European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/261

11.2.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/261

tal-10 ta’ Frar 2025

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”, “ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment imressaq fis-7 ta’ Novembru 2023 mill-Bord Ewropew tal-Bijodiżil (“l-ilmentatur” jew “EBB”, European Biodiesel Board). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-bijodiżil skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

L-importazzjonijiet tal-bijodiżil bħalissa huma soġġetti għal miżuri anti-dumping meta joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”) (3) u għal miżuri kompensatorji meta joriġinaw mill-Arġentina (4), mill-Indoneżja (5) jew mill-Istati Uniti (6).

1.2.   Miżuri proviżorji

(4)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fid-19 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet sommarju tad-dazji proposti u dettalji dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-marġni adegwati sabiex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli fi żmien 3 ijiem tax-xogħol. Il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun ippreżentaw kummenti dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli tal-marġni tad-dumping. Madankollu, dawk il-kummenti kienu jikkonċernaw il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni aktar milli żbalji klerikali. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet li l-kummenti tagħhom se jiġu indirizzati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. Produttur esportatur wieħed indika żball li jikkonċerna l-formula tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Il-Kummissjoni ċċarat li ma kien hemm l-ebda żball fil-formula iżda f’intestatura ta’ spjegazzjoni.

(5)

Fis-16 ta’ Awwissu 2024, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2163 (7), il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-Regolament proviżorju”).

1.3.   Proċedura sussegwenti

(6)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping proviżorju (“divulgazzjoni proviżorja”), l-ilmentatur, il-produttur tal-Unjoni Neste, il-fornitur Ewropew tal-ħżin tal-bijofjuwils Chane, il-kollettur Ewropew taż-żejt tat-tisjir użat (“UCO”, used cooking oil) Quatra N.V., il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża tal-Importaturi u l-Esportaturi ta’ Metalli, Minerali u Kimiki (“CCCMC”, China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals) (8) u t-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun ressqu sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji sal-iskadenza prevista fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament proviżorju.

(7)

Il-partijiet li għamlu t-talba biex jinstemgħu, ingħataw din l-opportunità. Saru seduti ta’ smigħ (9) mal-ilmentatur, il-produttur tal-Unjoni Neste, il-produttur esportatur Ċiniż inkluż fil-kampjun EcoCeres, is-CCCMC, importatur relatat (Excellence New Energy B.V.) u l-fornitur Ewropew tal-ħżin tal-bijofjuwils Chane.

(8)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun infurmaw lill-Kummissjoni dwar żbalji żgħar f’isimhom kif elenkati fl-Anness 1. Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjonijiet u kkoreġiet l-ismijiet tal-kumpaniji kif xieraq.

(9)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet proviżorji tagħha meta kien xieraq.

(10)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw miċ-Ċina (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali.

(11)

L-ebda parti interessata ma talbet seduta ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni jew mal-Uffiċjal tas-Seduta.

(12)

L-analiżi ta’ xi kummenti dwar id-divulgazzjoni finali rriżultat f’bidliet fil-kalkoli tad-dumping u fil-marġnijiet tad-dumping. Fis-16 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha bil-bidliet permezz ta’ divulgazzjoni addizzjonali limitata għall-modifiki li saru. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali.

1.4.   Kampjunar

(13)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-kampjunar, il-premessi (7) sa (24) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

1.5.   Eżami individwali

(14)

Il-premessa (25) tar-Regolament proviżorju ddikjarat li l-Kummissjoni tiddeċiedi jekk tagħtix eżami individwali mitlub minn produttur esportatur wieħed fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

(15)

Meta titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, l-istruttura tal-produttur esportatur li kien qed jitlob l-eżami individwali, kif ukoll l-iskadenzi statutorji applikabbli għall-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li eżami individwali jkun ta’ piż mhux dovut u jipprevjeni t-tlestija tal-investigazzjoni fi żmien xieraq u ddeċidiet li tirrifjuta t-talba tal-parti għal eżami individwali.

1.6.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(16)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat, il-premessa (29) tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   SAF (sustainable avaiation fuel) (10)

(17)

Fl-istadju proviżorju, il-Kummissjoni aċċettat l-esklużjoni tal-SAF mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni, kif iddikjarat fil-premessa (41) tar-Regolament proviżorju.

(18)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Quatra N.V. u l-EBB innutaw li l-esklużjoni tal-SAF mill-ambitu tal-investigazzjoni tikkontradixxi ċerti miri ta’ sostenibbiltà tal-UE. L-EBB żied li l-esklużjoni tagħti spinta lill-kapaċitajiet fil-futur tal-SAF fiċ-Ċina (li tilħaq aktar minn 200 % tad-domanda tal-Unjoni fl-2025) u tiskoraġġixxi l-investimenti fil-produzzjoni tal-SAF fl-Unjoni. Skont l-EBB, il-produtturi Ċiniżi setgħu faċilment jibdlu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom taż-żejt veġetali idrotrattat (“HVO”, hydrotreated vegetable oil) fi produzzjoni tal-SAF peress li l-proċessi tal-produzzjoni kienu simili. Barra minn hekk, l-EBB allega li l-esklużjoni tal-SAF tista’ ġġiegħel lill-operaturi jilħqu l-miri ta’ dekarbonizzazzjoni fis-settur tat-toroq permezz tal-SAF Ċiniż, li qed jgħoddu darbtejn għall-miri tal-UE, aktar milli permezz tal-HVO/FAME (11) magħmul fl-Unjoni, u b’hekk jikkawżaw aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni. Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni finali, l-EBB insista fuq il-kummenti tiegħu rigward iż-żieda fil-kapaċitajiet tal-SAF fiċ-Ċina, il-bidla tal-industrija Ċiniża mill-HVO għall-SAF u inqas investimenti fil-produzzjoni tal-SAF fl-Unjoni.

(19)

Neste kkontesta l-esklużjoni tal-SAF mill-ambitu tal-miżuri għar-raġuni li l-SAF huwa interkambjabbli u qiegħed f’kompetizzjoni mal-HVO. Huwa argumenta li kemm l-HVO kif ukoll l-SAF huma bijodiżil ibbażat fuq l-idrokarburi mingħajr kontenut ta’ ossiġenu u l-faċilitajiet tal-HVO jistgħu faċilment jiġu ssettjati għall-produzzjoni tal-HEFA-SPK (12). Kemm l-HVO kif ukoll l-SAF huma, f’livell għoli, tipi ta’ bijodiżils u, għaldaqstant, għandhom l-istess fini fundamentali: biex jintużaw fis-settur tat-trasport mill-utenti finali tal-fjuwils rinnovabbli għat-trasport bit-triq bħala fjuwil awtonomu, jew użati mħallta mad-diżil fossili, bl-istandards EN 590 u EN 15940 li jippermettu l-(HEFA (13))SAF f’taħlitiet. Għal Neste, minn perspettiva teoretika u teknika, l-HEFA-SAF jista’ jitħallat mal-fjuwil għat-trasport bit-triq u jissostitwixxi l-HVO għall-fini tal-fjuwils B7 jew B30, eċċ. mingħajr ebda inkompatibbiltà teknika. Huwa nnota wkoll li, skont il-liġi tad-WTO, mhuwiex meħtieġ li l-prodotti jkunu jistgħu jiġu sostituti perfettament biex ikunu “prodotti simili”.

(20)

Fil-fehma ta’ Neste, l-HVO u l-HEFA-SAF ikunu f’kompetizzjoni sal-punt li d-Direttivi tal-UE dwar l-Enerġija Rinnovabbli (“RED”, Renewable Energy Directives (14)) jipprevedu possibbiltà ta’ inklużjoni fakultattiva għall-Istati Membri biex jużaw l-HEFA-SAF/SAF imħallat biex jissodisfaw il-mandati ta’ taħlit għat-trasport bit-triq.

(21)

Dan ta’ hawn fuq, flimkien mal-esklużjoni tal-SAF mill-miżuri, u l-għażla għall-produtturi Ċiniżi li jużaw 100 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom biex jipproduċu l-HEFA-SAF, allegatament jirriżultaw f’ammont kbir ta’ SAF Ċiniż li jissostitwixxi l-HVO għall-fini tal-mandati ta’ taħlit għat-trasport bit-triq taħt il-kategorija ta’ inklużjoni fakultattiva u tnaqqis sussegwenti fil-produzzjoni tal-FAME, l-HVO u l-HEFA-SAF/SAF imħallat fl-Unjoni. Neste insista fuq il-pjanijiet taċ-Ċina għal investimenti massivi fil-qasam u fuq il-fatt li l-produtturi Ċiniżi tal-HVO li jipproduċu l-HEFA-SAF jistgħu faċilment jimmassimizzaw l-output tal-SAF tagħhom u saħansitra jittrasferixxu l-produzzjoni tagħhom għal din tal-aħħar, peress li ż-żewġ prodotti jiġu mmanifatturati fl-istess faċilità.

(22)

Fil-premessa (40) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-varjanzi limitati fil-proċess tal-produzzjoni u l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi tal-(HEFA)SAF kontra dawk tal-HVO. Madankollu, fid-dawl tal-argumenti ta’ Neste u l-EBB, l-SAF ma jistax realistikament jitqies interkambjabbli mal-bijodiżil bi prezz aktar baxx użat fis-settur tat-trasport bit-triq jew f’kompetizzjoni mal-HVO/FAME. Ta’ min jinnota li Neste stess irrikonoxxa li “bħalissa, il-kanali ta’ distribuzzjoni kummerċjali huma differenti, minħabba l-utenti finali differenti”, li “... bħalissa, l-HEFA-SAF/SAF imħallat huwa prodott għall-użu tal-fjuwil tal-avjazzjoni u l-HVO huwa prodott għall-użu tal-fjuwil għat-trasport bit-triq”, u li l-użu tal-HEFA-SAF għall-fjuwil għat-trasport bit-triq bħalissa ma kienx qed jiġi mfittex b’mod attiv għal raġunijiet kummerċjali. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha li bħalissa l-SAF għandu użu differenti u ma jistax jitqies interkambjabbli jew f’kompetizzjoni mal-HVO/FAME u għalhekk jista’ jiġi eskluż mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni.

(23)

Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni finali, Neste ma qabilx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni ta’ hawn fuq. Neste ddikjara wkoll li l-kwotazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet tiegħu fil-premessa (22) hawn fuq amalgamaw elementi li ma kinux jirriflettu l-messaġġ ġenerali tal-parti. Fir-rigward tal-amalgamazzjoni allegata. il-Kummissjoni tenniet il-fehma tagħha li l-parti stess irrikonoxxiet li l-użu tal-HEFA-SAF għal fjuwil għat-trasport bit-triq bħalissa ma kienx qed jiġi imfittex b’mod attiv għal raġunijiet kummerċjali meta Neste kiteb li “filwaqt li l-użu tal-HEFA-SAF għal fjuwil għat-trasport bit-triq bħalissa ma ġiex imfittex b’mod attiv għal raġunijiet kummerċjali, hu irrilevanti għall-fini ta’ din l-analiżi, peress li hu possibbli minn perspettiva teknika.” Il-Kummissjoni qieset il-kwotazzjoni mid-dikjarazzjoni ta’ Neste bħala ugwali għal konferma li bħalissa l-SAF għandu użu differenti mill-HVO/FAME, li jsostni l-konklużjoni ġenerali tal-Kummissjoni fil-premessa (22). Il-Kummissjoni qieset li l-fehmiet diverġenti dwar jekk il-proprjetajiet tekniċi tal-HVO u l-FAME jagħmluhomx adatti jew le għall-użu fl-avjazzjoni (15) ma setgħux ibiddlu l-konklużjoni tagħha.

(24)

Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni finali, Neste tenna li l-HVO u l-SAF huma oġġetti simili u interkambjabbli għall-finijiet tal-obbligu fir-rigward tat-trasport bit-triq u tenniet il-kummenti miġbura fil-qosor fil-premessi (19)-(21), filwaqt li nnota l-ħtieġa li tiġi protetta l-produzzjoni tal-SAF fl-Unjoni. Neste żied li l-mekkaniżmu ta’ inklużjoni fakultattiva msemmi fil-premessa (20) għamel l-użi finali tal-HVO/FAME u l-SAF de facto l-istess sal-punt li huma biss il-partijiet bl-obbligi fir-rigward tat-trasport bit-triq li jistgħu jitolbu tnaqqis fl-emissjonijiet għall-fini tal-obbligi fir-rigward tat-trasport tat-triq għall-użu tal-SAF. Neste ddikjara li, meta tuża l-SAF, linja tal-ajru setgħet tapplika għal ċertifikat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tikseb biljetti li mbagħad tbigħ lill-partijiet obbligati bit-triq. Dawn il-partijiet jużaw dawk il-biljetti biex jagħtu prova tat-twettiq tal-obbligu tagħhom ta’ fir-rigward tat-trasport bit-triq. Il-Kummissjoni ma qablitx li din il-prattika tagħmel l-HVO u l-SAF interkambjabbli sal-punt, fil-preżent, li l-SAF fiżiku ma jintużax bħala fjuwil tat-triq, u għalhekk ma jistax jitqies interkambjabbli jew f’kompetizzjoni mal-HVO/FAME. L-SAF huwa kkummerċjalizzat separatament mill-HVO/FAME lil utenti finali differenti, li jsaħħaħ l-applikazzjonijiet differenti tagħhom.

(25)

Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni finali, Neste allega li l-HVO u l-SAF huma oġġetti simili għar-raġuni li t-tnejn li huma jistgħu jiġu ddikjarati taħt l-istess kodiċi NM, jiġifieri taħt il-kodiċi NM 2710 19 42 il-ġdid għall-fjuwils rinnovabbli. Il-Kummissjoni ċaħdet il-kummenti ta’ Neste peress li l-klassifikazzjoni tal-kodiċi NM ma tbiddilx l-użu distint tal-SAF.

2.2.   Talba għall-esklużjoni tal-HVO

(26)

Fl-istadju proviżorju, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet li l-HVO jenħtieġ li jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(27)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, EcoCeres tenna li l-HVO jenħtieġ li jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni billi jirreferi għall-argumenti kkonfutati fir-Regolament proviżorju.

(28)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC tenniet li l-HVO jenħtieġ li jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni. Il-parti ddikjarat li l-HVO jirrappreżenta sostitut tad-diżil ta’ kwalità għolja u żvilupp teknoloġiku ġdid (meta mqabbel mal-FAME) u mbagħad tenniet il-kumment fil-premessa (48) tar-Regolament proviżorju li l-HVO għandu karatteristiċi fiżiċi u kimiċi eqreb għad-diżil konvenzjonali minflok l-FAME u l-kumment fil-premessa (53) tar-Regolament proviżorju li l-HVO biss jista’ jintuża f’forma pura fil-magni. Is-CCCMC żiedet li l-FAME ntużaw bħala sostitut tad-diżil teoretikament biss u li l-B100 (16) rari jintuża minflok diżil minħabba l-valur kalorifiku aktar baxx tiegħu (kontenut enerġetiku) u minħabba li, bħala regola, huma meħtieġa modifiki fil-magni għall-B100 (u anke għal taħlitiet b’bijodiżil ogħla minn B7 (17)). Għas-CCCMC, l-użu tal-B100 ikun eċċezzjoni li ma tistax tappoġġja li l-FAME u l-HVO huma interkambjabbli. Dan in-nuqqas ta’ sostituzzjoni jkun appoġġjat aktar mill-fatt li l-feedstocks jinfluwenzaw il-punt limitu tal-filtrabbiltà fil-ksieħ (“CFPP”, cold filter plugging point) tal-FAME iżda mhux is-CFPP tal-HVO. Barra minn hekk, is-CCCMC iddikjarat li l-FAME ma jistgħux jintużaw fl-istaġuni kollha fl-Istati Membri kollha u li l-HVO jenħtieġ li ma jitqabbilx mal-RME (18) (biss), kif sar fir-Regolament proviżorju, iżda wkoll ma’ tipi oħra ta’ bijofjuwils. Is-CCCMC iddikjarat li l-Kummissjoni ma kienet ipprovdiet l-ebda evidenza tad-dikjarazzjoni tagħha li s-suq jirrikonoxxi lill-FAME u l-HVO bħala fjuwils alternattivi sostenibbli għall-magni diżil fis-settur tat-trasport. Is-CCCMC fakkret fil-pożizzjoni tal-Kummissjoni f’tilwima dwar iż-żejt tal-palm mill-Malażja (DS600 (19)) li skontha min iħallat kien mħasseb dwar liema bijofjuwils qed iħallat u mbagħad ikkonkludiet li l-konsumaturi aħħarin kienu mħassba dwar il-feedstocks użati fil-produzzjoni tal-bijofjuwils kif ukoll dwar il-valur tas-CFPP.

(29)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet tas-CCCMC hawn fuq. Il-fatt li l-HVO laħaq is-swieq aktar tard mill-FAME huwa irrilevanti. Il-kummenti fil-premessi (48) u (53) tar-Regolament proviżorju ġew indirizzati u miċħuda fl-istess dokument. Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-FAME jintużaw b’mod komuni fit-taħlitiet, dan ma jdgħajjifx il-fatt li l-B100 huwa alternattiva reali fis-settur tat-trasport kompatibbli mal-biċċa l-kbira tal-magni EURO VI (20), kif rikonoxxut mill-ispeċjalisti fis-settur tat-trasport infushom. Għall-kuntrarju ta’ dak li nnutat is-CCCMC, mhux dejjem ikunu meħtieġa modifiki fil-magni għal vetturi kompatibbli ma’ kwalunkwe taħlita ogħla minn B7, kif muri pereżempju minn lista twila ta’ vetturi li jistgħu jaħdmu bil-B10 (21) fi Franza. L-FAME huma interkambjabbli mal-HVO peress li l-FAME jistgħu jintużaw fil-forma pura tagħhom u f’taħlitiet fl-istaġuni kollha ladarba s-CFPP tagħhom jiġi kkoreġut b’addittivi u/jew komponenti oħra meta u sa fejn ikun meħtieġ. Anki jekk il-Kummissjoni taqbel li min iħallat huwa mħasseb dwar il-karatteristiċi tal-bijodiżil ittrattat, dan ma jimminax s-sostituzzjoni tal-FAME mal-HVO. Min iħallat jeħtieġlu jiżgura li l-output finali fil-pompa jissodisfa l-istandards u rekwiżiti oħra, iżda xorta jagħraf l-FAME u l-HVO minn kwalunkwe prodott ġeneriku oriġinali (fi proprjetajiet/speċifikazzjonijiet fiżiċi) (22). Il-Kummissjoni nnutat li fit-tilwima DS600, ir-rapport tal-Bord jgħid li l-PME (23), l-RME u l-SBME (jiġifieri l-FAME magħmula miż-żejt tal-palm, miż-żejt tal-lift u miż-żejt tal-fażola tas-sojja, rispettivament), kif ukoll l-HVO magħmul miż-żejt tal-palm, miż-żejt tal-lift u miż-żejt tal-fażola tas-sojja għandhom proprjetajiet u użi finali simili jew l-istess, u huma kkunsidrati sostitwibbli ħafna mill-konsumaturi rilevanti (24). Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-konsumaturi aħħarin huma mħassba dwar il-feedstocks u l-valur tas-CFPP, il-Kummissjoni ma qablitx sal-punt li tali informazzjoni ġeneralment ma tkunx disponibbli fl-istazzjonijiet tal-forniment tal-fjuwil.

2.3.   Konklużjoni

(30)

Fin-nuqqas ta’ kwalukwe kumment ieħor, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (30) sa (57) tar-Regolament proviżorju ġew kkonfermati.

3.   DUMPING

3.1.   Applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku

(31)

Fl-14 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni infurmat lil Jiaao bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(32)

Fl-ittra dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni fakkret li hija kkondividiet ma’ Jiaao r-rapporti ta’ verifika tagħha li jiddeskrivu inter alia l-kwistjonijiet li ltaqgħu magħhom matul il-verifiki fuq il-post. Il-grupp ma esprima l-ebda nuqqas ta’ qbil mal-preżentazzjoni tal-verifiki fuq il-post irreġistrati fir-rapporti ta’ verifika.

(33)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li Jiaao ppreżenta għadd sostanzjali ta’ reviżjonijiet għal diversi tabelli tal-kwestjonarju flimkien mat-tweġiba inizjali għall-kwestjonarju u mat-tweġiba għall-ittra ta’ defiċjenza eżatt qabel il-bidu jew matul il-verifika fuq il-post.

