persuna tintbagħat lura fl-Istat ta’ eżekuzzjoni sabiex hemmhekk tiskonta s-sentenza ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni mogħtija b’mod definittiv fil-konfront tagħha fl-Istat li joħroġ il-mandat?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-10378"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta [fl-affermativ] għat-tieni domanda, dawn l-istess Artikoli jiksru l-Artikolu 6(2) [UE] u, b’mod iktar speċifiku, il-prinċipju ta’ ugwaljanza u nondiskriminazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 3 u 4 tal-istess Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru milli jirrifjutaw l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew jekk hemm raġunijiet validi sabiex jiġi maħsub li l-eżekuzzjoni tiegħu jkollha l-effett li tikser id-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, kif stabbiliti fl-Artikolu 6(2) [UE]?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa importanti li jiġi ppreċiżat li, skont l-Artikolu 32 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, dan japplika għal talbiet għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest irċevuti mill-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>, sakemm l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ma jkunx qal li se jkompli jittratta t-talbiet dwar fatti li twettqu qabel is-<DATE ISO="20020807">7 ta’ Awwissu 2002</DATE> skont is-sistema ta’ estradizzjoni applikabbli qabel din id-data. Minkejja li t-talba inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrigwarda fatti preċedenti din l-aħħar data, huwa stabbilit li r-Renju tal-Belġju ma għamilx tali dikjarazzjoni. Minn dan isegwi li d-Deċiżjoni Qafas hija applikabbli f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni, għandu jiġi mfakkar li fost ir-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew elenkati fl-Artikoli 3 u 4 tal-istess Deċiżjoni Qafas, ma hemmx l-eżistenza ta’ talba għall-ażil u lanqas ta’ talba għall-istatus ta’ refuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10379"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, talba għall-ażil lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru minn ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, l-Artikolu Uniku tal-Protokoll Nru 29 dwar l-asil għal ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat KE (li sar il-Protokoll Nru 24 anness mat-Trattat FUE) b’mod partikolari jipprovdi li, minħabba l-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-libertajiet fundamentali fl-Istati Membri, dawn huma kkunsidrati li jikkostitwixxu reċiprokament pajjiżi ta’ oriġini ta’ sigurtà għall-kwistjonijiet legali u prattiki kollha marbuta ma’ kawżi ta’ ażil.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Bl-istess mod, huwa importanti li jiġi ppreċiżat li talba għall-għoti ta’ status ta’ refuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja mressqa minn ċittadin ta’ Stat Membru ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ protezzjoni internazzjonali stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li I. B. ressaq talab, quddiem l-awtoritajiet kompetenti Belġjani, għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja fis-sens tad-Direttiva 2004/83 ma jistax jiġi kkunsidrat rilevanti għar-risposti li għandhom jingħataw għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju titlaq mill-premessa li tgħid li hija rċeviet talba għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni fil-kontumaċja fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. Jekk ikun il-każ, huwa għal din li tagħmel użu mill-possibbiltajiet lilha offerti mill-Artikolu 15(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas sabiex tivverifika dan il-punt. F’kull każ, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ fatt u ta’ dritt li huma esposti fid-deċiżjoni tar-rinviju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10380"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 jistgħux jiġu interpretati fis-sens li l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena mogħtija fil-kontumaċja fis-sens tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-deċiżjoni qafas jista’ jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata, ċittadin jew resident tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tiġi rritornata f’dan tal-aħħar sabiex, skont il-każ, tiskonta l-piena mogħtija fil-konfront tagħha, insegwitu għall-smigħ mill-ġdid miżmum fil-preżenza tagħha, fl-Istat Membru emittenti.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta lil dawn id-domandi, huwa importanti li jiġi ppreċiżat li l-mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jkun dirett, hekk kif previst fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, lejn żewġ sitwazzjonijiet. Għalhekk, dan il-mandat ta’ arrest jista’ jinħareġ, minn naħa, għall-prosekuzzjoni kriminali jew, min-naħa l-oħra, għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Waqt illi s-sistema stabbilita fid-Deċiżjoni Qafas 2002/584 hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, hekk kif rifless fl-Artikoli 3 sa 5 ta’ din, dan ir-rikonoxximent madankollu ma jimplikax obbligu assolut ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest maħruġ.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-sistema tad-Deċiżjoni Qafas, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-artikoli, tħalli l-possibbiltà għall-Istati Membri li jippermettu, f’sitwazzjonijiet speċifiċi, lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti li jiddeċiedu li pieta imposta għandha tiġi eżegwita fit-territorju tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10381"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ, b’mod partikolari permezz tal-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. Għaż-żewġ tipi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li jirreferi għalihom dan tal-aħħar, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom, b’mod partikolari, l-għan li jagħtu attenzjoni partikolari għaż-żieda fil-possibbiltà ta’ integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-persuna mfittxija (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Wolzenburg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-123/08" PAGE.ECR="I-9621" YEAR="2009">C-123/08, Ġabra p. I-9621</REF.DOC.ECR>, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Ma hemm xejn li jissuġġerixxi li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jeskludi minn dan il-għan il-persuni mfittxija fuq il-bażi ta’ kundanna fil-kontumaċja.