European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4076

24.7.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12451 — KHAZNA / ENI / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/4076)

1.   

Fl-14 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Khazna Data Center Holdings Limited (“Khazna”, l-Emirati Għarab Magħquda), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Group 42 Holding Ltd (l-Emirati Għarab Magħquda),

—

Eni S.p.A. (“Eni”, l-Italja).

Khażna u ENI se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma fl-impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Khazna: żviluppatur u operatur ta’ ċentru tad-data, li jispeċjalizza fid-disinn, il-bini u l-immaniġġjar ta’ faċilitajiet ta’ ċentru tad-data primarjament attivi fl-Emirati Għarab Magħquda,

—

Eni: attiva globalment fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, ir-raffinar u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll fil-ġenerazzjoni u l-bejgħ tal-elettriku u t-tranżizzjoni lejn soluzzjonijiet alternattivi tal-enerġija.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta se jkunu l-kostruzzjoni, l-immaniġġjar u l-operat ta’ ċentri tad-data u l-forniment ta’ servizzi ta’ ċentri tad-data bl-ingrossa fl-Italja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12451 — KHAZNA / ENI / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4076/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)