(34)

L-aktar importanti hu li l-Kummissjoni elenkat l-inkonsistenzi li osservat fir-rigward tal-feedstocks irreġistrati fir-rekords kontabilistiċi tal-grupp, li nstabu fid-dokumenti relatati mal-akkwist ta’ dawk il-feedstocks, u rrapportati fit-tweġiba għall-kwestjonarju, b’mod partikolari f’tabelli relatati max-xiri ta’ materja prima, mal-kost tal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott lest.

(35)

Is-sottomissjoni tard ta’ informazzjoni riveduta u r-rappurtar inkonsistenti tal-feedstocks fixklu l-investigazzjoni b’mod sinifikanti. Sottomissjoni ta’ informazzjoni riveduta fi stadju tardiv tal-investigazzjoni żammet lill-Kummissjoni milli teżamina kif xieraq id-data sottomessa inkluża analiżi tal-konsistenza interna tal-informazzjoni sottomessa f’diversi partijiet tat-tweġiba għall-kwestjonarju. Il-fatt li l-grupp ma rrappurtax il-feedstocks reali użati fil-produzzjoni tal-bijodiżil, iżda minflok irrapporta fil-biċċa l-kbira dak li deher bħala prodotti semilesti ta’ dik il-produzzjoni għamilha impossibbli għall-Kummissjoni li tagħmel sejbiet dwar jekk il-kodiċijiet għat-tipi ta’ prodotti nħolqux b’mod korrett u konsistenti fit-tabelli użati fil-ħidma tal-valur normali minn naħa waħda u fit-tabella tal-bejgħ min-naħa l-oħra. Barra minn hekk, ma kienx possibbli li jiġi vverifikat jekk il-konsum tal-feedstocks kienx allokat b’mod korrett u konsistenti għal kull tip ta’ prodott. Fl-aħħar nett, għamlet ukoll l-użu tal-kost mingħajr distorsjoni dejjem aktar diffiċli peress li l-kost tal-inputs irrappurtati minn Jiaao kien jikkonsisti fil-kost tal-feedstock u l-kost tal-ipproċessar parzjali f’prodott semilest.

(36)

Fl-aħħar nett, instab li waħda mill-kumpaniji tal-grupp ipprovdiet informazzjoni qarrieqa dwar id-diversi tipi ta’ prodotti mmanifatturati mill-kumpanija. Ċerti prodotti inizjalment ġew irrappurtati bħala prodott taħt investigazzjoni. Madankollu, matul il-verifika fuq il-post, il-kumpanija sostniet li xi wħud mill-prodotti ma setgħux jitqiesu bħala bijodiżil. Kien biss f’dak il-mument li l-Kummissjoni ngħatat stampa sħiħa tal-attivitajiet tal-kumpanija.

(37)

Il-kumpanija kellha l-opportunità li tikkummenta dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(38)

Fil-kummenti tiegħu dwar l-ittra tal-Artikolu 18, il-grupp ikkonferma li r-rapport ta’ verifika ddokumenta l-proċess ta’ verifika b’mod leali. Madankollu, sostna li spjega b’mod adegwat ir-raġunijiet għall-inkonsistenzi fir-rappurtar tal-feedstock matul il-verifiki fuq il-post u li ġew aċċettati mit-tim li kien qed jieħu ħsieb il-każ. Jiaao insista li n-nuqqasijiet ma kinux ta’ natura li jikkawżaw diffikultà bla bżonn biex wieħed jasal għal marġnijiet raġonevolment preċiżi tad-dumping u tad-dannu.

(39)

Barra minn hekk, il-grupp fakkar li r-reviżjonijiet ipprovduti eżatt qabel il-bidu tal-verifika fuq il-post ġew sottomessi konformi mal-istruzzjonijiet ta’ qabel il-verifika. Jiaao argumenta wkoll li reviżjonijiet ulterjuri jirriflettu s-sitwazzjoni attwali tal-kumpaniji kif mifhuma mill-Kummissjoni u fuq it-talba tagħha.

(40)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tqisx l-informazzjoni riveduta eżatt qabel jew matul il-verifika fuq il-post bħala li tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni.

(41)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-kummenti ta’ Jiaao deskritti fil-premessa (38). Il-grupp tabilħaqq spjega l-modus operandi tiegħu. Madankollu, dan ma rrimedjax l-inkonsistenzi deskritti fil-premessa (35).

(42)

Fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni riveduta, il-Kummissjoni fakkret li Jiaao ppreżenta 15-il tabella riveduta eżatt qabel il-bidu tal-verifika fuq il-post. Barra minn hekk, anki wara li rċeviet it-tabelli riveduti, il-Kummissjoni kienet obbligata titlob reviżjonijiet ulterjuri minħabba li nstab li l-informazzjoni sottomessa kienet għadha żbaljata. Għalhekk, il-fatt li l-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni riveduta u fehmet l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-grupp ma kienx ifisser li t-tim li kien qed jieħu ħsieb il-każ aċċetta l-informazzjoni sottomessa bħala korretta jew suffiċjenti u ma rrimedjax il-fatt li l-informazzjoni kkoreġuta ġiet sottomessa fi stadju tant tardiv tal-verifika li ma setgħetx tiġi vverifikata u rrikonċiljata aktar mar-rekords tal-grupp kif ukoll mad-data rrappurtata f’partijiet oħra tat-tweġiba għall-kwestjonarju.

(43)

Barra minn hekk, il-marġni tad-dannu jista’ tabilħaqq jiġi kkalkulat peress li t-tipi ta’ prodotti rrappurtati bħala mibjugħa lill-Unjoni nstabu li kienu konsistenti mad-dokumentazzjoni tal-bejgħ sottomessa. Madankollu, dawn kienu parzjalment inkonsistenti mat-tipi ta’ prodotti rrappurtati bħala li ġew prodotti. Il-marġni tad-dumping ġie ddeterminat ukoll għall-grupp. Filwaqt li rrikorriet għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni aġġustat il-kost mingħajr distorsjoni użat biex jissostitwixxi l-kost tal-grupp ta’ feedstocks individwali biex tkopri l-fatt li ġew irrappurtati prodotti semilesti minflok il-feedstocks oriġinali u biex tiġi evitata sottovalutazzjoni tal-valur normali.

(44)

Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li Jiaao ma pprovda l-ebda informazzjoni jew kjarifika addizzjonali li tbiddel il-konklużjonijiet inizjali tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonfermat l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli sa fejn tikkonċerna l-feedstocks irrappurtati minn Jiaao u l-kalkolu tal-kost xieraq mingħajr distorsjoni.

3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(45)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar id-divulgazzjoni minn qabel u d-divulgazzjoni proviżorja, li kienu jikkonċernaw jew is-sorsi u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kost u tal-profitt mingħajr distorsjoni jew il-kalkoli speċifiċi għall-kumpaniji tal-marġni tad-dumping, mill-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun u mill-ilmentatur. EcoCeres u l-EBB tennew il-kummenti tagħhom f’seduti ta’ smigħ. Barra minn hekk, l-EBB għamel sottomissjoni tard wara li l-iskadenzi kollha għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni proviżorja kienu diġà skadew.

(46)

Dawn il-kummenti tal-partijiet interessati, inklużi l-kummenti li waslu tard mill-ilmentatur, ġew indirizzati kif xieraq fit-taqsimiet rispettivi ta’ hawn taħt. Fejn ċerti affermazzjonijiet kienu jikkonċernaw data speċifika għall-kumpanija u ma kinux suxxettibbli għal sommarju mhux kunfidenzjali, tali affermazzjonijiet ġew indirizzati fid-divulgazzjonijiet finali speċifiċi għall-kumpanija.

3.2.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(47)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur tal-bijodiżil, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejbiet tagħha f’dan ir-rigward kif elaborat fit-taqsima 3.2.1. tar-Regolament proviżorju.

3.2.2.   Pajjiż rappreżentattiv, u sorsi ta’ kost u profitt mingħajr distorsjoni

3.2.2.1.   Pajjiż rappreżentattiv

(48)

Fis-sottomissjoni tiegħu, l-EBB fakkar li huwa ffavorixxa lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv, minħabba li s-suq tiegħu ma kienx affettwat minn distorsjonijiet tas-suq. Il-parti tenniet li abbażi tal-għarfien tagħha dwar is-suq, id-dinamika tas-suq Malażjana hija simili għall-Indoneżja b’taxxi fuq l-esportazzjoni imposti tul il-katina tal-valur tal-bijodiżil, prezzijiet fissi tal-bijodiżil domestiku, u s-suq domestiku jiġi allokat permezz ta’ sistema ta’ liċenzji (25). L-EBB akkuża wkoll lil EcoCeres li pprovda informazzjoni qarrieqa lill-Kummissjoni minkejja li kellu għarfien tajjeb tas-suq Malażjan peress li l-produtturi esportaturi għandhom impjant ta’ produzzjoni fil-Malażja.

(49)

L-ilmentatur argumenta li jekk il-Kummissjoni tinsisti fuq il-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv, kien meħtieġ li jiġu aġġustati l-parametri referenzjarji għall-UCO, għall-effluwent mill-mitħna taż-żejt tal-palm (“POME”, palm oil mill effluent), u għall-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A, selling, general and administrative) u għall-profitt.

(50)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-ilmentatur iffavorixxa lill-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv. L-ewwel nett, il-Kummissjoni diġà indirizzat il-fatt li s-swieq tal-bijodiżil kienu rregolati permezz ta’ miżuri tal-gvernijiet madwar id-dinja, kif ukoll allegazzjonijiet speċifiċi dwar il-Malażja fil-premessi (209) sa (214) tar-Regolament proviżorju. Fir-rigward tal-allegata allokazzjoni tas-suq domestiku lill-produtturi domestiċi permezz ta’ sistema ta’ liċenzji, il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza. Mill-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, dawk il-liċenzji ma deherx li kellhom l-għan li s-suq jinqasam bejn għadd limitat ta’ kumpaniji. Dawn kienu pjuttost liċenzji li nħarġu mill-awtoritajiet Malażjani li jawtorizzaw lill-kumpaniji biex iwettqu attivitajiet fil-qasam tal-produzzjoni tal-bijodiżil – sistema mhux differenti mill-awtorizzazzjonijiet li jinħarġu fil-Brażil minn Agência Nacional do Petróleo, Gás Natural e Biocombustíveis (“ANP”) (26).

(51)

It-tieni nett, l-ilmentatur ma ressaq l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-użu ta’ informazzjoni mill-Brażil jirriżulta f’parametri referenzjarji sostanzjalment differenti għal dawk l-elementi tal-valur normali maħdum li kienu qed jiġu diskussi fid-dettall mill-EBB fid-diversi sottomissjonijiet tiegħu. Pereżempju, il-livell ta’ SG&A u l-profitt tal-produtturi Brażiljani tal-bijodiżil abbażi tal-informazzjoni finanzjarja disponibbli fil-fajl huwa simili għal dak tal-produtturi tal-bijodiżil Malażjani. Bl-istess mod, l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku (27) tindika li l-prezzijiet tal-UCO fil-Brażil matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu simili għall-parametru referenzjarju użat mill-Kummissjoni fl-istadju proviżorju.

(52)

Il-Kummissjoni sabet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex il-Malażja tiġi rrifjutata bħala pajjiż rappreżentattiv. L-affermazzjonijiet tal-EBB speċifiċi għall-parametri referenzjarji individwali ġew indirizzati fit-taqsimiet speċifiċi ta’ hawn taħt.

3.2.2.2.   Fatturi ta’ produzzjoni

(a)   UCO u POME

(53)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, EcoCeres u Zhuoyue ppreżentaw kummenti dwar il-kalkolu tal-kost mingħajr distorsjoni tal-UCO u tal-POME. B’mod partikolari, il-partijiet sostnew li l-esklużjoni tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indoneżja ma kinitx ġustifikata.

(54)

F’dan ir-rigward, Zhuoyue argumenta li s-sempliċi eżistenza ta’ taxxa fuq l-esportazzjoni ma ġġeneratx distorsjoni fil-prezz awtomatikament u l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi evidenza ta’ tali distorsjoni. Biex jappoġġja dan l-argument, il-grupp ipprovda eżempji ta’ prezzijiet tal-importazzjoni tal-UCO u tal-POME li joriġinaw mill-Indoneżja li huma simili għall-prezzijiet tal-importazzjoni taż-żewġ feedstocks b’oriġini f’xi pajjiżi oħra. Il-grupp tenna din l-affermazzjoni fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni finali.

(55)

EcoCeres indika b’mod simili li s-sempliċi eżistenza ta’ taxxa fuq l-esportazzjoni mhijiex biżżejjed biex jiġi konkluż li kien hemm distorsjoni fil-prezz tal-esportazzjoni Indoneżjan tal-UCO u tal-POME. Barra minn hekk, għamel referenza għal investigazzjonijiet preċedenti (28) fejn il-prezz tal-esportazzjoni taż-żejt tal-palm mhux raffinat (“CPO”, crude palm oil) u taż-żejt tal-lewż tal-palm mhux raffinat (“CPKO”, crude palm kernel oil), li t-tnejn kienu soġġetti għal taxxa fuq l-esportazzjoni fl-Indoneżja, tqies bħala parametru referenzjarju xieraq li jirrifletti l-prezz tas-suq.

(56)

Il-Kummissjoni osservat li normalment l-eżistenza ta’ taxxa fuq l-esportazzjoni taffettwa primarjament il-prezz domestiku tal-oġġetti rispettivi, jiġifieri l-prezz tal-UCO u tal-POME fis-suq domestiku Indoneżjan. Madankollu, wara l-perjodu ta’ investigazzjoni taż-żewġ investigazzjonijiet ikkwotati (Ottubru 2017 – Settembru 2018 għall-investigazzjoni antisussidji li tikkonċerna l-bijodiżil li joriġina mill-Indoneżja, Ottubru 2020 – Settembru 2021 għall-investigazzjoni anti-dumping dwar aċidi grassi li joriġinaw mill-Indoneżja), l-ambjent leġiżlattiv li jikkonċerna ż-żejt tal-palm u d-derivattivi tiegħu fl-Indoneżja nbidel. Jiġifieri, fil-perjodu direttament qabel u li jikkoinċidi parzjalment mal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ dan il-każ, il-Gvern tal-Indoneżja introduċa sensiela ta’ bidliet leġiżlattivi puntwali (eż. projbizzjoni fuq l-esportazzjoni f’April u Mejju 2022 (29) (30), sospensjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni sa Ottubru 2022 (31) (32), introduzzjoni ta’ mekkaniżmu li jaġġusta l-livell tat-taxxa fuq l-esportazzjoni abbażi tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet globali tas-CPO f’Awwissu 2022 (33), tnaqqis tal-limitu li jippermetti żieda fit-taxxa fuq l-esportazzjoni (34)) li potenzjalment affettwa s-suq taż-żejt tal-palm u d-derivattivi tiegħu, inklużi l-POME u l-UCO (35). Ma setax jiġi eskluż li dawn il-bidliet leġiżlattivi frekwenti kkawżaw mill-inqas ċaqliq u/jew distorsjonijiet temporanji li affettwaw kemm il-prezzijiet domestiċi kif ukoll dawk tal-esportazzjoni mill-Indoneżja, u b’hekk dawn il-prezzijiet ma kinux xierqa biex jintużaw bħala parametru referenzjarju f’dawn il-perjodi f’dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi u għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(57)

Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-parametri referenzjarji użati fiż-żewġ investigazzjonijiet imsemmija minn EcoCeres u f’din l-investigazzjoni jaqdu fini ekonomiku differenti u jaqgħu taħt qafas legali differenti li għandu kuntest u fini differenti. Fl-investigazzjoni antisussidji dwar l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja, il-kuntest kien l-istabbiliment ta’ parametru referenzjarju għall-kwantifikazzjoni tal-benefiċċju għall-produtturi. Il-fini tal-parametru referenzjarju kien li jiġi ddeterminat il-prezz li kien ikun prevalenti fl-Indoneżja fin-nuqqas tal-iskemi ta’ sussidju fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ dik l-investigazzjoni li kien Ottubru 2017–Settembru 2018. Għalhekk, it-tip differenti ta’ proċediment (tal-ewwel li jikkonċerna s-sussidji), il-qafas legali u l-kuntest differenti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien rilevanti differenti, jimminaw l-argument li sar mill-parti. Fir-rigward tal-investigazzjoni anti-dumping dwar l-aċidi grassi li joriġinaw mill-Indoneżja, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-materja prima soġġetta għal taxxa fuq l-esportazzjoni tissodisfax il-kriterji dwar is-sehem tagħha fuq il-kost tal-produzzjoni skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għal darba oħra, il-perjodu ta’ investigazzjoni kien differenti f’dak il-każ (Ottubru 2020–Settembru 2021). Barra minn hekk, f’dik l-investigazzjoni speċifika, il-Kummissjoni serħet ukoll fuq diversi parametri referenzjarji oħra sabiex teżamina li l-kriterji rilevanti li jivverifikaw il-preżenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont dik d-dispożizzjoni differenti tar-Regolament bażiku ġew issodisfati. Fl-investigazzjoni inkwistjoni, il-fini tal-eżerċizzju huwa li jiġi ddeterminat prezz mingħajr distorsjoni tal-POME u tal-UCO kif prevalenti f’pajjiż ieħor għajr l-Indoneżja, jiġifieri l-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni nnutat li EcoCeres ma ppreżenta l-ebda evidenza li turi li l-prezzijiet Indoneżjani ma kinux affettwati mid-diversi bidliet leġiżlattivi introdotti mill-Gvern tal-Indoneżja, u li, għaldaqstant kienu, biċ-ċertezza kollha xierqa li jintużaw bħala parametru referenzjarju xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(58)

Fl-aħħar nett, tqabbil tal-prezz tal-importazzjoni tal-POME u tal-UCO ta’ oriġini Indoneżjana mal-prezzijiet tal-POME u tal-UCO ta’ oriġini ta’ pajjiżi terzi oħra jista’ ma jkunx konklużiv peress li l-prezzijiet huma influwenzati minn ħafna fatturi, bħad-distanza mill-pajjiż ta’ oriġini, il-kwantità ta’ vjeġġi/kuntratti individwali, il-perjodu meta l-oġġetti jiġu kkonsenjati.

(59)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjonijiet tal-partijiet deskritti fil-premessi (53) sa (55) u kkonfermat l-esklużjoni tal-oriġini Indoneżjana għall-kalkolu tal-kost mingħajr distorsjoni tal-UCO u tal-POME.

(60)

Barra minn hekk, EcoCeres fakkar li pprovda lill-Kummissjoni prezzijiet internazzjonali tal-UCO u l-POME kif miġbura minn Argus Biofuels. Il-parti tenniet li ppreżentat din l-informazzjoni fid-dawl tal-kwantitajiet pjuttost limitati ta’ importazzjoni ta’ dawn iż-żewġ feedstocks importanti fil-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali analizzati (bl-eċċezzjoni tal-Malażja), kif ukoll il-fatt li n-nomenklaturi doganali tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali (bl-eċċezzjoni tal-Malażja) ma ppermettewx li jiġu identifikati oġġetti li jkunu simili għall-feedstocks peress li l-kodiċijiet SA rispettivi koprew varjetà wiesgħa ta’ oġġetti. EcoCeres argumenta li l-fatt li ma kienx possibbli li tiġi vverifikata l-oriġini tal-UCO u tal-POME inklużi fil-prezzijiet internazzjonali minn Argus Biofuels mhuwiex raġuni suffiċjenti biex jiġu rrifjutati l-parametri referenzjarji bħala sors ta’ kost mingħajr distorsjoni. Il-parti rreferiet għal diversi investigazzjonijiet preċedenti (36) fejn il-Kummissjoni użat parametri referenzjarji internazzjonali li jikkwotaw prezz ta’ input kif ikkonsenjat f’port fiċ-Ċina jew fejn il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda analiżi biex tiżgura li l-parametru referenzjarju internazzjonali ma kienx jinkludi inputs ta’ oriġini Ċiniża.

(61)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni fakkret li r-raġuni primarja għan-nuqqas ta’ użu tal-parametri referenzjarji internazzjonali minn Argus Biofuels kienet li dawn kienu protetti mid-drittijiet tal-awtur u l-parti ma kisbitx permess mis-sid tad-drittijiet tal-awtur biex id-data tintuża fl-investigazzjoni. It-tieni nett, f’dan il-każ, il-Kummissjoni stabbiliet li madwar id-dinja r-RPĊ hija l-fornitur ewlieni tal-UCO u l-Indoneżja hija waħda mill-fornituri ewlenin tal-POME. Għalhekk, il-fatt li l-prezzijiet tal-feedstocks inkwistjoni nstabu li kellhom distorsjoni f’dawk il-pajjiżi ta’ oriġini ma jistax jiġi injorat meta jintgħażel l-aktar sors xieraq ta’ kost mingħajr distorsjoni. Konsegwentement, l-affermazzjoni ma ġietx aċċettata.