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, deċiżjoni ġudizzjarja fil-kontumaċja, fejn il-persuna kkonċernata ma ġietx imsejħa u lanqas informata bid-data u l-post tas-seduta li wasslet għal din id-deċiżjoni, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, li preċiżament fl-Artikolu 5(1) tagħha tipprovdi li l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest maħruġ insegwitu għal tali deċiżjoni tista’ tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-persuna inkwistjoni jkollha l-possibbiltà li titlob li l-kawża tinstema’ mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, is-sempliċi fatt li dan l-Artikolu 5(1) jissuġġetta għal tali kundizzjoni l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest maħruġ insegwitu għal deċiżjoni fil-kontumaċja ma għandux l-effett li jagħmel inapplikabbli għal mandat ta’ dan it-tip ir-raġuni jew il-kundizzjoni stabbiliti, rispettivament, fl-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 sabiex tiżdied il-possibbiltà ta’ integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-persuna mfittxija.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-każ fejn il-kundanna fil-kontumaċja li, fil-kawża prinċipali, hija l-bażi tal-mandat ta’ arrest ma saritx infurzabbli, l-iskop u l-għan tal-konsenja huma speċifikament li jippermettu li titkompla l-prosekuzzjoni jew li tinstema’ mill-ġdid, jiġifieri, li ssir<?PAGE NO="I-10382"?> konsenja għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali li tikkorrispondi għas-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Billi s-sitwazzjoni ta’ persuna kkundannata fil-kontumaċja u li għad għandha l-possibbiltà li titlob smigħ mill-ġdid hija analoga għal dik ta’ persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-prosekuzzjoni, ebda raġuni oġġettiva ma tipprekludi lil awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li applikat l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 milli tapplika l-kundizzjoni fl-Artikolu 5(3) ta’ dan.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn dan, tali interpretazzjoni hija l-unika li tippermetti, attwalment, żieda reali fil-possibbiltà ta’ integrazzjoni soċjali mill-ġdid ta’ persuna mfittxija fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni u li, wara li ġiet ikkundannata b’deċiżjoni mhux infurzabbli, tista’ tkun is-suġġett ta’ smigħ ġdid fl-Istat Membru emittenti.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, din l-interpretazzjoni tippermetti, hekk kif ġie enfasizzat b’mod partikolari mill-Gvern Svediż, li l-persuna kkundannata fil-kontumaċja ma tiġix kostretta tirrinunzja għal smigħ mill-ġdid fl-Istat Membru emittenti sabiex bl-applikazzjoni tal-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, il-kundanna tagħha tiġi eżegwita fl-Istat Membru fejn hija tirrisjedi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, hekk kif ġie sostnut mill-Istati Membri kollha u mill-Kummissjoni Ewropea, li ppreżentaw osservazzjonijiet fir-rigward tal-ewwel u t-tieni domanda, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni huwa awtorizzat jissuġġetta l-konsenja ta’ persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik ta’ I. B. għal applikazzjoni konġunta tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(1) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10383"?><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, huwa meħtieġ li tingħata risposta għall-ewwel u għat-tieni domandi li l-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni kkonċernat ikun implementa l-Artikolu 5(1) u (3) ta’ din id-deċiżjoni qafas fis-sistema legali interna tiegħu, l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena fil-kontumaċja fis-sens tal-Artikolu 5(1) jista’ jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata, ċittadin jew resident tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tiġi rritornata f’dan tal-aħħar sabiex, skont il-każ, tiskonta l-piena mogħtija fil-konfront tagħha, insegwitu għall-smigħ mill-ġdid miżmum fil-preżenza tagħha, fl-Istat Membru emittenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>It-tielet u r-raba’ domanda ġew fil-fatt mitluba fil-każ li r-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ma tkunx tippermetti lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tissuġġetta l-konsenja tal-persuna kkonċernata bil-kundizzjoni li tiġi rritornata fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Billi din il-possibbiltà li tissuġġetta l-konsenja għall-garanzija prevista fl-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ġiet approvata mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-risposta tagħha għall-ewwel u għat-tieni domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta lit-tielet u lir-raba’ domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10384"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla), taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni kkonċernat ikun implementa l-Artikolu 5(1) u (3) ta’ din id-deċiżjoni qafas fis-sistema legali interna tiegħu, l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena fil-kontumaċja fis-sens tal-Artikolu 5(1) jista’ jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata, ċittadin jew resident tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tiġi rritornata f’dan tal-aħħar sabiex, skont il-każ, tiskonta l-piena mogħtija fil-konfront tagħha, insegwitu għall-smigħ mill-ġdid miżmum fil-preżenza tagħha, fl-Istat Membru emittenti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>