29.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 41/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) ta’ mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE (1), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fl-1 ta’ Jannar 2011 u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 84/550/KEE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ma baqgħetx fis-seħħ permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 90/531/KEE (3), li kienet inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 84/550/KEE għandha tiġi revokata skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 92/C 8/01 (4), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, m’għadhiex valida u konsegwentement għandha tiġi revokata skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk l-Anness XI ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punti 5o (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE), 12 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 84/550/KEE) u 17 (ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 92/C 8/01) tal-Anness XI ta’ mal-Ftehim ŻEE jiġi mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 80, 17.3.2006, p. 74.

(2)   ĠU L 298, 16.11.1984, p. 51.

(3)   ĠU L 297, 29.10.1990, p. 1.

(4)   ĠU C 8, 14.1.1992, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.