(62)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja u fis-sottomissjoni tiegħu, l-EBB filwaqt li appoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi l-UCO u l-POME ta’ oriġini Indoneżjana mill-kalkolu tal-kost mingħajr distorsjoni abbażi tad-data tal-importazzjoni Malażjana tenna s-suġġeriment tiegħu li jintużaw il-prezzijiet tal-importazzjoni lejn l-Istati Uniti bħala s-sors tal-kost mingħajr distorsjoni tal-UCO u tal-POME minflok id-data tal-importazzjoni Malażjana. Biex isostni l-affermazzjoni tiegħu, l-EBB ippreżenta li:

(a)

Wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet ta’ oriġini Indoneżjana, il-kwantitajiet tal-UCO (madwar 44 000 tunnellata) u tal-POME (madwar 19 000 tunnellata) importati lejn il-Malażja ma kinux sors affidabbli ta’ kost mingħajr distorsjoni. B’mod partikolari, l-EBB indika li l-konsum tal-UCO bħala l-feedstock ewlieni minn produttur tal-bijodiżil Ċiniż individwali huwa akbar mill-kwantità tal-importazzjoni Malażjana li jifdal.

(b)

Il-kwantitajiet ta’ importazzjoni lejn l-Istati Uniti taħt il-kodiċijiet tal-merkanzija għall-UCO u l-POME kienu ferm aktar rappreżentattivi (madwar 630 000 tunnellata għall-UCO u madwar 45 000 tunnellata għall-POME). Skont l-EBB, il-Kummissjoni naqset milli tispjega għaliex dan il-parametru referenzjarju alternattiv ma jkunx sors aktar affidabbli ta’ prezz mingħajr distorsjoni mid-data tal-importazzjoni Malażjana meta rrifjutat il-proposta tal-parti fl-istadju proviżorju (ara l-premessi (233) u (234) tar-Regolament proviżorju). Barra minn hekk, l-EBB sostna li l-fatt li l-Istati Uniti mhumiex f’livell ta’ żvilupp simili għar-RPĊ ma kienx ostaklu peress li l-Kummissjoni kellha diskrezzjoni kbira fid-determinazzjoni ta’ parametru referenzjarju rilevanti. F’dan ir-rigward, l-Istati Uniti ma jitqisux bħala pajjiż rappreżentattiv iżda sors ta’ prezzijiet, kostijiet u valuri referenzjarji internazzjonali mingħajr distorsjoni. L-EBB indika li fis-sottomissjoni tiegħu dwar l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv issuġġerixxa wkoll parametri referenzjarji internazzjonali minn Argus Biofuels miġbura barra mill-pajjiż rappreżentattiv, inkluż f’punti ġeografiċi li jirrappreżentaw pajjiżi/reġjuni li mhumiex f’livell ta’ żvilupp simili għar-RPĊ.

(c)

L-EBB qajjem dubji dwar il-ħtieġa għal distinzjoni bejn xaħmijiet u żjut li jittieklu u dawk li ma jittiklux fin-nomenklatura doganali tal-pajjiż rappreżentattiv. Il-parti indikat li l-UCO bħala skart, skont id-definizzjoni tiegħu stess, huwa inkommestibbli. Hija qajmet dubju dwar il-ħtieġa għal kriterju bħal dan meta tagħżel pajjiż rappreżentattiv meta wieħed iqis li l-biċċa l-kbira tan-nomenklaturi doganali (l-Unjoni, l-Istati Uniti, ir-RPĊ ġew ipprovduti bħala eżempji) ma għandhomx il-ħtieġa għal tali distinzjoni. Fis-sottomissjoni tiegħu, l-EBB tenna li d-differenza bejn il-kwantità importata u esportata tal-UCO lejn u mill-Malażja kienet suspettuża peress li tissuġġerixxi ġbir ta’ UCO f’tali kwantitajiet li per capita jaqbżu l-kwantitajiet ta’ ġbir tipiċi fl-Unjoni minn 7 sa 10 darbiet.

(d)

Fl-aħħar nett, l-EBB allega li l-kalkolu tal-Kummissjoni tal-kost mingħajr distorsjoni tal-UCO kien difettuż. Il-parti qabblet il-kwantitajiet tal-importazzjoni u l-prezzijiet unitarji żvelati fl-Ewwel Nota dwar is-sorsi għall-kalkolu tal-valur normali minn naħa waħda, u t-Tieni Nota u d-divulgazzjoni minn qabel min-naħa l-oħra. (37) L-ilmentatur sostna li l-kost mingħajr distorsjoni tal-UCO kien ġie deflatat wara żball li sar mill-Kummissjoni.

(63)

Il-Kummissjoni spjegat li ma hemm l-ebda limitu preċiż f’termini ta’ kwantità li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċertu input sors mhux affidabbli ta’ kost mingħajr distorsjoni. Il-konsum tal-produtturi esportaturi jista’ tabilħaqq jitqies bħala indikatur ta’ liema kwantità tista’ tiġi miċħuda bħala mhux rappreżentattiva biżżejjed. F’dan il-każ, il-kwantitajiet totali tal-importazzjonijiet Malażjani tal-UCO u tal-POME wrew li s-suq fil-Malażja uża dawn iż-żewġ feedstocks b’mod estensiv biex jipproduċi l-bijodiżil. Il-kwantitajiet assoluti wara l-esklużjoni tal-oriġini Indoneżjana ma tqisux daqshekk baxxi li jirriżultaw f’distorsjoni fil-prezzijiet unitarji tal-importazzjoni. Peress li s-sehem tal-POME importat fil-Malażja mill-Indoneżja kien sostanzjali, sabiex jiġi żgurat li tali volum ma influwenzax il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li jifdal, il-Kummissjoni wettqet tqabbil tal-prezzijiet. It-tqabbil tal-prezzijiet żvela li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li jifdal ma kinux allinjati mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja. Tqabbil simili sar għall-importazzjonijiet tal-POME, fejn il-proporzjon tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja kien ferm aktar baxx. It-tqabbil tal-prezzijiet bejn l-importazzjonijiet Indoneżjani u oħrajn żvela li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn oriġini oħra wkoll ma kinux affettwati mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indoneżjani.

(64)

Għalhekk, ma kienx hemm bżonn ta’ parametru referenzjarju alternattiv. Fi kwalunkwe każ, l-importazzjonijiet lejn l-Istati Uniti ma jkunux sors xieraq ta’ prezzijiet, kostijiet u parametri referenzjarji internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-UCO. L-ewwel nett, il-valuri u l-volumi tal-importazzjoni pprovduti mill-EBB koprew il-kodiċi SA 1518 00 sħiħ. Għalkemm il-parti ppreżentat id-data bħala importazzjonijiet taħt żewġ kodiċijiet tal-merkanzija bi tmien ċifri, il-Kummissjoni sabet li ma kien hemm l-ebda kodiċi ieħor inkluż fin-nomenklatura doganali tal-Istati Uniti taħt il-kodiċi SA 1518 00 . Għalhekk, l-EBB għal darba oħra ppreżenta l-importazzjonijiet ta’ firxa sħiħa ta’ diversi xaħmijiet u żjut tal-annimali u veġetali, inklużi potenzjalment l-importazzjonijiet tal-bijodiżil, bħala sors xieraq ta’ kost mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni kienet diġà spjegat (fl-Ewwel u t-Tieni Noti dwar is-sorsi għall-kalkolu tal-valur normali, imfakkra fil-premessi (223), (224), (227), (228), (233) u (234) tar-Regolament proviżorju) li tali approċċ mhuwiex aċċettabbli, b’mod partikolari għal input li jirrappreżenta sehem kbir tal-kost tal-produzzjoni tal-bijodiżil u meta teżisti data xierqa aktar preċiża u faċilment disponibbli f’pajjiż rappreżentattiv.

(65)

It-tieni nett, il-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn xaħmijiet u żjut li jittieklu u li ma jittiklux ġiet indirizzata wkoll fl-Ewwel u t-Tieni noti dwar is-sorsi għall-kalkolu tal-valur normali, fil-premessi (223), (224), (227), (228), (233) u (234) tar-Regolament proviżorju. Kif innota ġustament l-EBB, l-UCO huwa prodott ta’ skart. Għalhekk, ma jkunx korrett li wieħed jassumi li l-prezz medju tal-importazzjonijiet kollha ta’ xaħmijiet u żjut tal-annimali u veġetali taħt il-kodiċi SA 1518 00 kien jirrifletti l-prezz mingħajr distorsjoni tal-UCO. Il-Kummissjoni qieset li t-tnaqqis fl-għażla tal-kodiċijiet tal-merkanzija għal kodiċijiet bħal dawn li jkopru l-importazzjoni ta’ żjut li jittieklu, jippermetti li jiġi identifikat prezz tal-importazzjoni li jkun eqreb għall-prezz attwali tal-UCO. Il-Kummissjoni ma setgħet tieħu l-ebda pożizzjoni fir-rigward tal-kwantitajiet allegatament suspettużi ta’ UCO importat u esportat peress li ma kienx ċar kif twettqet din l-analiżi.

(66)

Fl-aħħar nett, kif indikat ukoll b’mod korrett minn EcoCeres fis-sottomissjoni ta’ kontroargument tiegħu, id-differenzi fil-kwantitajiet u fil-prezzijiet tal-UCO importat jirriżultaw mill-fatt li filwaqt li d-data dwar l-importazzjoni inkluża fl-Ewwel Nota kopriet diversi pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, fit-Tieni Nota u fid-divulgazzjoni minn qabel kienet limitata għall-Malażja bħala l-pajjiż rappreżentattiv magħżul.

(67)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjonijiet tal-EBB deskritti fil-premessa (62).

(b)   Grass kannella

(68)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Zhuoyue tenna li l-Kummissjoni ma kellhiex tinkludi l-kodiċi tal-merkanzija 3823 19 90 fil-kalkolu tal-kost mingħajr distorsjoni tal-grass kannella (“BG”, brown grease), tal-iskart tal-ikel u tal-istokk tas-sapun (38). Il-grupp argumenta li peress li l-kodiċi tal-merkanzija msemmi hawn fuq jirreferi fost l-oħrajn għal “Oħrajn għajr żjut aċidużi mir-raffinar, […]”, dan jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kalkolu tal-parametru referenzjarju peress li l-BG, l-iskart tal-ikel u l-istokk tas-sapun huma żjut aċidużi miksuba mir-raffinar tal-fdalijiet tal-iskart. Fl-aħħar nett, Zhuoyue rrimarka li l-valur unitarju tal-importazzjonijiet taħt il-kodiċi tal-merkanzija inkwistjoni huwa ogħla mill-kost mingħajr distorsjoni ddeterminat għall-UCO. Skont il-kumpanija dan juri li l-kodiċi tal-merkanzija 3823 19 90 jenħtieġ li ma jintużax għall-parametru referenzjarju għall-BG, għall-iskart tal-ikel u għall-istokk tas-sapun peress li l-UCO huwa feedstock ta’ kwalità ogħla (kontenut aktar baxx ta’ aċidi grassi ħielsa) u, għaldaqstant, naturalment jenħtieġ li jkun iqum aktar flus.

(69)

Il-Kummissjoni nnutat li l-BG, l-iskart tal-ikel u l-istokk tas-sapun mhux neċessarjament jirrappreżentaw żjut aċidużi raffinati. Dawn huma pjuttost oġġetti ta’ skart, li meta jitqies il-kontenut tagħhom ta’ aċidi grassi ħielsa jixbhu l-aktar oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċi SA 3823 19 . Sabiex tidentifika kodiċijiet tal-merkanzija xierqa biex jiddeterminaw il-kost mingħajr distorsjoni tal-BG, tal-iskart tal-ikel, tal-istokk tas-sapun, u tal-SBEO (spent bleaching earth oil) għal dik il-kwistjoni, il-Kummissjoni neħħiet mill-kunsiderazzjoni l-kodiċijiet tal-merkanzija li jaqgħu taħt il-kodiċi SA 3823 19 li jkopru oġġetti bbażati fuq il-palm. Il-kodiċi tal-merkanzija 3823 19 90 huwa kodiċi li jifdal li jinkludi oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċi SA speċifiku iżda mhux ikklassifikati taħt xi wieħed mill-kodiċijiet korrispondenti tal-merkanzija bi tmien ċifri. Fl-istess ħin, jeskludi oġġetti relatati mal-palm.

(70)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tikkontestax li meta jitqies il-kontenut aktar baxx tiegħu ta’ aċidi grassi ħielsa, l-UCO huwa feedstock ta’ kwalità ogħla mill-BG, mill-iskart tal-ikel jew mill-istokk tas-sapun. Madankollu, il-grupp qabbel il-prezz unitarju tal-importazzjoni ta’ kodiċi wieħed tal-merkanzija mal-prezz medju tal-importazzjoni tal-kodiċijiet tal-merkanzija kollha użati biex jiġi ddeterminat il-kost mingħajr distorsjoni tal-UCO. Il-valur tal-parametru referenzjarju użat għall-UCO kien madankollu ogħla minn dak użat għall-BG, għall-iskart tal-ikel u għall-istokk tas-sapun. Għaldaqstant, il-parametri referenzjarji użati mill-Kummissjoni fl-istadju proviżorju ma kkontradewx is-suppożizzjoni li l-prezz tal-UCO normalment jenħtieġ li jkun ogħla mill-prezz tal-feedstocks l-oħra msemmija.

(71)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjoni ta’ Zhuoyue deskritta fil-premessa (68) u kkonfermat is-sejbiet tagħha fil-premessa (240) tar-Regolament proviżorju.

(c)   Idroġenu

(72)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, EcoCeres argumenta li l-aġġustament għall-kost mingħajr distorsjoni tal-idroġenu kif applikat mill-Kummissjoni fl-istadju proviżorju ma kienx xieraq. L-aġġustament wassal għal żieda fil-valur tal-parametru referenzjarju. Madankollu, is-sors tal-kost tal-Malażja tal-idroġenu kien jikkorrispondi għall-idroġenu ekoloġiku għall-użu tal-fjuwil. Għalhekk, kwalunkwe aġġustament għall-idroġenu (mhux ekoloġiku) għall-użu industrijali jenħtieġ li jnaqqas il-valur tal-parametru referenzjarju. Il-grupp issuġġerixxa bidla fil-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni fl-istadju proviżorju.

(73)

Il-Kummissjoni ma kkontestatx il-ħtieġa li l-prezz tal-idroġenu tal-fjuwil jiġi aġġustat għall-prezz tal-idroġenu għall-użu industrijali. Fl-istadju proviżorju, il-Kummissjoni użat l-istatistika miġbura mis-Sħubija għall-Idroġenu Nadif għal tali aġġustament. Wara l-kummenti ta’ EcoCeres, il-Kummissjoni aġġustat parzjalment il-metodoloġija tagħha biex tiddetermina l-aġġustament. Il-metodoloġija ġiet żvelata lill-partijiet interessati fin-Nota riveduta dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet u tal-profitt mingħajr distorsjoni fil-qafas tad-divulgazzjoni finali. Il-kost rivedut mingħajr distorsjoni tal-idroġenu ntuża fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping tal-grupp fl-istadju definittiv.

(74)

Wara d-divulgazzjoni finali, EcoCeres laqa’ l-fatt li l-Kummissjoni rrevediet parzjalment il-metodoloġija tagħha biex taġġusta l-prezz tal-idroġenu tal-fjuwil għal-livell tal-prezz tal-idroġenu industrijali. Madankollu, hu argumenta wkoll li l-aġġustament ’l isfel għandu jkun aktar sinifikanti. Biex jappoġġa l-affermazzjoni tiegħu, EcoCeres irrefera għal stħarriġ mill-Amministrazzjoni tal-Informazzjoni dwar l-Enerġija tal-Istati Uniti (“EIA, Energy Information Administration”) (39), li wera li l-prezz tax-xiri tal-idroġenu użat mill-produtturi tas-sustanzi kimiċi kien l-aktar baxx fost is-setturi kollha tal-manifattura eżaminati u ferm aktar baxx mill-ogħla prezz imħallas mill-produtturi tat-tagħmir, tal-apparati u tal-komponenti elettriċi.

(75)

Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni u sabet is-sejbiet tal-EIA mill-inqas inkonklużivi għall-fini tad-determinazzjoni tal-kost mingħajr distorsjoni tal-idroġenu (industrijali). L-artiklu ppubblikat mill-EIA abbażi tad-data miġbura ma jagħmilx distinzjoni bejn il-fjuwil u l-idroġenu industrijali. Fl-istess ħin, id-data sottostanti (40) tikkonċerna l-prezzijiet medji tas-sorsi tal-enerġija mixtrija, u għalhekk x’aktarx tirreferi għall-idroġenu tal-fjuwil. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(76)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-EBB sostna li l-Kummissjoni użat il-kost mingħajr distorsjoni deflatat tal-idroġenu bħala riżultat tal-fatt li ma kkalkulatx il-prezz medju tax-xiri mill-istatistika tas-Sħubija għall-Idroġenu Nadif abbażi ta’ medja ponderata.

(77)

Il-Kummissjoni ma qablitx. L-istatistika mis-Sħubija għall-Idroġenu Nadif ma ġietx ippreżentata bħala sett ta’ punti ta’ data individwali, iżda bħala għadd ta’ osservazzjonijiet f’diversi intervalli tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni kkalkulat medja ponderata tal-limitu ’l fuq u ’l isfel tal-intervalli, u sussegwentement iddeterminat punt tan-nofs bħala medja sempliċi. Il-Kummissjoni qieset li dan il-metodu kien l-aktar xieraq fir-rigward tas-sett ta’ data disponibbli. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(d)   Elettriku, gass naturali u fwar

(78)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-EBB indika li l-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali użati mill-Kummissjoni ġew implimentati fil-Malażja fl-2014 u fl-2021 rispettivament. Il-parti fakkret li f’investigazzjoni preċedenti (41) fejn il-Kummissjoni użat l-istess sorsi ta’ kostijiet mingħajr distorsjoni tal-elettriku u tal-gass naturali fil-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv, hija aġġustat il-prezzijiet għall-inflazzjoni.

(79)

Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni u kkonkludiet li tabilħaqq b’mod involontarju ħalliet barra l-aġġustament tal-inflazzjoni f’dan il-każ. Il-Kummissjoni użat l-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi (“PPI”, producer price index) biex tikkalkula l-kost rivedut mingħajr distorsjoni tal-elettriku u tal-gass naturali. Peress li l-kost mingħajr distorsjoni tal-fwar ġie kkalkulat abbażi tal-kost mingħajr distorsjoni tal-gass naturali, il-parametru referenzjarju tiegħu ġie rivedut ukoll wara r-reviżjoni li tikkonċerna l-gass naturali.

(80)

Wara d-divulgazzjoni finali, EcoCeres argumenta li l-Kummissjoni ma kellhiex tuża l-PPI għall-aġġustament tal-inflazzjoni peress li kien ġenerali żżejjed meta wieħed iqis li indiċi tal-prezzijiet speċifiku għall-enerġija kien disponibbli fil-bażi tad-data tal-Bank Dinji (42) użata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-aġġustament tal-inflazzjoni ma ġiex ikkalkulat speċifikament għall-perjodu ta’ investigazzjoni, li kien mifrux fuq sentejn, peress li l-PPI użat mill-Kummissjoni kopra snin kalendarji sħaħ. EcoCeres indika li l-indiċi tal-prezzijiet tal-enerġija kellu data disponibbli għal kull xahar u b’hekk kien possibbli li jiġi ddeterminat l-aġġustament speċifikament għall-perjodu ta’ investigazzjoni.

(81)

Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni u sabet li tabilħaqq, il-bażi tad-data tal-Bank Dinji dwar l-inflazzjoni kien fiha indiċi tal-prezzijiet tal-enerġija għall-Malażja u għall-perjodu meħtieġ għall-aġġustament tal-inflazzjoni. Madankollu, l-indiċi tal-prezzijiet tal-enerġija għall-Malażja kien ibbażat fuq il-prezzijiet stmati. Għalhekk, f’dan il-każ ma kienx neċessarjament sors ta’ informazzjoni aktar affidabbli jew xieraq dwar l-inflazzjoni fil-Malażja. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(82)

Madankollu, il-Kummissjoni qieset il-fatt li l-aġġustament tal-inflazzjoni mwettaq fid-divulgazzjoni finali ma kienx imfassal speċifikament għall-perjodu ta’ investigazzjoni, b’mod partikolari peress li l-PPI kien disponibbli wkoll fuq bażi trimestrali. Il-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-fwar ġie rivedut aktar bl-użu ta’ aġġustament rivedut tal-inflazzjoni wara l-kummenti ta’ EcoCeres dwar id-divulgazzjoni finali. Ecoceres u l-partijiet interessati ġew infurmati bl-aġġustament rivedut tal-inflazzjoni f’divulgazzjoni addizzjonali u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(83)

Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, EcoCeres tenna li l-Kummissjoni kellha tuża l-indiċi tal-prezzijiet tal-enerġija minflok il-PPI. Barra minn hekk, fil-kalkolu tal-aġġustament tal-inflazzjoni għall-gass naturali, il-Kummissjoni kellha tuża r-raba’ trimestru tal-2021 bħala l-punt tat-tluq minflok is-sena sħiħa tal-2021 peress li l-prezz tal-gass naturali użat bħala parametru referenzjarju kien applikabbli fil-Malażja f’dak it-trimestru.

(84)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet. L-ewwel nett, EcoCeres ma pprovda l-ebda ġustifikazzjoni jew raġunament addizzjonali għall-użu tal-indiċi tal-prezzijiet tal-enerġija fuq il-PPI. It-tieni nett, il-Kummissjoni sabet li l-użu tal-PPI għas-sena sħiħa 2021 kien aktar xieraq. Il-perjodu ta’ investigazzjoni kopra sena sħiħa u għalhekk, l-aġġustament tal-inflazzjoni ġie kkalkulat billi tqabbel l-indiċi tal-prezzijiet għal perjodu ta’ erba’ trimestri ma’ perjodu preċedenti tal-istess tul.

(e)   Manodopera

(85)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni minn qabel, EcoCeres ippreżenta tliet affermazzjonijiet dwar il-kost lavorattiv mingħajr distorsjoni. Il-grupp tenna l-affermazzjonijiet tiegħu wara d-divulgazzjoni proviżorja:

(a)

Ma kienx xieraq li jintuża l-kost lavorattiv ta’ “tekniċi u professjonisti assoċjati” fil-Malażja bħala parametru referenzjarju għall-kost lavorattiv mingħajr distorsjoni tal-produtturi Ċiniżi tal-bijodiżil.

(b)

Il-Kummissjoni kellha tuża l-indiċi tas-salarji Malażjan biex taġġusta l-kost lavorattiv fil-Malażja, li kien disponibbli biss għall-2016, minflok l-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi. EcoCeres għamel referenza għas-sit web tal-Istitut tal-Malażja għall-Informazzjoni u l-Analiżi tas-Suq tax-Xogħol (“ILMIA”, Institute of Labour Market Information and Analysis) bħala s-sors tal-indiċi tas-salarji.

(c)

Il-Kummissjoni kellha tuża 52,14 ġimgħa fis-sena biex tikkonverti s-sigħat maħduma fil-ġimgħa għal sigħat tax-xogħol ta’ kull xahar fil-kalkolu tal-kost lavorattiv fis-siegħa.

(86)

L-ewwel nett, abbażi tal-informazzjoni li nġabret matul il-verifiki fuq il-post, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-biċċa l-kbira tal-persunal li jaħdem fil-produzzjoni (eż. kmamar ta’ kontroll, laboratorji) kellu edukazzjoni tal-kulleġġ, li tikkorrispondi għal edukazzjoni terzjarja mingħajr lawrja universitarja, jiġifieri taħt il-livell ta’ lawrja ta’ baċellerat. Skont il-Klassifika Standard tal-Impjiegi tal-Malażja (43), l-impjiegi li jeħtieġu, inter alia, edukazzjoni terzjarja li twassal għal ċertifikat mhux ekwivalenti għall-ewwel grad (jiġifieri lawrja ta’ baċellerat) huma kklassifikati fil-grupp ta’ “tekniċi u professjonisti assoċjati”. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tuża d-data għat-tekniċi u għall-professjonisti assoċjati fil-Malażja bħala l-kost lavorattiv mingħajr distorsjoni.

(87)

It-tieni nett, is-sit web tal-ILMIA jipprovdi informazzjoni dwar l-Indiċjar Nazzjonali tal-Pagi sa Settembru 2018 biss. Madankollu, il-kost lavorattiv kellu jiġi aġġustat għall-inflazzjoni għall-perjodu tal-2016 – 2023. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li kien xieraq li jintuża l-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi għall-fini tal-aġġustament tal-inflazzjoni.

(88)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li l-kalkolu tal-kost lavorattiv fis-siegħa fil-Malażja kien preċiż biżżejjed meta jitqies il-fatt li l-manodopera kkontribwiet għall-kost totali tal-produzzjoni b’inqas minn 1,7 % u li kalkolu mill-ġdid tal-parametru referenzjarju bbażat fuq is-suġġeriment tal-gruppi deskritt fil-punt (c) tal-premessa (85) ikollu impatt negliġibbli fuq il-valur normali maħdum.

(89)

Meta jitqiesu r-raġunijiet elaborati fil-premessi (86) sa (88), il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjonijiet ta’ EcoCeres deskritti fil-premessa (85) u kkonfermat is-sejbiet fil-premessa (270) tar-Regolament proviżorju.

(90)

Wara d-divulgazzjoni finali, EcoCeres tenna li l-kost lavorattiv mingħajr distorsjoni użat fil-kalkolu tad-dumping jenħtieġ li jiġi applikat b’mod proporzjonali abbażi tal-livell ta’ edukazzjoni u/jew ta’ ħiliet tal-persunal li jirrifletti l-affermazzjoni deskritta fil-premessa (85)(a).

(91)

Barra minn hekk, EcoCeres indika li l-kost lavorattiv mingħajr distorsjoni fil-Malażja użat mill-Kummissjoni fid-divulgazzjoni finali ma kienx affidabbli peress li kien ibbażat (a) fuq informazzjoni skaduta li kienet teħtieġ aġġustament għall-inflazzjoni, (b) fuq sors li jipprovdi informazzjoni dwar il-kost lavorattiv b’mod ġenerali żżejjed mingħajr ma ssir distinzjoni skont is-settur industrijali u l-attività ekonomika. Barra minn hekk, l-aġġustament tal-inflazzjoni ma ġiex determinat għal perjodu li jikkorrispondi preċiżament għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-aħħar nett, il-kumpanija argumentat li l-użu ta’ żewġ sorsi differenti għall-kost lavorattiv (l-Istitut Malażjan tal-Informazzjoni u l-Analiżi tas-Suq tax-Xogħol (“ILMIA”) u għas-sigħat maħduma (l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO” - International Labour Organization)) kompla jnaqqas l-affidabbiltà tal-parametru referenzjarju.

(92)

F’dan ir-rigward, EcoCeres innota li f’investigazzjoni preċedenti (44), il-Kummissjoni bbażat fuq data mid-Dipartiment tal-Istatistika tal-Malażja (“DOSM”) fir-rigward tal-pagi u s-sigħat maħduma. Il-kumpanija pprovdiet ukoll kalkolu tal-kost lavorattiv mingħajr distorsjoni bbażat fuq (a) data mid-DOSM għall-paga fis-siegħa u (b) informazzjoni minn diversi sorsi pubbliċi dwar il-kost lavorattiv addizzjonali, b’mod partikolari diversi tipi ta’ kontribuzzjonijiet soċjali.

(93)

Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni. Meta jitqies li d-data mid-DOSM kienet disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni u speċifikament għas-settur industrijali li għalih tappartjeni l-produzzjoni tal-bijodiżil, u l-fatt li l-informazzjoni dwar il-kost lavorattiv addizzjonali kienet disponibbli wkoll, kien tabilħaqq aktar xieraq li jintużaw is-sorsi proposti minn EcoCeres għad-determinazzjoni tal-kost lavorattiv mingħajr distorsjoni. Din l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-kumpanija kien fiha l-elementi kollha meħtieġa biex jinbena l-kost lavorattiv fis-siegħa mingħajr distorsjoni, bħall-pagi, is-sigħat maħduma, il-kontribuzzjonijiet soċjali u kostijiet lavorattivi oħra mġarrba mill-impjegatur. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrevediet il-kost lavorattiv mingħajr distorsjoni.

(94)

Meta jitqiesu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-affermazzjoni ta’ EcoCeres deskritti fil-premessi (91) u (92), l-affermazzjoni tal-kumpanija deskritta fil-premessa (90) saret irrilevanti. Il-parametru referenzjarju rivedut iqis is-settur industrijali, iżda mhux il-livell tal-edukazzjoni u tal-ħiliet tal-impjegati. Ecoceres u l-partijiet interessati ġew infurmati bil-parametru referenzjarju rivedut permezz ta’ divulgazzjoni addizzjonali u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(95)

Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, EcoCeres ikkummenta dwar il-kalkolu rivedut tal-kost lavorattiv. Wieħed mill-elementi li ttieħdu inkunsiderazzjoni kien il-pagament ta’ terminazzjoni tal-impjieg, li għalih huwa intitolat impjegat jekk kien impjegat għal 12-il xahar jew aktar u l-paga ta’ kull xahar tiegħu kienet sa 4 000 MYR. Skont it-tul ta’ żmien tal-impjieg, l-impjegat kien intitolat għal 10, 15 jew 20 jum ta’ ħlas ta’ terminazzjoni tal-impjieg. Peress li s-salarju fix-xahar ikkalkulat kien kemxejn ogħla minn 4 000 MYR, il-parti sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża approċċ konservattiv u tinkludi kost ta’ pagament ta’ terminazzjoni ta’ 10 jum fil-kalkolu tal-valur referenzjarju.

(96)

Il-Kummissjoni kkonfermat il-metodoloġija użata wara d-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni adottat approċċ ibbilanċjat u inkludiet pagament ta’ terminazzjoni ta’ 15-il jum fil-kalkolu tal-punt ta’ riferiment. Il-paga medja fix-xahar ma għamlitx differenza bejn diversi impjiegi (produzzjoni, amministrazzjoni, ġestjoni) fl-industrija tal-kimika. Il-Kummissjoni qieset li kien probabbli ħafna li l-maġġoranza tal-impjegati rċevew paga ta’ inqas minn 4 000 MYR u għalhekk ikunu intitolati għal ħlas ta’ terminazzjoni tal-impjieg bil-liġi.

(f)   Kost rivedut mingħajr distorsjoni ta’ ċerti fatturi ta’ produzzjoni

(97)

Wara l-kummenti dwar id-divulgazzjoni proviżorja u dik finali deskritti u indirizzati fil-premessi (48) sa (94), il-Kummissjoni rrevediet il-kost mingħajr distorsjoni ta’ ċerti fatturi ta’ produzzjoni kif ġej:

Tabella 1

Kost rivedut mingħajr distorsjoni ta’ ċerti fatturi ta’ produzzjoni

Fattur ta’ produzzjoni / kategorija

Fattur ta’ produzzjoni / deskrizzjoni

Kodiċijiet tal-merkanzija tan-nomenklatura doganali Malażjana

Sors tad-data

Valur tal-unità (CNY)

Unità ta’ kejl

Input ieħor

Idroġenu

Mhux applikabbli

Prezzijiet domestiċi Malażjani aġġustati

3,23

m3

Enerġija

Elettriku

Mhux applikabbli

Prezzijiet domestiċi Malażjani aġġustati għall-inflazzjoni

0,58 -0,76

kWh

Enerġija

Gass naturali

Mhux applikabbli

Prezzijiet domestiċi Malażjani aġġustati għall-inflazzjoni

2,08 -2,11

m3

Enerġija

Fwar

Mhux applikabbli

Prezzijiet domestiċi Malażjani bbażati fuq il-prezz aġġustat tal-gass naturali

178,56

tunnellata

Manodopera

Manodopera

Mhux applikabbli

Dipartiment tal-Istatistika tal-Malasja

38,15

siegħa

3.2.2.3.   SG&A u profitt

(a)   Sorsi tal-kostijiet SG&A u tal-profitt

(98)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, EcoCeres u Zhuoyue ppreżentaw kummenti dwar il-kalkolu tal-kostijiet SG&A u tal-profitt mingħajr distorsjoni, b’mod partikolari l-inklużjoni ta’ tliet kumpaniji addizzjonali Malażjani li joperaw fis-settur tas-sustanzi kimiċi organiċi fil-ġabra ta’ kumpaniji użati biex jiġu ddeterminati l-kostijiet SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni.

(99)

Iż-żewġ partijiet indikaw li t-tliet produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi mmanifatturaw prodotti li kienu diversi wisq biex jirriflettu d-data finanzjarja ta’ produttur tal-bijodiżil. Barra minn hekk, ma kienx ċar kif id-data finanzjarja tagħhom kienet tirrappreżenta l-proċess ta’ produzzjoni nieqes, jiġifieri l-produzzjoni tal-bijodiżil permezz tal-idroġenizzazzjoni, peress li l-ebda waħda mill-kumpaniji miżjuda ma pproduċiet il-bijodiżil.

(100)

Barra minn hekk, EcoCeres argumenta li l-Kummissjoni naqset milli tispjega għaliex il-proċess tal-produzzjoni kellu impatt sinifikanti fuq il-kostijiet SG&A u l-profitt.

(101)

EcoCeres ppreżenta wkoll li bl-użu tad-data finanzjarja tal-produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi Malażjani mill-bażi tad-data Orbis, il-Kummissjoni kkontradixxiet ir-raġunament preċedenti tagħha f’din l-investigazzjoni fejn ma ġietx aċċettata informazzjoni finanzjarja li ma kinitx dettaljata biżżejjed biex tidentifika, pereżempju, ir-riżultati finanzjarji ta’ kumpanija f’segment direttament relatat mal-produzzjoni tal-bijodiżil. Il-grupp innota li d-data finanzjarja minn Orbis lanqas ma pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar is-segment.

(102)

Barra minn hekk, EcoCeres għamel referenza għal investigazzjonijiet preċedenti (45) fejn il-Kummissjoni użat informazzjoni finanzjarja relatata ma’ prodotti għajr il-prodott taħt investigazzjoni biss fejn ma kien hemm l-ebda data finanzjarja disponibbli tal-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni.

(103)

EcoCeres sostna ukoll li jekk il-Kummissjoni tinsisti li testendi l-ġabra ta’ kumpaniji użata biex jiġu ddeterminati l-SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni, jenħtieġ li ssegwi waħda mill-għażliet ta’ hawn taħt (fl-ordni ta’ preferenza):

(a)

Il-grupp argumenta li l-użu ta’ data finanzjarja ta’ kumpaniji kklassifikati taħt il-kodiċi NACE (46) 20.14 (Manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi oħra (47)) ma kienx xieraq. Huwa indika li kodiċi NACE aktar xieraq ikun 10.41 (Manifattura ta’ żjut u xaħmijiet (48)), li espliċitament fih l-ipproċessar ta’ żjut veġetali inkluż bl-idroġenizzazzjoni. L-impjant Malażjan ta’ EcoCeres ġie kklassifikat taħt il-kodiċi NACE 10.41 fil-bażi tad-data Orbis. Il-grupp ippreżenta wkoll rapporti finanzjarji ta’ tliet kumpaniji kklassifikati taħt il-kodiċi NACE 10.41 li nkisbu mir-reġistru lokali Malażjan.

(b)

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibbaża fuq data finanzjarja ta’ kumpaniji Malażjani kklassifikati bħala produtturi ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi oħra, jenħtieġ li tal-anqas tuża rapporti finanzjarji minflok data finanzjarja mill-bażi tad-data Orbis. EcoCeres ippreżenta rapporti finanzjarji ta’ sitt produtturi Malażjani ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi oħra miksuba mir-reġistru lokali Malażjan.

(c)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni telimina d-data finanzjarja tal-IOI ACIDCHEM SDN. BHD. minħabba li analiżi dettaljata tal-profil tal-kumpanija fil-bażi tad-data Orbis ma wrietx il-kumpanija kklassifikata taħt il-kodiċi NACE 20.14.

(d)

Minbarra l-punt preċedenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġusta l-piż tal-produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi fil-kalkolu tal-kostijiet SG&A u tal-profitt medji ponderati. EcoCeres indika li l-produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi kellhom il-kost individwali tal-oġġetti mibjugħa ferm ogħla mill-produtturi tal-bijodiżil. Għaldaqstant, dawn affettwaw il-valur tal-kostijiet SG&A u tal-profitt medji b’mod sinifikanti għalkemm fil-fatt ma mmanifatturawx il-prodott taħt investigazzjoni.

(104)

Fl-aħħar nett, wara d-divulgazzjoni minn qabel, EcoCeres ippreżenta rapporti finanzjarji aġġornati ta’ erba’ produtturi tal-bijodiżil fil-Malażja li jkopru s-sena finanzjarja 2023 (qabel kienet tipprovdi informazzjoni li kienet tkopri s-sena finanzjarja 2022). Ir-rapporti finanzjarji nkisbu mill-grupp mir-reġistru lokali Malażjan.

(105)

Il-Kummissjoni kkonfermat li kien tabilħaqq meħtieġ li tiġi estiża l-ġabra ta’ kumpaniji li d-data finanzjarja tagħhom intużat biex jiġu ddeterminati l-kostijiet SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni biex jiġu riflessi d-differenzi fost id-diversi proċessi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-profittabbiltà tagħhom. Tabilħaqq, il-marġni tal-bejgħ ta’ Neste, il-produttur tal-Unjoni tal-bijodiżil permezz tal-idrotrattament taż-żjut veġetali, laħaq bejn EUR 730 u EUR 880/tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (49) filwaqt li l-profitt fil-mira tal-bijodiżil prodott permezz tat-transesterifikazzjoni (idealment miksub f’sitwazzjoni ta’ ebda dannu għall-produtturi tal-Unjoni) kif żvelat fl-istadju provviżorju kien ferm aktar baxx (madwar EUR 200/tunnellata). Għalhekk, il-Kummissjoni tenniet is-sejbiet tagħha fil-premessa (282) tar-Regolament proviżorju, li jeħtieġ li tistabbilixxi ammonti mingħajr distorsjoni u raġonevoli tal-kostijiet SG&A u għall-profitt fil-Malażja li jirriflettu t-tipi differenti ta’ proċessi tal-produzzjoni. Meta jitqiesu d-differenzi fil-kostijiet u fil-profittabbiltà assoċjati maż-żewġ metodi ta’ produzzjoni, sabiex jitqiesu bħala raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-kostijiet SG&A u għall-profitt użati fl-istabbiliment tal-valur normali kellhom ikunu taħlita ta’: (i) SG&A u l-profitt relatati mal-bijodiżil prodott permezz tat-transesterifikazzjoni u; (ii) SG&A u l-profitt relatati mal-bijodiżil prodott permezz tal-idrotrattament taż-żjut veġetali. Meta wieħed iqis tal-ewwel, kif spjegat fil-premessa (279) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni setgħet issib data faċilment disponibbli relatata mal-produtturi rilevanti tal-bijodiżil permezz tal-perkors ta’ transesterifikazzjoni. Meta titqies il-produzzjoni permezz tal-idrotrattament taż-żjut veġetali, l-ebda data bħal din relatata mal-produtturi tal-bijodiżil fil-Malażja ma kienet faċilment disponibbli. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni qieset il-kostijiet SG&A u l-profitt iġġenerati mill-produtturi Malażjani fis-settur simili bħall-produtturi tal-bijodiżil permezz tal-idrotrattament taż-żjut veġetali.

(106)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ EcoCeres dwar il-kodiċi NACE, li huwa xieraq biex jidentifika kumpaniji f’settur simili, jiġifieri settur li għalih tappartjeni l-produzzjoni tal-bijodiżil. Il-kodiċi NACE 10.41 jaqa’ taħt id-Diviżjoni 10 – Manifattura ta’ prodotti tal-ikel. Għalhekk, ma setax jitqies xieraq li jirrifletti l-kostijiet SG&A u l-profitt tas-settur simili għall-produzzjoni tal-bijodiżil.

(107)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat l-approċċ tagħha kif deskritt fil-premessi (279) sa (284) tar-Regolament proviżorju, jiġifieri d-data finanzjarja tal-produtturi tal-bijodiżil Malażjani għandha tiġi kkomplementata mid-data finanzjarja tal-produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi fil-Malażja.

(108)

Madankollu, il-Kummissjoni qieset id-dikjarazzjonijiet finanzjarji addizzjonali sottomessi minn EcoCeres għall-produtturi Malażjani tal-bijodiżil u għall-produtturi Malażjani ta’ sustanzi kimiċi organiċi.

(109)

F’dan ir-rigward, il-bażi tad-data Orbis ipprovdiet data finanzjarja għal aktar minn 80 kumpanija kklassifikati taħt il-kodiċi NACE 20.14 fil-Malażja. EcoCeres ipprovda biss rapporti finanzjarji ta’ sitt kumpaniji bħal dawn. L-ewwel nett, il-Kummissjoni osservat li l-informazzjoni finanzjarja li tinsab fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kienet tikkorrispondi għaċ-ċifri li jinsabu fil-bażi tad-data Orbis. It-tieni nett, peress li l-kumpaniji kklassifikati taħt il-kodiċi NACE 20.14 mhux neċessarjament jipproduċu bijodiżil iżda pjuttost jipprovdu indikatur għall-kostijiet SG&A u għall-profitt f’settur usa’, ma hemmx bżonn ta’ analiżi dettaljata ulterjuri, bħall-identifikazzjoni tas-segment relatat direttament mal-prodott li qed jiġi investigat. It-tielet nett, fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi fil-Malażja, ma jistax jiġi eskluż li l-parti pprovdiet biss rapporti finanzjarji li jirriżultaw f’SG&A u profitt mingħajr distorsjoni favorevoli għall-parti. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-informazzjoni finanzjarja kollha disponibbli faċilment ta’ hawn fuq: dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-produtturi tal-bijodiżil, dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi, u informazzjoni finanzjarja mill-bażi tad-data Orbis tal-produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi fil-Malażja.

(110)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tixtieq tiċċara li l-informazzjoni finanzjarja mill-bażi tad-data Orbis mhijiex inadegwata. Fil-proċess tal-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv, id-disponibbiltà ta’ rapporti finanzjarji aktar dettaljati tista’ tkun raġuni għall-għażla ta’ pajjiż wieħed minflok ieħor. Madankollu, dan ma jfissirx li l-informazzjoni finanzjarja mill-bażi tad-data Orbis mhijiex aċċettabbli għall-kalkolu tal-kostijiet SG&A u tal-profitt mingħajr distorsjoni.

(111)

Il-Kummissjoni rrieżaminat ir-riċerka tagħha dwar il-produtturi tas-sustanzi kimiċi organiċi fil-Malażja fil-bażi tad-data Orbis. Il-Kummissjoni sabet li bi żball użat mhux biss il-kodiċi NACE 20.14 iżda wkoll kodiċijiet simili taħt klassifikazzjonijiet oħra tal-industrija disponibbli f’Orbis.

(112)

Sabiex tissimplifika l-kalkolu tal-kostijiet SG&A u tal-profitt mingħajr distorsjoni, b’mod partikolari l-ġabra ta’ produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi fil-Malażja, il-Kummissjoni rrevediet it-tfittxija tagħha f’Orbis. Fl-istadju definittiv, il-Kummissjoni qieset biss il-kumpaniji li użaw il-kodiċi NACE 20.14 bħala wieħed mill-kodiċijiet primarji tagħhom taħt din il-klassifikazzjoni tal-industrija u għażlu wkoll kumpaniji b’rapporti finanzjarji mhux konsolidati disponibbli għall-2022 jew għall-2023 bl-informazzjoni finanzjarja li ġejja disponibbli: il-fatturat, il-kost tal-oġġetti mibjugħa, u l-profitt. Meta din it-tfittxija rriżultat kumpanija, li għaliha EcoCeres ippreżenta rapporti finanzjarji mir-reġistru lokali Malażjan, ir-rapporti finanzjarji ntużaw minflok id-data mill-bażi tad-data Orbis. F’dan ir-rigward, wieħed mill-allegati produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi b’dikjarazzjonijiet finanzjarji sottomessi minn EcoCeres (Pacific Oleochemicals Sdn Bhd) instab li ma kienx ikklassifikat taħt il-kodiċi NACE 20.14 f’Orbis. Din il-kumpanija ġiet injorata mill-kalkolu tal-SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni.

(113)

Il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjoni minn EcoCeres biex taġġusta l-piż tal-produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi fil-kalkolu tal-kostijiet SG&A u tal-profitt medji ponderati. Il-valur totali tal-kost tal-oġġetti mibjugħa ta’ produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi kien tabilħaqq ogħla mill-valur totali tal-oġġetti li nbiegħu tal-produtturi tal-bijodiżil. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-produtturi tal-bijodiżil kienu rappreżentati biżżejjed fil-kalkolu tal-medja ponderata peress li individwalment kienu kumpaniji ħafna akbar mill-produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi.

(114)

Il-Kummissjoni, madankollu, aġġustat il-piż tal-kumpaniji individwali fil-kalkolu tal-SG&A u tal-profitt medji ponderati. Għal kumpaniji li għalihom kienet disponibbli informazzjoni finanzjarja għas-sentejn finanzjarji (2022 u 2023), il-Kummissjoni użat il-medja tas-sentejn minflok sempliċement żiedet iċ-ċifri għas-sentejn biex tevita sitwazzjoni fejn id-data finanzjarja ta’ kumpanija tgħodd id-doppju fil-medja ponderata.

(115)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja u fis-sottomissjoni tiegħu, l-EBB laqa’ l-inklużjoni tal-produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi fil-kalkolu tal-SG&A u tal-profitt mingħajr distorsjoni u argumenta li l-Kummissjoni jenħtieġ li toqgħod biss fuq id-data finanzjarja tagħhom. F’dan ir-rigward, l-ilmentatur tenna li kien hemm distorsjoni fil-kostijiet SG&A u l-profitt tal-bijodiżil Malażjan permezz tal-Mekkaniżmu tal-Ipprezzar Awtomatiku (“APM”, Automatic Pricing Mechanism) applikabbli għall-fjuwil diżil mibjugħ fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u billi l-prezz tal-bijodiżil ġie ffissat mill-Gvern.

(116)

Fir-rigward tal-APM, l-EBB għamel referenza għal rapport tal-Istitut Internazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli (“IISD”, International Institute for Sustainable Development) (50), li allegatament indika li l-APM mhux biss kellu impatt fuq il-prezz bl-imnut iżda fuq il-katina kollha tal-produzzjoni. L-ilmentatur akkuża lil EcoCeres li rrappreżenta ħażin il-funzjonament tal-APM fis-sottomissjonijiet tiegħu, b’mod partikolari peress li sostna li l-APM jiffissa biss il-prezz tal-fjuwil fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u li l-prezzijiet fissi tal-fjuwil huma disponibbli biss għall-konsumaturi u għal ċerti setturi tal-ekonomija.

(117)

Fir-rigward tal-prezz fiss tal-bijodiżil, l-EBB għamel referenza għall-informazzjoni li ġejja:

—

Skont ir-Rapport tal-GAIN (Global Agricultural Information Network) dwar il-Malażja tal-10 ta’ Novembru 2022  (51), il-gvern tal-Malażja juża l-APM biex jistabbilixxi l-prezzijiet tal-bijodiżil. Għalkemm il-Gvern ma żvelax il-funzjonament tal-APM, studju aċċettat b’mod wiesa’ mill-Università tat-Teknoloġija tal-Malażja (“UTM”, University of Technology Malaysia) (52) għamel stima ta’ kif ħadem is-sussidju.

—

Ir-Rapport tal-GAIN dwar il-Malażja tat-3 ta’ Diċembru 2023  (53) tenna li l-Gvern tal-Malażja żamm il-mekkaniżmu ta’ appoġġ finanzjarju ffinanzjat permezz ta’ persentaġġ ta’ tariffi riċevuti mis-CPO prodott. Il-finanzjament għat-taħlita B10 ġie stmat fil-livell ta’ USD 9.7 miljun fl-2023.

—

Is-sorsi tal-EBB fis-suq Malażjan li jsostnu li l-prezz tal-bijodiżil hu ffissat bl-użu tal-formula [Prezz taż-Żejt tal-Palm Raffinat Ibbliċjat Deodorizzat + 515 MYR] kif ikkonfermat mill-evidenza sottomessa (54)  (55).

(118)

Fir-rigward tal-APM, il-Kummissjoni qieset li l-EBB ma pprovda l-ebda evidenza li s-sussidju kien qed jitqassam tul il-katina tal-valur kollha. L-ewwel nett, ir-rapport tal-IISD sempliċement jiddikjara li l-APM mhux biss jiddetermina l-prezz tal-fjuwil għall-klijent iżda jirregola wkoll il-profitti u l-utilitajiet fuq in-naħa tal-produzzjoni (jiġifieri għall-bejjiegħ bl-imnut permezz tal-formula APM applikata għall-bini tal-prezz bl-imnut). It-tieni nett, l-istudju mill-UTM ikkalkula kif il-prezz tal-bijodiżil, li kien ogħla mill-prezz tal-fjuwil fossili, ikkontribwixxa għaż-żieda fis-sussidju meħtieġ biex ikopri d-differenza bejn il-prezz bl-imnut fiss tal-fjuwil u l-kost reali ta’ bejjiegħ bl-imnut. Anki jekk il-Kummissjoni rrikonoxxiet li s-sussidju mħallas lill-bejjiegħ bl-imnut jipprovdi ċerta garanzija ta’ prezz tal-bejgħ favorevoli lil produttur tal-bijodiżil, irid jitqies li l-finanzjament tat-taħlita B10 stmat għal USD 9.7 miljun għall-2023 jammonta għal sussidju ta’ 0,005 MYR għal kull litru ta’ taħlita bħal din (56). Għaldaqstant, l-effett fuq il-produttur tal-bijodiżil huwa insinifikanti.

(119)

Fir-rigward tal-allegat prezz fiss tal-bijodiżil, il-Kummissjoni nnutat li l-EBB ma pprovdiex biżżejjed evidenza. Is-sorsi kkwotati mill-parti huma mis-snin 2015 u 2017, jiġifieri ħafna qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni preżenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħet taċċerta l-ebda sors uffiċjali kontemporanju li jikkonferma l-eżistenza ta’ mekkaniżmu tal-ipprezzar għall-bijodiżil irregolat mill-Gvern tal-Malażja.

(120)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjonijiet tal-EBB deskritti fil-premessi (115) sa (117).

(121)

Wara d-divulgazzjoni finali, EcoCeres tenna li l-kategorija ta’ sustanzi kimiċi organiċi kienet wiesgħa wisq. Għalkemm il-produzzjoni tal-bijodiżil permezz tal-idrotrattament kienet aktar profittabbli milli permezz tat-transesterifikazzjoni, EcoCeres argumenta li l-Kummissjoni naqset milli tispjega kif il-kategorija wiesgħa ta’ produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi kienet aktar rappreżentattiva tal-idrotrattament mill-produzzjoni ta’ prodott simili (bijodiżil permezz ta’ transesterifikazzjoni). F’dan ir-rigward EcoCeres sostniet li jekk il-Kummissjoni tinsisti fuq it-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni lil hinn mill-produtturi tal-bijodiżil, jenħtieġ li tuża l-kodiċi 10.14 tan-NACE, li jinkludi direttament l-idrotrattament taż-żjut veġetali.

(122)

Il-Kummissjoni fakkret li kif spjegat fil-premessa (105), il-produtturi kollha tal-bijodiżil, li għalihom kien hemm informazzjoni finanzjarja disponibbli mmanifatturaw il-bijodiżil permezz tat-transesterifikazzjoni. Barra minn hekk, l-informazzjoni fil-fajl tal-investigazzjoni wriet b’mod ċar livelli differenti ta’ profittabbiltà li nkisbu mill-produtturi wara l-perkors tal-produzzjoni tal-idrotrattament meta mqabbel ma’ dak tal-produtturi li segwew il-perkors tal-produzzjoni tat-transesterifikazzjoni. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ kumpaniji addizzjonali kienet meħtieġa sabiex jiġi stabbilit b’mod preċiż ammont korrispondenti, mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt li huwa rappreżentattiv tal-industrija kollha tal-bijodiżil irrispettivament mill-proċess ta’ produzzjoni użat. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ EcoCeres fir-rigward tal-kodiċi NACE propost mill-kumpanija. Kif spjegat fil-premessa (106), il-kodiċi NACE 10.14 jirreferi għall-idroġenazzjoni taż-żjut veġetali fl-industrija tal-ikel. Għalhekk, il-profittabbiltà tal-kumpaniji tal-ikel ma tistax tintuża bħala indikatur għall-profittabbiltà tal-kumpaniji li jipproduċu l-fjuwil. F’din is-sitwazzjoni, ir-riżultati finanzjarji tal-kumpaniji li joperaw fl-istess settur tal-industrija (il-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi) bħall-produtturi tal-bijodiżil huma b’mod ċar l-aktar indikatur xieraq għall-kost SG&A u l-profitt tal-produtturi li jużaw il-metodu tal-idrotrattament.

(123)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(124)

Wara d-divulgazzjoni finali, EcoCeres tenna l-affermazzjoni tiegħu dwar il-piż tal-produtturi tas-sustanzi kimiċi organiċi fid-determinazzjoni tal-kost SG&A u tal-profitt mingħajr distorsjoni (ara l-premessa (103)(d)). B’mod partikolari, il-kumpanija indikat l-għadd ta’ produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi (93 kumpanija) meta mqabbel mal-produtturi tal-bijodiżil (7) fis-sett tad-data.

(125)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni u kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha tal-premessa (113). B’mod partikolari, hija qieset li n-numru ta’ kumpanniji kien irrilevanti. Kien pjuttost il-piż tal-kost tal-oġġetti mibjugħa mill-produtturi tal-bijodiżil fil-kalkolu li ddetermina r-rappreżentattività.

(126)

Fl-aħħar nett, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, EcoCeres għamel il-kummenti li ġejjin speċifiċi għall-kumpaniji inklużi fid-determinazzjoni tal-kost SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni:

(a)

Il-kost SG&A u/jew il-profitt ta’ għadd ta’ kumpaniji li għalihom inkisbet l-informazzjoni finanzjarja mill-bażi tad-data Orbis kienu għoljin b’mod mhux raġonevoli.

(b)

Uħud mill-kumpaniji li għalihom inkisbet l-informazzjoni finanzjarja minn Orbis ma kinux produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi, jiġifieri l-klassifikazzjoni tagħhom taħt il-kodiċi NACE 20.14 ma kinitx korretta. Biex issostni din l-affermazzjoni, il-kumpanija ppreżentat id-dikjarazzjoni finanzjarja ta’ 38 kumpanija.

(c)

Pacific Oleochemicals Sdn Bhd ma għandhiex tiġi eskluża mill-kunsiderazzjoni għalkemm ma kinitx ikklassifikata taħt il-kodiċi NACE 20.14 f’Orbis peress li l-klassifikazzjoni fil-bażi tad-data tista’ tkun żbaljata u d-dikjarazzjoni finanzjarja tagħha tindika li għandha tabilħaqq tiġi kklassifikata bħala produttur ta’ sustanzi kimiċi organiċi. Il-kumpanija tenniet din l-affermazzjoni wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali.

(d)

Il-Kummissjoni bi żball naqset milli tinkludi l-informazzjoni finanzjarja ta’ FIMA Biodiesel Sdn Bhd fil-formula li tikkalkula l-medja ponderata tal-kost SG&A u tal-profitt.

(127)

Il-Kummissjoni eżaminat il-kummenti u fejn xieraq, irrevediet id-determinazzjoni tal-kost SG&A u tal-profitt mingħajr distorsjoni kif ġej:

(a)

Il-Kummissjoni neħħiet mill-kalkolu l-kumpaniji b’kost SG&A u profitt għoljin b’mod mhux raġonevoli elenkati minn EcoCeres fil-kummenti tagħha kif ukoll kumpaniji b’SG&A negattiv, li tqies ukoll mhux raġonevoli.

(b)

Il-Kummissjoni neħħiet mill-kalkolu l-kumpaniji li nstabu li ma kinux produtturi ta’ sustanzi kimiċi organiċi.

(c)

Il-Kummissjoni kkoreġiet l-iżball klerikali u inkludiet l-informazzjoni finanzjarja ta’ FIMA Biodiesel Sdn Bhd fil-formula rispettiva.

(128)

Ecoceres u l-partijiet interessati ġew infurmati bit-tibdil t’hawn fuq f’divulgazzjoni addizzjonali u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(129)

Il-Kummissjoni ċaħdet it-talba biex Pacific Oleochemicals Sdn Bhd tiġi inkluża fil-kalkolu tal-kost SG&A u tal-profitt mingħajr distorsjoni. Tabilħaqq, il-kumpanija ġiet ikklassifikata taħt kodiċi ta’ klassifikazzjoni industrijali differenti u l-Kummissjoni ma kellha l-ebda evidenza fil-fajl li turi b’ċertezza li l-attivitajiet primarji tal-kumpanija jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NACE 20.14, jiġifieri l-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi oħra.

(b)   Kost relatat mat-trasport inkluż fil-kost SG&A

(130)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, EcoCeres tenna l-affermazzjoni tiegħu dwar il-kost relatat mat-trasport inkluż fl-SG&A mingħajr distorsjoni użat mill-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, huwa għamel referenza għall-fatt li l-paragun tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fil-livell mill-fabbrika u għad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali f’Sinopec Chongqing SVW Chemical (57) fejn il-Qorti kkonfermat li l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li l-kost tat-trasport tnaqqas mill-SG&A tal-kumpaniji użat għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju.

(131)

Il-Kummissjoni użat taħlita ta’ rapporti finanzjarji mir-reġistru lokali u data finanzjarja mill-bażi tad-data Orbis. Il-fatt li “spejjeż tal-bejgħ” fir-rapporti finanzjarji jew “spejjeż operatorji oħra” f’Orbis jistgħu jinkludu kost relatat mat-trasport ma jfissirx neċessarjament li l-kumpaniji inkwistjoni ġarrbu tali kost. Fil-fatt, minn 19-il sett ta’ rapporti finanzjarji li kienu faċilment disponibbli fl-investigazzjoni preżenti, kumpanija waħda biss irrappurtat fin-Noti għar-rapporti finanzjarji tagħha li kienet ġarrbet kost tat-trasport. Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (280) tar-Regolament proviżorju, fil-każ ta’ din il-kumpanija, il-Kummissjoni naqqset il-kost relatat mat-trasport mill-SG&A tal-kumpanija użat fil-kalkolu tal-SG&A mingħajr distorsjoni.

(132)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (295) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat fil-premessi (291) u (296) tar-Regolament proviżorju, il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-SG&A u għall-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jmur lura għal-livell mill-fabbrika.

(133)

Fis-sentenza tagħha fis-CCCME, li kienet sussegwenti għas-Sentenza f’Sinopec, il-Qorti Ġenerali l-ewwel fakkret li f’konformità mal-ġurisprudenza, jekk parti titlob aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku sabiex tagħmel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni komparabbli għall-fini tad-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping, dik il-parti jeħtiġilha tagħti prova li t-talba tagħha hija ġustifikata. L-oneru li jiġi ppruvat li għandhom isiru l-aġġustamenti speċifiċi elenkati fl-Artikolu 2(10)(a) sa (k) tar-Regolament bażiku jaqa’ fuq dawk li jixtiequ jagħmlu użu minnhom. (58) Minn dan isegwi li, f’dan il-każ, bħal f’din l-investigazzjoni, kienu l-partijiet interessati, f’konformità ma’ din il-ġurisprudenza, li għandhom juru l-ħtieġa għall-aġġustament mitlub b’sostenn tal-provi li huma pproduċew matul l-investigazzjoni. (59)

(134)

Il-Qorti Ġenerali mbagħad ippreċiżat li jenħtieġ li jiġi nnutat li għalkemm il-prattika li jsiru aġġustamenti tista’ tkun meħtieġa, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, biex jitqiesu d-differenzi bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali li jaffettwaw il-komparabbiltà tagħhom, tali tnaqqis ma jistax isir fir-rigward ta’ valur li nħadem u li, għalhekk, ma huwiex ġenwin. Dan il-valur ma huwiex ġeneralment affettwat minn fatturi li jistgħu jippreġudikaw il-komparabbiltà tiegħu, peress li ġie stabbilit artifiċjalment. (60) Barra minn hekk, bħal fil-każ tas-CCCME, f’dan il-każ, il-bini tal-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi “mill-fabbrika” kien jinkludi ammont raġonevoli għall-kostijiet SG&A u ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li turi li l-kostijiet SG&A tal-kumpaniji Malażjani kkonċernati kienu jinkludu spejjeż tat-trasport għall-konsenja lill-klijenti. Kif spjegat fil-premessa (131), kull meta ġiet ippreżentata tali evidenza, id-data ġiet aġġustata kif xieraq. Konsegwentement, fid-dawl tad-diskrezzjoni tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku (61), l-approċċ tal-Kummissjoni aderixxa mal-aktar ġurisprudenza reċenti dwar l-affermazzjonijiet mhux sostanzjati li l-ammonti għall-kostijiet SG&A użati fil-kostruzzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a), li jitqiesu mill-Kummissjoni bħala raġonevoli għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, jinkludu l-kostijiet tat-trasport. Għalhekk, l-affermazzjoni ma ġietx aċċettata.

(c)   Kostijiet SG&A u profitt riveduti mingħajr distorsjoni

(135)

Meta jitqiesu l-kummenti dwar id-divulgazzjoni proviżorja indirizzati fil-premessi (98) sa (134), l-SG&A u l-profitt riveduti mingħajr distorsjoni ammontaw għal 5,88 % u 11,78 % rispettivament. Il-Kummissjoni qieset l-ammonti għall-SG&A u għall-profitt ibbażati fuq dawn ir-rati bħala raġonevoli għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika.

3.2.3.   Kalkolu

(a)   Użu tal-kost tal-kumpaniji

(136)

Fl-istadju proviżorju, il-Kummissjoni aċċettat ċerti talbiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun biex jużaw il-kost tagħhom stess biex jinħadem il-valur normali fejn il-kumpaniji setgħu jagħtu prova li ċerti inputs inxtraw skont il-kundizzjonijiet tas-suq, bħal li dawk l-inputs ġew importati minn pajjiż terz direttament, mingħajr l-involviment ta’ intermedjarju Ċiniż, il-fornituri ma kinux relatati mal-produtturi esportaturi, il-prezzijiet ġew innegozjati u mħallsa f’munita barranija.

(137)

Madankollu, il-Kummissjoni ma aċċettatx il-kost tal-UCO u tal-POME li joriġinaw fl-Indoneżja f’konformità mal-konklużjonijiet tagħha dwar il-kalkolu tal-kost mingħajr distorsjoni tal-UCO u tal-POME diskussi fil-premessi (232), (238) u (263) tar-Regolament proviżorju.

(138)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-produtturi esportaturi fil-kampjun tennew li tali approċċ ma kienx ġustifikat. Peress li r-raġunament dettaljat kien jikkonċerna informazzjoni speċifika għall-kumpanija, il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti fid-divulgazzjonijiet finali speċifiċi għall-kumpanija rispettivi.

(139)

Filwaqt li qieset il-kunsiderazzjonijiet deskritti fil-premessi (56) sa (59) dwar il-kalkolu tal-kost mingħajr distorsjoni tal-UCO u tal-POME, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet imsemmija fil-premessa (138).

(b)   Kost u profitt mingħajr distorsjoni

(140)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Jiaao kkummenta dwar il-metodoloġija li l-Kummissjoni applikat meta ssostitwixxet il-kost tat-tipi diversi ta’ feedstocks użati mill-grupp b’kost mingħajr distorsjoni. Il-grupp għamel suġġerimenti dwar liema parametru referenzjarju jenħtieġ li jiġi applikat biex jirrifletti l-kost mingħajr distorsjoni ta’ dawk il-feedstocks. Fl-istess ħin, il-grupp iddeskriva dawk il-feedstocks bħala tipi diversi ta’ UCO.

(141)

Il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjoni peress li fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-grupp biegħ bijodiżil lill-Unjoni li kien magħmul minn diversi feedstocks. Dan kien appoġġjat mid-dokumentazzjoni tal-bejgħ korrispondenti kif ukoll miċ-ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà li nkisbu minn Jiaao (62). Għalhekk, ma kienx xieraq li jintuża parametru referenzjarju uniku għat-tipi kollha ta’ feedstocks. Kif spjegat fit-taqsima 3.1, il-Kummissjoni osservat inkonsistenzi fil-feedstocks irreġistrati fil-kontijiet tal-grupp, fuq id-dokumenti tax-xiri rispettivi, u rrappurtati fl-informazzjoni pprovduta fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli u applikat il-kost mingħajr distorsjoni mill-pajjiż rappreżentattiv b’tali mod li tneħħi r-riskju ta’ sottovalutazzjoni tal-valur normali.

(142)

Id-dettalji tal-affermazzjoni ta’ Jiaao deskritti fil-premessa (140) ġew sottomessi biss fil-verżjoni sensittiva tal-kummenti tal-grupp dwar id-divulgazzjoni proviżorja. Għalhekk, il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti fid-dettall fid-divulgazzjoni finali speċifika għall-kumpanija.

(143)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, EcoCeres argumenta li l-approċċ meħud mill-Kummissjoni fil-każ speċifiku tal-grupp wassal għal għadd doppju tal-kostijiet SG&A u tal-profitt. Id-dettalji tal-affermazzjoni ġew ipprovduti biss fil-verżjoni sensittiva tas-sottomissjoni tal-grupp. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet indirizzata fid-dettall fid-divulgazzjoni finali speċifika għall-kumpanija.

(144)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan kien jirrifletti bis-sħiħ l-elementi kollha tal-kostijiet rilevanti għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika li fih inħadem il-valur normali, u l-profitt fil-bini tal-valur normali mingħajr ebda għadd doppju ta’ tali elementi tal-kostijiet u tal-profitt. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjoni tal-parti deskritta fil-premessa (143).

(c)   Kost tat-trasport

(145)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, xi produtturi esportaturi kkummentaw ukoll dwar il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-valur tal-kost mingħajr distorsjoni fuq l-għatba ta’ fabbrika fil-pajjiż rappreżentattiv, sa fejn jikkonċerna l-kost tat-trasport ta’ ċerti inputs mill-fruntiera sal-bieb tal-fabbrika.

(146)

Fejn ġustifikat, il-Kummissjoni qieset dawk il-kummenti u rrevediet il-kalkolu tal-kost tat-trasport. Meta titqies in-natura sensittiva u speċifika tal-kumpanija ta’ din l-informazzjoni, id-dettalji ġew żvelati lill-produtturi esportaturi affettwati fid-divulgazzjonijiet finali speċifiċi għall-kumpanija.

(d)   Aġġustament tal-prodott sekondarju

(147)

Meta stabbilixxiet il-valur normali fl-istadju proviżorju, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali għal valur mingħajr distorsjoni ta’ prodotti sekondarji fejn xieraq. F’dan il-każ, il-prodotti sekondarji kienu ta’ tali natura li ma kinux użati mill-ġdid fil-produzzjoni tal-bijodiżil iżda mibjugħa lil partijiet terzi. Għalhekk, il-valur mingħajr distorsjoni tal-prodotti sekondarji tnaqqas mill-valur normali, mhux mill-valur mingħajr distorsjoni tal-materjali użati fil-produzzjoni tal-bijodiżil.

(148)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni minn qabel u d-divulgazzjoni proviżorja, Jiaao sostna li:

(a)

Il-konsum tal-inputs assoċjati mal-prodott sekondarju huwa irrilevanti għall-bejgħ tal-prodott sekondarju peress li l-inputs jintużaw simultanjament fil-produzzjoni tal-bijodiżil.

(b)

Skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għandha taħdem il-valur normali bl-użu ta’ kostijiet u prezzijiet mingħajr distorsjoni. Madankollu, mhuwiex permess li jsir aġġustament għall-valur normali bbażat fuq il-valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju.

(c)

Il-Kummissjoni kienet żbaljata meta naqqset il-valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju mill-valur normali, li ma fihx biss il-kost tal-inputs, tal-enerġija, tal-manodopera, tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, iżda wkoll tal-SG&A u tal-profitt. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kellha tnaqqas il-kwantità ta’ inputs użati fil-produzzjoni ta’ prodotti sekondarji u mbagħad tuża l-kwantità netta ta’ inputs biex tiddetermina l-valur normali tal-prodott li qed jiġi investigat.

(149)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tixtieq tindika l-inkonsistenza fir-raġunament ta’ Jiaao fejn il-grupp iddikjara minn naħa waħda li l-konsum tal-inputs huwa irrilevanti għall-bejgħ tal-prodott sekondarju peress li l-inputs jintużaw simultanjament fil-produzzjoni tal-bijodiżil. Min-naħa l-oħra, il-grupp argumenta li l-Kummissjoni missha naqqset il-kwantità ta’ inputs ikkunsmati fil-produzzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-kwantità totali kkunsmata rrappurtata.

(150)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni segwiet il-prattika stabbilita tagħha meta applikat l-aġġustament tal-prodott sekondarju. Meta prodott sekondarju jinbiegħ lil partijiet terzi, kemm jekk relatati kif ukoll jekk mhux relatati, il-valur mingħajr distorsjoni tiegħu minn pajjiż rappreżentattiv jirrappreżenta l-valur tal-bejgħ tal-prodott sekondarju, mhux il-kost tiegħu. Tali valur tal-bejgħ mingħajr distorsjoni huwa magħmul mill-kost tal-produzzjoni, mill-SG&A u mill-profitt tal-produttur ta’ tali prodott sekondarju. Għalhekk, il-valur mingħajr distorsjoni ta’ tali prodott sekondarju jrid jitnaqqas mill-valur totali ta’ valur normali maħdum.

(151)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjonijiet ta’ Jiaao dwar l-aġġustament tal-prodott sekondarju.

3.3.   Marġnijiet tad-dumping

(152)

Kif deskritt fil-premessi (48) sa (151), wara l-affermazzjonijiet mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni rrevediet il-marġnijiet tad-dumping.

(153)

Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, tal-assigurazzjoni u tan-nol (“CIF”, cost, insurance and freight) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv

EcoCeres Group:

—

ECO Biochemical Technology (Zhangjiagang) Co. Ltd.

—

EcoCeres Limited

10,0

Jiaao Group:

—

Zhejiang EastRiver Energy S &T Co., Ltd.

—

Zhejiang Jiaao Enproenergy Co., Ltd.

—

Jiaao International Trading (SINGAPORE) PTE.

35,6

Zhuoyue Group:

—

Longyan Zhuoyue New Energy Co. Ltd.

—

Xiamen Zhuoyue Biomass Energy Co., Ltd.

23,4

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness

21,7

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

35,6

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(154)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, EcoCeres innota bidliet fid-data makro tal-EBB (jiġifieri tnaqqis drammatiku fil-volumi ta’ bejgħ) u allega li, bl-estrapolazzjoni taċ-ċifri makroekonomiċi bbażati biss fuq id-data tal-membri tal-EBB u/jew il-klijenti tar-rappreżentanti legali tal-EBB, id-data makro ma kinitx rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi u kienet ippreġudikata.

(155)

Il-Kummissjoni nnutat li l-EBB kien aġġorna d-data makro bħala riżultat tal-iżbalji identifikati matul iż-żjara ta’ verifika. Il-Kummissjoni kkonkludiet li din id-data makro kienet rappreżentattiva għall-industrija tal-Unjoni. L-ewwel nett, EcoCeres ma poġġiex f’dubju l-premessa (2) tar-Regolament proviżorju dwar ir-rappreżentattività tal-EBB fir-rigward tal-industrija tal-bijodiżil tal-Unjoni. It-tieni nett, fir-rigward tal-estrapolazzjonijiet tal-EBB, dawn kienu bbażati fuq kampjun ta’ kumpaniji li jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u kienu jikkonċernaw biss żewġ indikaturi. Dawk l-indikaturi kienu indikaturi li għalihom l-EBB ma sab l-ebda data alternattiva, jiġifieri l-volum tal-impjiegi u ta’ bejgħ fl-Unjoni (63).

(156)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC ma qablitx li t-tweġiba tal-EBB għall-kwestjonarju makro kienet evidenza pożittiva konformi mad-WTO. Il-parti allegat li l-każ preżenti kien analogu għal EU – Biodiesel (l-Arġentina) (DS473 (64)) u li xejn ma ssuġġerixxa li l-Kummissjoni eżerċitat “attenzjoni speċjali” fl-iżgurar li d-data tal-EBB kienet preċiża. Is-CCCMC ikkritikat id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (308) tar-Regolament proviżorju li l-ebda parti ma kienet għamlet kummenti dwar iċ-ċifra tal-EBB dwar il-produzzjoni tal-Unjoni minħabba li l-aħħar verżjoni ġiet ippreżentata ħafna wara l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni rilevanti għall-istadju proviżorju (u għaldaqstant, li s-CCCMC ma kellha l-ebda assigurazzjoni li l-Kummissjoni kienet se tikkunsidra kummenti għall-fini tar-Regolament proviżorju). Is-CCCMC ikkritikat in-nuqqas ta’ dettalji dwar l-istimi tal-Kummissjoni għall-SAF u dwar kif il-fornitur tal-informazzjoni dwar is-suq Stratas ġabar id-data, jiġifieri meta wieħed iżomm f’moħħu d-distakk bejn il-konsum totali tal-Unjoni stabbilit minn Stratas (disponibbli f’t24.004736) u l-Kummissjoni (ara t-tabella 2 tar-Regolament proviżorju).

(157)

Il-Kummissjoni nnutat li l-premessa (308) tar-Regolament proviżorju tqis il-fatt u li, tabilħaqq, l-ebda parti ma kienet għamlet kummenti dwar iċ-ċifra tal-EBB dwar il-produzzjoni tal-Unjoni fl-ebda stadju tal-proċediment. Is-CCCMC qatt ma pproponiet ċifri (alternattivi) għall-produzzjoni tal-bijodiżil tal-Unjoni. Minflok, is-CCCMC serħet fuq dawk imressqa mill-Kummissjoni, kif muri fil-kummenti tas-CCCMC dwar id-divulgazzjoni proviżorja (65). Il-Kummissjoni wettqet kontroverifika tad-data kollha dwar il-produzzjoni tal-Unjoni disponibbli fil-fajl fl-istadju definittiv u kkonfermat li l-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet tammonta għal 14 775 455 tunnellata.

(158)

Id-dettalji dwar l-istimi tal-Kummissjoni għall-SAF huma pprovduti fit-Taqsima 4.5.2.1.

(159)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-kunsiderazzjonijiet fil-premessi (305) sa (309) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.2.   Rimarki ġenerali

(160)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, EcoCeres għamel dikjarazzjoni ġenerali li ma qabilx mar-rifjut tal-Kummissjoni li twettaq analiżi segmentata li tiddistingwi lill-FAME u l-HVO u fakkar fil-kummenti tiegħu f’dan ir-rigward tat-2 ta’ Jannar 2024 (66).

(161)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC tenniet it-talba tagħha li, jekk l-HVO ma jiġix eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni, jenħtieġ li l-HVO u l-FAME jiġu eżaminati separatament. Skont is-CCCMC, il-Kummissjoni kisret il-liġi tad-WTO sal-punt li r-Regolament proviżorju rraġuna jew spjega b’mod inadegwat ir-raġunijiet għar-rifjut li titwettaq analiżi segmentata tad-dannu. Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li n-nuqqas ta’ analiżi segmentata wassal biex is-sejbiet ta’ dannu kienu inkonsistenti mal-obbligu tal-Kummissjoni skont il-liġi tad-WTO li twettaq eżami oġġettiv ibbażat fuq evidenza pożittiva.

(162)

Il-Kummissjoni fakkret li r-Regolament proviżorju eżamina kundizzjoni b’kundizzjoni jekk analiżi segmentata tad-dannu tkunx ġustifikata f’dan il-każ. L-allegazzjonijiet ta’ Ecoceres u tas-CCCMC huma ta’ natura ġenerali u ma jistgħux jirribattu l-argumenti dettaljati skont kull kundizzjoni analizzata fir-Regolament proviżorju. Iċ-ċirkustanzi fl-investigazzjoni mill-awtoritajiet tar-Renju Unit TD0004 (67), li għamel referenza għaliha EcoCeres, ma jistgħux jiġu estrapolati għall-każ inkwistjoni, peress li ma kien hemm l-ebda produzzjoni tal-HVO fir-Renju Unit. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal analiżi segmentata tad-dannu tal-FAME u tal-HVO u kkonfermat il-kunsiderazzjonijiet fir-Regolament proviżorju li skonthom ma hemm l-ebda raġuni għaliex analiżi segmentata tad-dannu tkun ġustifikata f’dan il-każ.

(163)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-kunsiderazzjonijiet fil-premessi (310) sa (317) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

(164)

Il-korrezzjoni tat-tabella 6 msemmija fit-taqsima 4.5.2.2 hawn taħt kellha impatt żgħir fuq it-tabella 2 tar-Regolament proviżorju. It-tabella definittiva 2 hija kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2020

2021

2022

PI

Konsum totali tal-Unjoni

17 052 598

17 411 472

17 960 232

18 332 799

Indiċi (2020 = 100)

100

102

105

108

Sors:

EBB, Comext, GTA

(165)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC iddikjarat li l-konsum jenħtieġ li jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni, flimkien mal-importazzjonijiet fl-Unjoni mingħajr l-esportazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-bijodiżil. Il-Kummissjoni ċaħdet il-proposta minħabba li xejn ma qajjem dubji dwar l-affidabbiltà tal-metodoloġija deskritta fil-premessa (318) tar-Regolament proviżorju.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(166)

Il-korrezzjoni tat-tabella 6 msemmija fit-taqsima 4.5.2.2 hawn taħt kellha impatt minuri fuq is-sehem mis-suq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ppubblikat fit-tabella 3 tar-Regolament proviżorju. It-tabella definittiva 3 hija kif ġej:

Tabella 3

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

PI

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)

926 695

494 931

973 288

1 480 855

Indiċi (2020 = 100)

100

53

105

160

Sehem mis-suq

5,4  %

2,8  %

5,4  %

8,1  %

Indiċi (2020 = 100)

100

52

100

149

Sors:

EBB, Comext

(167)

F’sottomissjoni datata s-26 ta’ Jannar 2024 (68), is-CCCMC kienet talbet lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-parti u fil-fajl mhux kunfidenzjali d-data ta’ monitoraġġ dwar l-importazzjoni li tikkonċerna l-perjodu ta’ investigazzjoni kollu. Fil-fehma tal-parti, l-għoti tad-data annwali dwar l-importazzjoni fir-Regolament proviżorju ma setax jammonta għal (i) disponibbiltà fil-pront ta’/aċċess f’waqtu għall-informazzjoni mitluba fi stadju bikri tal-proċediment jew (ii) opportunità xierqa għall-partijiet interessati biex jużaw l-informazzjoni fil-preżentazzjoni tal-każijiet tagħhom. Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC tenniet it-talba tagħha li jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel id-data dwar l-importazzjoni ta’ kull xahar disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali. Il-Kummissjoni pprovdiet volumi tal-importazzjoni ta’ kull xahar tal-bijodiżil Ċiniż lis-CCCMC fl-1 ta’ Ottubru 2024.

(168)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra u meta wieħed iżomm f’moħħu t-tabella definittiva 2, il-kunsiderazzjonijiet fil-premessi (321) sa (325) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, twaqqigħ tal-prezz u trażżin tal-prezz

(169)

Skont is-CCCMC, il-Kummissjoni kisret il-liġi tad-WTO minħabba li r-Regolament proviżorju rraġuna jew spjega b’mod inadegwat ir-raġunijiet għar-rifjut tat-talba tas-CCCMC biex ma tiffokax l-analiżi tal-effetti fuq il-prezz/it-twaqqigħ tal-prezz fuq sena waħda tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-CCCMC żiedet li l-Kummissjoni għandha l-obbligu affermattiv li twettaq valutazzjoni dinamika tax-xejriet fir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-prodotti simili domestiċi (b’hekk is-CCCMC ma tridx tiġġustifika talba għal xejriet ta’ twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni) u l-ġurisprudenza tad-WTO, jiġifieri li l-awtorità investigattiva Marokkina kienet difettuża meta ġabret data għal 4 snin għall-fini tal-valutazzjoni tad-dannu iżda llimitat it-twaqqigħ tal-prezz għall-aħħar 12-il xahar (DS578 (69)). Is-CCCMC argumentat li l-partijiet interessati mhumiex mistennija jinvolvu ruħhom f’kalkoli retroattivi, allegatament li ma jistgħux jikkummentaw b’mod sinifikanti dwar l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz u talbet verżjoni mhux kunfidenzjali dettaljata li turi li t-twaqqigħ tal-prezz instab għal 100 % tal-volumi importati mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. F’dan ir-rigward, is-CCCMC allegat diskrepanza fil-ġabriet ta’ importazzjonijiet u prodotti simili tal-Unjoni msemmija fil-premessa (329) tar-Regolament proviżorju u għall-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi fit-tabella 4 kienu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fit-tabella 8 tar-Regolament proviżorju.

(170)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet tas-CCCMC. Il-Kummissjoni nnutat li d-data li nġabret matul l-investigazzjoni ppermettiet kalkoli dettaljati tat-twaqqigħ tal-prezz għall-perjodu ta’ investigazzjoni biss. Dan il-fatt ma waqqafx lill-Kummissjoni milli tivvaluta x-xejriet fir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-prodotti simili domestiċi matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni sal-punt li l-Kummissjoni ġabret data mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun għall-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni u ppreżentat u spjegat it-tabelli 4 u 8 fir-Regolament proviżorju. It-taħlita tal-prodotti u l-volumi ta’ bejgħ relattivi tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu konsistenti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u ma hemm l-ebda indikazzjoni fil-fajl li t-taħlita tal-prodotti tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienet soġġetta għal bidla sinifikanti f’dak il-perjodu. Filwaqt li t-taħlitiet tal-prodotti rispettivi tal-produtturi tal-Unjoni u tal-produtturi-esportaturi Ċiniżi kienu differenti minn xulxin matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u b’hekk ma jistgħux jitqabblu direttament, tqabbil bejn il-prezzijiet tal-bejgħ imsemmija fit-tabelli 4 u 8 juri li d-differenza bejn il-prezzijiet medji tal-bejgħ Ċiniżi u Ewropej tvarja bejn EUR 170/tunnellata u EUR 200/tunnellata, bl-eċċezzjoni tal-2022, meta dik id-differenza kienet ħafna iżgħar. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-prezz unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni fit-tabella 8 kien jinkludi t-tipi kollha ta’ prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Mhux dawn it-tipi kollha ta’ prodotti kienu direttament komparabbli ma’ dawk mibjugħa mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u kienu kkunsidrati biss tipi ta’ prodotti direttament komparabbli fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. Meta sar it-tqabbil fil-livell tat-tip ta’ prodott għal prodotti direttament komparabbli, ġie osservat livell medju ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 10,1 %.

(171)

Minħabba li t-taħlitiet tal-prodotti kemm għall-industrija tal-Unjoni kif ukoll għall-produtturi esportaturi baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, x’aktarx li differenza simili jew iżgħar fil-prezz favur l-industrija tal-Unjoni (meta l-prezz unitarju medju huwa bbażat fuq it-tipi kollha ta’ prodotti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni) minn dik osservata fil-perjodu ta’ investigazzjoni, xorta waħda tirriżulta fi twaqqigħ tal-prezz mill-produtturi esportaturi Ċiniżi meta jitqiesu biss it-tipi ta’ prodotti direttament komparabbli. Fuq dik il-bażi, it-twaqqigħ tal-prezz x’aktarx li seħħ ukoll fit-3 snin ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni, f’livelli komparabbli fl-2020 u l-2021 u probabbilment f’livell ferm ogħla fl-2022. Minn dan isegwi li, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni dinamika tal-effetti fuq il-prezz matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, meta jitqies li d-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni hija ferm aktar granulari mid-data għas-snin preċedenti, dik il-valutazzjoni għas-snin ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ibbażata fuq estrapolazzjonijiet raġonevoli, abbażi tad-data u l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni fiż-żmien tal-investigazzjoni.

(172)

Fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-kalkoli dettaljati tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni żvelathom lil dawk il-partijiet li setgħu jikkummentaw b’mod sinifikanti dwar l-output (peress li l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz huwa r-riżultat ta’ konsolidazzjoni tad-data sottomessa biss b’mod kunfidenzjali lill-Kummissjoni). Il-Kummissjoni kkonfermat li, kif iddikjarat fil-premessa (332) tar-Regolament proviżorju, instab twaqqigħ tal-prezz għal 100 % tal-volumi importati minn kumpaniji fil-kampjun li ma jfissirx li 100 % tal-prodotti simili magħmula mill-industrija tal-Unjoni ġew imqabbla. Il-kalkoli dettaljati tat-twaqqigħ tal-prezz urew li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezz medju tal-bejgħ tal-bijodiżil magħmul fl-Unjoni li kien ġie mqabbel mal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ferm ogħla mill-prezz tal-bejgħ fit-tabella 8 tar-Regolament proviżorju, jiġifieri fil-medda ta’ EUR 1 590–2 400/tunnellata.

(173)

Il-grupp Jiaao argumenta li l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni użati mill-Kummissjoni kienu skaduti u wkoll aktar baxxi milli fi tliet investigazzjonijiet anti-dumping preċedenti (70). Jekk il-Kummissjoni tinsisti li tirrikorri għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni ddeterminati f’investigazzjonijiet anti-dumping preċedenti tal-bijodiżil, il-parti pproponiet il-proporzjon tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni għall-prezz CIF, jiġifieri EUR 14,08/tunnellata (71) bħala parametru referenzjarju aktar xieraq.

(174)

Il-Kummissjoni qieset il-livell tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni bħala speċifiku għall-każ u għall-prodott. Fin-nuqqas ta’ data verifikata affidabbli fil-kuntest tal-proċediment preżenti, il-Kummissjoni kkonfermat l-adegwatezza li wieħed jirrikorri għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni minn investigazzjoni preċedenti dwar il-bijodiżil (72). L-affermazzjonijiet ta’ Jiaao Group ġew miċħuda.

(175)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-grupp EcoCeres talab aġġustament tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni minn EUR 8,5/tunnellata għal mill-inqas EUR 10/tunnellata sabiex jirrifletti l-inflazzjoni li seħħet fiż-żona tal-euro mill-2018. Fin-nuqqas ta’ prova li l-bidliet fil-prezzijiet għall-unitajiet domestiċi kellhom impatt fuq il-kostijiet mhux domestiċi bħall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni u sa liema punt, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni ta’ EcoCeres.

(176)

Barra minn hekk, minbarra li stabbilixxiet it-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni ddeterminat ukoll fil-premessa (365) tar-Regolament proviżorju li l-importazzjonijiet Ċiniżi jeżerċitaw trażżin tal-prezz għall-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u b’hekk iġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tbigħ biss ftit ogħla mill-kostijiet u, b’riżultat ta’ dan, ma tiksibx profitt tajjeb. Is-sejbiet ta’ trażżin tal-prezz fil-livell makro ġew ikkonfermati wkoll mis-sejbiet ta’ bejgħ bil-prezz imwaqqa’ b’mod sinifikanti fir-rigward ta’ kull produttur esportatur fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif stabbilit fil-premessa (232), il-marġnijiet tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ varjaw minn 16,4 % sa 44,3 %. Konsegwentement, minħabba t-trażżin tal-prezz, l-industrija tal-Unjoni biegħet bi prezzijiet li lanqas biss koprew il-kost tal-produzzjoni tagħha, u wisq inqas marġni ta’ profitt normali. Għalhekk, is-sejbiet ta’ trażżin tal-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ġew ikkonfermati fl-istadju definittiv.

(177)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-kunsiderazzjonijiet fil-premessi (326) sa (332) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(178)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-kunsiderazzjonijiet fil-premessi (333) sa (337) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(179)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC allegat li l-Kummissjoni kienet kisret l-impenji tagħha tad-WTO (73) minħabba li r-Regolament proviżorju rraġuna jew spjega b’mod inadegwat il-bażi għall-kalkolu tal-kwantità tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni għall-SAF imsemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna 167 tar-Regolament proviżorju. Għal finijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni fakkret fit-test ta’ dik in-nota f’qiegħ il-paġna, li huwa kif ġej: “Kif innutat fil-premessa (57), l-SAF ġie eskluż mill-ambitu tal-prodotti u l-volumi tal-SAF esklużi. Għaldaqstant, mir-rispons makro tal-EBB, il-Kummissjoni naqqset il-produzzjoni stmata tal-SAF (jiġifieri 75 000 tunnellata fl-2022 u 150 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni) u l-kapaċità stmata għall-SAF.” Il-Kummissjoni sabet li l-affermazzjoni tas-CCCMC ma kinitx ġustifikata. Il-metodoloġija tal-Kummissjoni kienet tikkonsisti fit-tnaqqis ta’ ammont raġonevoli (jiġifieri 150 000 tunnellata) mir-rispons makro tal-EBB li juri volum tal-produzzjoni ta’ 14 925 455 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni, b’riżultat ta’ 14 775 455 tunnellata, jiġifieri ċ-ċifra rilevanti fit-tabella 5 tar-Regolament proviżorju. L-ammonti mnaqqsa kienu bbażati fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni dwar il-produzzjoni tal-SAF fl-Unjoni, inkluż l-informazzjoni dwar is-suq, id-data mill-produtturi tal-Unjoni, l-istimi minn EcoCeres (74) u l-għarfien komuni li l-produzzjoni tal-SAF żdiedet aktar qrib il-bidu tal-mandat tal-2025. Ta’ min jinnota li la s-CCCMC u lanqas partijiet oħra ma pproponew metodoloġija alternattiva biex jiġu stabbiliti l-volumi tal-SAF li għandhom jiġu esklużi mid-data makro tal-EBB.

(180)

Skont is-CCCMC, l-affermazzjoni fir-Regolament proviżorju li l-volumi tal-produzzjoni “naqsu b’mod sinifikanti” fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx appoġġjata minn evidenza. Is-CCCMC argumentat ukoll li, fi kwalunkwe każ, it-tnaqqis ma setax jiġi imputat lill-importazzjonijiet miċ-Ċina. Il-Kummissjoni nnutat li t-tnaqqis fil-produzzjoni bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni kien evidenti (-3 %) u definittivament imur kontra ż-żieda fil-konsum. Il-kawża tat-tnaqqis ġiet analizzata fit-taqsima 5 tar-Regolament proviżorju.

(181)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (338) sa (339) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(182)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni identifikat żbalji klerikali fit-tabella 6. It-tabella 6 hija kkoreġuta kif ġej:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

PI

Volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

12 623 468

12 964 160

12 076 019

11 847 951

Indiċi (2020 = 100)

100

103

96

94

Sehem mis-suq

74,0  %

74,5  %

67,2  %

64,6  %

Indiċi (2020 = 100)

100

101

91

87

Sors:

L-EBB

(183)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC innutat li l-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2022 kienu fil-livell tal-2020 u żiedet li l-livell tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni beda jonqos meta l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu baxxi daqs fl-2020. Billi ffukat biss fuq is-snin 2022 u 2020, is-CCCMC irrappreżentat ħażin il-korrelazzjoni bejn l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u l-livell tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni. Meta jitqies l-iżvilupp ta’ dawk iż-żewġ indikaturi tad-dannu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, huwa evidenti li l-livell tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni naqas meta l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu (pereżempju + 52 % bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni). Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(184)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC allegat li l-produtturi tal-Unjoni tilfu l-biċċa l-kbira tas-sehem mis-suq tagħhom meta l-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom sehem mis-suq baxx daqs 2,8 %. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni minħabba li s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas l-aktar bejn l-2021 u l-2022, meta l-importazzjonijiet Ċiniżi bdew jiżdiedu b’mod sinifikanti (+ 96 % bejn l-2021 u l-2022).

(185)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima u meta wieħed iżomm f’moħħu l-verżjoni kkoreġuta tat-tabella 6, il-konklużjonijiet fil-premessi (340) sa (341) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.2.3.   Tkabbir

(186)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC ikkontestat il-konklużjoni tal-Kummissjoni ta’ ebda tkabbir minħabba li t-tabella 11 tar-Regolament proviżorju turi żieda ġenerali fl-investimenti ta’ + 14 % u li l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku wriet riżultati ġeneralment tajbin għall-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun flimkien mal-produttur tal-Unjoni Astra Bioplant. Il-Kummissjoni nnutat li l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku pprovduta mill-parti kienet tinkludi stqarrija għall-istampa ppubblikata wara l-perjodu ta’ investigazzjoni u r-Rapporti Annwali tal-2023 għall-grupp Eni kollu u għal Chevron Corporation (75), u, għaldaqstant. ma setgħetx tkun rappreżentattiva tas-sitwazzjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-bijodiżil matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet tas-CCCMC.

(187)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessa (342) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(188)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC allegat li l-Kummissjoni kienet kisret l-impenji tagħha tad-WTO (76) peress li naqset milli tiġġustifika li minkejja n-nuqqasijiet, l-għadd stmat ta’ impjegati ppreżentat fit-tabella 7 tar-Regolament provviżorju kien raġonevolment preċiż u adegwat għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni ma qablitx mas-CCCMC. It-tabella 7 tar-Regolament proviżorju tirrifletti d-data dwar l-impjiegi kif irrappurtata minn 31 produttur tal-bijodiżil lill-ilmentatur, flimkien ma’ estrapolazzjoni għal dawk li ma wiġbux abbażi taċ-ċifri tal-impjiegi pprovduti minn dawk li ma wieġbu. Ir-Regolament proviżorju nnota li mhux il-produtturi kollha tal-Unjoni rrappurtaw data dwar l-impjiegi lill-EBB bl-istess approċċ u li xi stimi kienu meħtieġa għal kumpaniji li ma rrappurtawx. Il-Kummissjoni ma qisitx li din is-sitwazzjoni kienet twassal biex iċ-ċifri tal-impjiegi sottomessi mill-EBB ma jitqisux validi, b’mod partikolari peress li l-Kummissjoni nnifisha wettqet kontroverifika ta’ parti sinifikanti matul iż-żjarat ta’ verifika lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mill-ilmentatur. L-ebda parti interessata ma pprovdiet settijiet oħra ta’ data li setgħu jqajmu dubji jew jissostitwixxu ċ-ċifri tal-impjiegi sottomessi mill-EBB u jbiddlu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(189)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC tenniet li żieda fl-impjiegi kienet sinjal ċar ta’ industrija b’saħħitha u mbagħad ikkontestat il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-premessa (345) tar-Regolament proviżorju fir-rigward tar-raġunament tas-CCCMC dwar it-tnaqqis fil-produttività. Is-CCCMC argumentat li t-tnaqqis fil-produttività ma setax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet Ċiniżi peress li l-produttività naqset l-aktar (b’5 %) fl-2021, jiġifieri s-sena meta l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu l-aktar baxxi fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat il-korrelazzjoni ċara bejn il-produttività aktar baxxa fit-tieni parti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u ż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni (+ 55 %) u ċaħdet l-affermazzjonijiet tas-CCCMC.

(190)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (343) sa (345) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(191)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (346) sa (348) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(192)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC iddikjarat li s-sejbiet tal-Kummissjoni ma setgħux jeżistu mingħajr analiżi segmentata tad-dannu u mbagħad indikat iż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni (+ 69 %) b’mod ġenerali minkejja ż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina. Barra minn hekk, is-CCCMC iddikjarat li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma setgħux jiġu kkritikati għad-diskrepanza li tvarja bejn il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost unitarju tal-produzzjoni fit-tabella 8 tar-Regolament proviżorju. Is-CCCMC allegat ukoll valutazzjoni insuffiċjenti tal-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet, bħall-kapaċità li l-kostijiet jgħaddu għall-konsumaturi u l-kostijiet fissi għoljin minħabba l-kapaċità żejda u l-livell għoli ta’ impjieg.

(193)

Il-Kummissjoni nnutat li, anki jekk il-prezzijiet tal-Unjoni żdiedu u d-distakk bejn il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-Unjoni u l-kost unitarju medju tal-produzzjoni varja, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-livell tal-importazzjonijiet Ċiniżi kif ukoll il-konsum tal-Unjoni kienu l-ogħla, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu biss EUR 2 (jew 0,1 %) ogħla mill-kostijiet, li mhuwiex sostenibbli. F’kuntest ta’ domanda għolja u suq speċjali marbut b’miri ta’ sostenibbiltà u dekarbonizzazzjoni, il-Kummissjoni ma qablitx li l-klijenti ma jaċċettawx li l-kostijiet jgħaddu lihom mill-produtturi. Il-Kummissjoni qablet li l-kostijiet fissi jiżdiedu b’volum tal-produzzjoni aktar baxx, madankollu, dan il-volum tal-produzzjoni aktar baxx ma kienx għażla iżda rispons meħtieġ mill-produtturi tal-Unjoni għall-influss ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina li kienu jgħoddu darbtejn għal ċerti miri tal-enerġija rinnovabbli tal-UE, kif spjegat fil-premessa (329) tar-Regolament proviżorju.

(194)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (349) sa (351) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(195)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (352) sa (353) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.3.3.   Inventarji

(196)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ġodda dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (354) sa (355) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(197)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC innutat nuqqas ta’ valutazzjoni tal-kapaċità tal-ħila tal-Unjoni għall-akkwist tal-kapital. Is-CCCMC allegat ukoll nuqqas ta’ korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni peress li, meta l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu fl-2021, il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni u indikaturi oħra naqsu wkoll, u, meta l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu fl-2022, il-produtturi tal-Unjoni marru aħjar. Barra minn hekk, il-parti argumentat li l-Kummissjoni kienet naqset milli tikkunsidra fatturi ta’ dannu fil-kuntest u b’rabta ma’ xulxin, bħal li investimenti addizzjonali kien ikollhom impatt negattiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, u li l-Kummissjoni kienet naqset milli tqis evidenza li dehret li kienet f’kunflitt mal-ipoteżijiet tal-Kummissjoni.

(198)

Fir-rigward tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiġbor il-kapital, il-Kummissjoni nnutat li dan kien imfixkel mill-flussi ta’ flus negattivi ħafna mill-2021.

(199)

L-allegat nuqqas ta’ korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni ma kienx fondat. Il-Kummissjoni fakkret li l-akbar tnaqqis drammatiku fil-profittabbiltà kien bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri meta l-importazzjonijiet Ċiniżi laħqu l-ogħla livell tagħhom. F’dak il-mument, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni saret baxxa daqs 0,1 %, li hija ferm inqas minn kwalunkwe profitt fil-mira raġonevoli.

(200)

Il-Kummissjoni kkontestat li injorat il-provi li jikkontradixxu l-analiżi tagħha. Il-Kummissjoni ma setgħetx taqbel li l-elementi miġjuba mis-CCCMC kienu rilevanti għall-investigazzjoni, b’mod partikolari l-estrapolazzjoni mis-CCCMC tar-riżultati tal-2023 ta’ Chevron Corporation, korporazzjoni multinazzjonali Amerikana tal-enerġija speċjalizzata fiż-żejt u fil-gass u attiva f’aktar minn 180 pajjiż, għall-attivitajiet tal-bijodiżil tal-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun Chevron; jew l-estrapolazzjoni mis-CCCMC tar-riżultati tal-2023 tal-korporazzjoni tal-enerġija multinazzjonali Taljana Eni, speċjalizzata fiż-żejt u attiva f’aktar minn 60 pajjiż, għall-attivitajiet tal-bijodiżil tal-produttur tal-Unjoni fil-kampjun (Bio)Raffineria di Gela. Il-Kummissjoni qieset il-fatturi tad-dannu fil-kuntest u b’rabta ma’ xulxin u, f’dan ir-rigward, ma setgħetx tikkonkludi li l-investimenti addizzjonali kellhom effett negattiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li l-investimenti l-ġodda fit-tul kellhom impatt fuq il-karta bilanċjali u l-kostijiet ta’ deprezzament peress li dawk l-investimenti inizjalment kienu baxxi.

(201)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (356) sa (360) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(202)

Fil-konklużjoni tagħha għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC ma tikkontestax li ċerti indikaturi tad-dannu li jikkonċernaw l-industrija tal-Unjoni dehru li marru għall-agħar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(203)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha fil-premessi (361) sa (362) tar-Regolament proviżorju u kkonkludiet b’mod definittiv li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(204)

L-importatur relatat Excellence New Energy B.V. allega li l-prezzijiet għall-FAME kienu qed jonqsu wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji mhux minħabba l-bijodiżil Ċiniż iżda minħabba diversi raġunijiet oħra bħal ċaqliq ta’ ċiklu kbir fis-suq tal-prodotti taż-żejt, bidliet ġeopolitiċi li jkomplu jinfluwenzaw il-provvista/id-domanda, tnaqqis fiż-żejt veġetali u ż-żieda fis-suq tal-HVO. Il-Kummissjoni nnutat li l-avvenimenti wara l-perjodu ta’ investigazzjoni ma setgħux jimminaw il-konklużjoni li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u b’hekk l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping kienet ġustifikata.

(205)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC iddikjarat li l-Kummissjoni kellha tiżgura li l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-prodotti domestiċi simili (l-aktar l-FAME bbażat fuq l-għelejjel u l-għalf) kienu sostitwibbli biżżejjed qabel ma ġiet stabbilita relazzjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għamlet referenza għat-taqsimiet 2.3 u 2.4 tar-Regolament proviżorju, li kkonfermaw li l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-prodotti domestiċi kienu prodotti simili u sostitwibbli.

(206)

Minkejja l-konklużjoni tal-Kummissjoni msemmija fit-taqsima 4.5.4 tar-Regolament proviżorju, is-CCCMC argumentat li l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-bijodiżil ma kellhom l-ebda forza ta’ spjegazzjoni fir-rigward tax-xejriet negattivi murija minn ċerti indikaturi tad-dannu. Is-CCCMC iddikjarat li t-test tal-attribuzzjoni pożittiva ma ġiex issodisfat peress li l-Kummissjoni naqset milli tispjega għaliex it-tnaqqis drammatiku fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni seta’ jiġi attribwit għall-importazzjonijiet Ċiniżi, li s-sehem mis-suq tagħhom kien baxx u kien jiswa aktar flus minn importazzjonijiet oħra. Is-CCCMC argumentat li l-Kummissjoni kienet kisret il-liġi tad-WTO (77) minħabba li r-Regolament proviżorju ma kien fih l-ebda valutazzjoni indipendenti u l-ebda raġunament (suffiċjenti) li l-prezzijiet allegatament “baxxi” tal-importazzjonijiet Ċiniżi “rriżultaw f’trażżin tal-prezz fis-suq tal-Unjoni, u b’riżultat ta’ dan l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tagħmel profitti tajbin”. Is-CCCMC argumentat li ma tistax tiġi preżunta sejba ta’ trażżin tal-prezz u li l-prezzijiet tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-importazzjoni, il-volumi u diversi xejriet murija fir-Regolament proviżorju wrew li l-importazzjonijiet Ċiniżi qatt ma setgħu kkawżaw twaqqigħ tal-prezz jew trażżin tal-prezz minħabba li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-bijodiżil baqgħu ogħla mill-prezzijiet tal-Unjoni u żdiedu b’53 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Skont is-CCCMC, minħabba li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina kienu ħafna ogħla mill-prezzijiet medji tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ma kienx ċar kif l-importazzjonijiet “waqqgħu”, “rażżnu”, jew ma ħallewx il-prezzijiet unitarji domestiċi medji jiżdiedu.

(207)

Il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjonijiet tas-CCCMC hawn fuq. L-importazzjonijiet fit-tabelli 4 u 8 tar-Regolament proviżorju kienu jikkonċernaw diversi taħlitiet ta’ prodotti (78), kif enfasizzat fil-premessa (370) tar-Regolament proviżorju. Tabilħaqq, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezz medju tal-bejgħ tal-bijodiżil magħmul fl-Unjoni li fl-aħħar mill-aħħar tqabbel mal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ogħla mill-prezz tal-bejgħ fit-tabella 8 tar-Regolament proviżorju, jiġifieri fil-medda ta’ EUR 1 590 – 2 400/tunnellata, definittivament ogħla mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. Minkejja dan il-fatt, meta qieset it-taħlita tal-prodotti mibjugħa mill-produtturi esportaturi u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbilixxiet kemm it-twaqqigħ tal-prezz kif ukoll it-trażżin tal-prezz. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (171) hawn fuq, huwa probabbli li t-twaqqigħ tal-prezz seħħ matul il-perjodu kkunsidrat peress li ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl li t-taħlita tal-prodotti tal-importazzjonijiet u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni nbidlu matul dak il-perjodu. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, għal tipi ta’ prodotti komparabbli, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’5,3 % sa 13,8 % filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma setgħux jiżdiedu għal-livelli suffiċjenti biex jagħmlu profitti tajbin. Għall-identifikazzjoni tat-trażżin tal-prezz, il-Kummissjoni bdiet minn sitwazzjoni fattwali osservabbli (il-kalkoli fuq bażi ta’ tip b’tip stabbilixxew li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu orħos mill-prezzijiet tal-bijodiżil Ċiniż), innutat li l-prezzijiet medji ġenerali tal-industrija tal-Unjoni kienu biss ftit ogħla mill-kost medju tal-produzzjoni tagħha u kkonkludiet li kieku ma kien hemm l-ebda trażżin tal-prezz Ċiniż, il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni kienu jiżdiedu b’mod naturali aktar milli għamlu. F’kuntest ta’ domanda b’saħħitha u żieda fid-domanda, il-Kummissjoni stenniet li l-firxa bejn il-prezz medju tal-bejgħ tal-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni tiżdied, madankollu, il-firxa naqset minn EUR 26/tunnellata fl-2022 għal EUR 2/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li l-livell ta’ twaqqigħ tal-prezz ġie kkonfermat fl-istadju definittiv tal-proċediment, livell meqjus bħala sostanzjali fil-kuntest ta’ prodott bażiku. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (176) hawn fuq, is-sejbiet tat-trażżin tal-prezz ġew ikkorroborati mill-marġnijiet tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ stabbiliti għal kull produttur esportatur fil-kampjun.

(208)

Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni nnutat li l-istampa murija fit-tabella 3 hawn fuq ma tirriflettix li l-bijodiżil Ċiniż naqqas id-domanda fiżika għal tipi oħra ta’ bijodiżil, b’mod partikolari bijodiżil ibbażat fuq l-għelejjel fl-Unjoni, bid-doppju tal-ammonti fit-tabella 3 bħala riżultat tal-“għadd doppju” tal-bijodiżil Ċiniż li huwa spjegat aktar fit-taqsima li jmiss.

(209)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (364) sa (367) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(210)

Il-korrezzjoni tat-tabella 6 msemmija fit-taqsima 4.5.2.2 hawn fuq kellha impatt żgħir fuq uħud mill-ishma mis-suq ippubblikati fit-tabella 12 tar-Regolament proviżorju. It-tabella definittiva 12 hija kif ġej:

Tabella 12

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2020

2021

2022

PI

L-Arġentina

Volum (tunnellati)

874 199

1 292 775

997 210

490 644

 

Indiċi (2020 = 100)

100

148

114

56

 

Sehem mis-suq

5,1  %

7,4  %

5,6  %

2,7  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

732

1 076

1 419

1 425

 

Indiċi (2020 = 100)

100

147

194

195

Ir-Renju Unit

Volum (tunnellati)

608 155

990 082

1 032 790

1 100 392

 

Indiċi (2020 = 100)

100

163

170

181

 

Sehem mis-suq

3,6  %

5,7  %

5,8  %

6,0  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 027

1 361

1 615

1 297

 

Indiċi (2020 = 100)

100

132

157

126

Singapore

Volum (tunnellati)

468 998

279 098

689 578

868 513

 

Indiċi (2020 = 100)

100

60

147

185

 

Sehem mis-suq

2,8  %

1,6  %

3,8  %

4,7  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 202

1 922

1 388

1 495

 

Indiċi (2020 = 100)

100

160

115

124

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

1 551 084

1 390 427

2 191 348

2 544 445

 

Indiċi (2020 = 100)

100

90

141

164

 

Sehem mis-suq

9,1  %

8,0  %

12,2  %

13,9  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

858

1 169

1 736

1 468

 

Indiċi (2020 = 100)

100

136

202

171

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr il-pajjiż ikkonċernat

Volum (tunnellati)

3 502 436

3 952 382

4 910 926

5 003 994

 

Indiċi (2020 = 100)

100

113

140

143

 

Sehem mis-suq

20,5  %

22,7  %

27,3  %

27,3  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

817

1 165

1 473

1 299

 

Indiċi (2020 = 100)

100

143

180

159

Sors:

Comext (il-volum () u l-prezz medju ()) għajr għar-Renju Unit tal-2020 li għalih, fin-nuqqas ta’ data konklużiva f’Comext, saru stimi tal-volumi u tal-prezzijiet abbażi tal-prezzijiet tal-GTA.

(211)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC insistiet li l-produtturi tal-Unjoni tilfu l-biċċa l-kbira tas-sehem mis-suq tagħhom meta żdiedu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Is-CCCMC argumentat li filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi kważi 10 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sehem mis-suq Ċiniż żdied b’2,6 punti perċentwali, u b’hekk ħafna inqas mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Is-CCCMC ilmentat li, fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-feedstocks tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni naqset milli tagħmel konklużjoni sinifikanti dwar l-impatt ta’ dawk l-importazzjonijiet u li l-Kummissjoni għamlet suppożizzjonijiet li baqgħu mhux spjegati li skonthom l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tipikament ma jattirawx prezzijiet ogħla fis-suq.

(212)

Il-Kummissjoni kkonfermat li, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, sehem kbir tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina kien ibbażat fuq l-għelejjel, kif ikkonfermat minn, fost l-oħrajn, ir-Rapport Statistiku tal-EBB tal-2023 (81), ir-rapporti tal-GAIN dwar iċ-Ċina (82) u l-Unjoni Ewropea (83), l-informazzjoni dwar is-suq (84) u sensiela ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ li saru mill-Kummissjoni (85). Fir-rigward tal-importazzjonijiet minn Singapore, il-Kummissjoni ġabret evidenza li tindika li l-prezzijiet ta’ tali importazzjonijiet ma kinux jirriflettu l-kundizzjonijiet reali tas-suq. Fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni li joriġinaw mir-Renju Unit (86), dawn kienu fil-biċċa l-kbira prodotti kkumerċjalizzati (87), possibbilment bi bbilanċjar tal-pożizzjoni ta’ produtturi transfruntiera tar-Renju Unit (88)/tal-UE bi prezzijiet tat-trasferiment, li l-Kummissjoni ma setgħetx tkompli tittraċċa. Barra minn hekk, hemm indikazzjonijiet ta’ prattiki kummerċjali anormali fis-settur fir-Renju Unit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (89). It-tielet nett, l-awtoritajiet rilevanti tar-Renju Unit kienu qed jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ proċessar attiv lill-kumpaniji taż-żejt għal importazzjonijiet tal-bijodiżil, li ffaċilitaw il-kummerċ ta’ bijodiżil ta’ oriġini mhux mir-Renju Unit lejn l-Unjoni permezz tar-Renju Unit, u b’hekk ma tibqax tidher ċara l-istatistika. Dawn il-prattiki ntemmu biss reċentement (90) (91).

(213)

Il-Kummissjoni kkonfermat li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-bijodiżil Ċiniż ibbażat fuq l-UCO/l-iskart iffaċilita t-twettiq aktar rapidu ta’ ċerti mandati nazzjonali permezz ta’ volumi fiżiċi aktar baxxi ta’ bijodiżil u attira primjum fis-suq tal-Unjoni. Skont id-Direttivi dwar l-Enerġija Rinnovabbli, l-Istati Membri jeħtiġilhom jilħqu sehem ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum tal-enerġija tagħhom. Biex jilħqu s-sehem fil-mira ġenerali tagħhom, l-Istati Membri għandhom miri/sottomandati differenti. Fis-settur tat-trasport, il-bijofjuwils avvanzati, b’mod partikolari l-bijodiżil magħmul mill-UCO u ċerti grassi tal-iskart, jistgħu jingħaddu darbtejn għall-miri nazzjonali. Dan l-għadd doppju jillimita l-effett li jiżdiedu l-mandati fuq il-volumi ta’ taħlit fiżiku peress li inqas (jiġifieri nofs) bijofjuwil huwa meħtieġ biex jiġi ssodisfat il-mandat.

(214)

Il-Kummissjoni nnutat li l-operaturi ma setgħux jilħqu l-mira tagħhom daqshekk malajr (bħal fil-każ tal-bijodiżil Ċiniż) permezz tal-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra minħabba li kienu bbażati fuq l-għelejjel. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li tqabbil sinifikanti tal-prezzijiet tal-bijodiżil, tal-volumi u tal-ishma mis-suq minn oriġini differenti seta’ jsir biss meta tiġi rikonoxxuta t-taħlita tal-prodotti involuta. L-importazzjonijiet ta’ bijodiżil ibbażat fuq l-għelejjel minn pajjiżi terzi oħra ma fixklux il-bijodiżil tal-Unjoni sal-punt (doppju) tal-bijodiżil Ċiniż u ma setgħux ikkawżaw dannu sal-punt li tittaffa’ r-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni dannuża tal-produtturi tal-Unjoni.

(215)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (368) sa (372) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati meta wieħed iżomm f’moħħu t-tabella definittiva 12 hawn fuq.

5.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(216)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (373) sa (376) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

5.2.3.   Żidiet fil-kost/kost tal-produzzjoni

(217)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCMC sostniet li ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni u fil-kostijiet lavorattivi u t-tnaqqis fil-produttività kienu kawża potenzjali ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjonijiet tas-CCCMC minħabba li kienet il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-bijodiżil Ċiniż li impediet lill-industrija tal-Unjoni milli tirrifletti ż-żidiet fil-kostijiet fil-prezzijiet. Għalhekk, iż-żieda fil-kost ma naqqsitx ir-rabta ta’ kawżalità li nstabet.

(218)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessa (377) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

5.2.4.   Fatturi oħrajn

(219)

Is-CCCMC argumentat dannu li l-produtturi tal-Unjoni kkawżaw lilhom infushom fid-dawl tan-nuqqas ta’ kapaċità tagħhom li jipproduċu l-bijodiżil li jattira primjum tal-għadd doppju.

(220)

Il-Kummissjoni ma qablitx li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jipproduċu l-bijodiżil li jattira primjum tal-għadd doppju. Il-Kummissjoni fakkret fil-premessa (57) tar-Regolament proviżorju u li l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz spjegat fit-taqsima 4.4.2 tar-Regolament proviżorju sar fuq bażi ta’ tip b’tip u li l-bijodiżil Ċiniż tqabbel ma’ bijodiżil magħmul fl-Unjoni magħmul mill-istess feedstocks li jattira l-istess tip ta’ primjum (tal-għadd doppju).

(221)

Is-CCCMC argumentat dannu li l-produtturi tal-Unjoni kkawżaw lilhom infushom minħabba investimenti kbar li rriżultaw fi dħul ta’ flus negattiv u fi tnaqqis fir-redditu fuq l-investiment.

(222)

Il-punt dwar ir-rabta bejn il-profittabbiltà mnaqqsa u l-investimenti mill-produtturi tal-Unjoni ġie indirizzat fil-premessi (197) sa (201) hawn fuq. Il-Kummissjoni fakkret li l-importazzjonijiet Ċiniżi naqqsu l-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni. Kif muri fil-kwestjonarji vojta maħsuba għall-produtturi tal-Unjoni, il-profittabbiltà hija l-mutur ewlieni fil-formula użata biex jiġu stabbiliti l-flussi tal-flus u ċ-ċifri tar-redditu tal-investiment. Il-premessa (359) tar-Regolament proviżorju nnutat li l-investimenti sinifikanti fl-aħħar parti tal-perjodu kkunsidrat kienu proġetti previsti għal żmien twil u kienu jikkonċernaw biss żewġ kumpaniji.

(223)

Excellence New Energy B.V. argumentat li, bi prezz fil-mira ta’ EUR 1 900 – 2 200/tunnellata li huwa ħafna ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma setgħet tikkompeti mal-ebda importazzjoni. Il-Kummissjoni ċċarat li l-prezz fil-mira ta’ EUR 1 900 – 2 200/tunnellata kien jirrifletti biss taħlita ta’ prodotti speċifika ħafna li magħha tqabblu l-mudelli Ċiniżi u, għaldaqstant, ma setax iqajjem dubji dwar il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet fit-tabella 12 tar-Regolament proviżorju kienu jikkonċernaw diversi taħlitiet ta’ prodotti, kif enfasizzat fil-premessa (370) tar-Regolament proviżorju.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(224)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-konklużjonijiet fil-premessi (378) sa (380) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

6.1.   Marġni tad-dannu

(225)

Kif previst mill-Artikolu 9(4), it-tielet subparagafu, tar-Regolament bażiku, u minħabba li l-Kummissjoni ma rreġistratx l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni, hija analizzat l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjoni biex tistabbilixxi jekk kienx hemm żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni deskritt fil-premessa (4) u, għalhekk, jekk din tirriflettix id-dannu addizzjonali li jirriżulta minn tali żieda fil-kalkolu tal-marġni tad-dannu.

(226)

Abbażi tad-data mill-bażi tad-data Surveillance 2, il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ 4 ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni kienu 58 % inqas mill-volumi medji tal-importazzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni fuq bażi ta’ 4 ġimgħat. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni.

(227)

Għalhekk, il-Kummissjoni ma aġġustatx il-livell ta’ tneħħija ta’ dannu f’dan ir-rigward.

(228)

Diversi partijiet Ċiniżi kkontestaw il-profitt fil-mira ta’ 11 % użat għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu fuq il-bażi li tali marġni ta’ profitt ma kienx realistiku u/jew ma kienx jagħmel sens wara l-iżviluppi tas-suq u elementi oħra (eż. bidliet regolatorji, kwistjonijiet ta’ kostijiet) mill-2013, jiġifieri s-sena meta finalment ġie stabbilit il-11 %. Il-partijiet talbu lill-Kummissjoni tfittex profitt fil-mira aktar reċenti/sinifikanti, filwaqt li s-CCCMC argumentat li l-profitt jenħtieġ li jkun jista’ jinkiseb għall-industrija tal-Unjoni. Il-grupp Jiaao stenna profitt fil-mira ta’ inqas minn 11 % peress li, fil-fehma tiegħu, il-marġnijiet ta’ profitt jonqsu maż-żmien fil-biċċa l-kbira tas-setturi industrijali minħabba l-kompetizzjoni tas-suq u l-progress teknoloġiku. Għall-grupp Zhuoyue, jenħtieġ li jinstab profitt fil-mira ġdid wara t-tmiem tal-investigazzjonijiet anti-dumping kontra l-Arġentina u l-Indoneżja fl-2018 minħabba li tali terminazzjonijiet kienu jfissru li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha ġġarrab dannu. Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, il-grupp Zhuoyue tenna dawn il-kummenti għar-raġuni li kien qed jistenna li l-livell ta’ profittabbiltà f’dawn l-aħħar snin ikun taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

(229)

Kif innutat fil-premessa (384) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi marġni ta’ profitt abbażi tas-snin ta’ qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina, peress li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet influss ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping/sussidjati għal snin sħaħ, u għalhekk l-ebda perjodu ta’ żmien ma seta’ jikkwalifika bħala li jirreferi għal sitwazzjoni kompetittiva normali fis-suq tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrikorriet għall-profitt stabbilit għal dan it-tip ta’ industrija f’investigazzjonijiet preċedenti, inkluża investigazzjoni konkluża fl-2019. Il-profitt bażiku ġie stabbilit għal 11 %. (92) L-affermazzjoni tal-grupp Jiaao li l-marġnijiet tal-profitt jonqsu maż-żmien minħabba l-kompetizzjoni tas-suq u l-progress teknoloġiku ma kinitx sostanzjata, jiġifieri sa fejn huwa kkonċernat is-settur tal-bijodiżil. Minbarra s-6 % stabbiliti bl-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, issuġġerit minn Jiaao, l-ebda parti ma pproponiet profitt bażiku (aktar) raġonevoli fil-fehma tagħha. L-affermazzjonijiet li 11 % kien profitt fil-mira mhux xieraq ġew miċħuda.

(230)

Parti Ċiniża sostniet li l-prezz li ma jikkawża l-ebda dannu kkalkulat fil-premessa (387) tar-Regolament proviżorju jenħtieġ li ma jkunx ibbażat fuq il-kost tal-produzzjoni fit-tabella 8 tar-Regolament proviżorju, fejn ix-xejra tqieset mhux normali, u appellat għal aġġustament għall-fini tal-kalkolu tal-prezz li ma jikkawża l-ebda dannu (għalkemm ma spjegatx kif jew b’kemm) sabiex allegatament jiġu kkoreġuti anomaliji bħal prezzijiet għoljin tal-enerġija minħabba l-gwerra. Il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjonijiet u fakkret li t-tabella 8 tar-Regolament proviżorju tippreżenta kost tal-produzzjoni għal taħlita usa’ mill-prodotti li magħhom fl-aħħar mill-aħħar ġew imqabbla l-importazzjonijiet.

(231)

L-importatur relatat Excellence New Energy B.V. qajjem dubji dwar il-prezz fil-mira milħuq mill-Kummissjoni għar-raġuni li ż-żieda ta’ profitt fil-mira ta’ 11 % flimkien mal-kostijiet tal-konformità mal-kost tal-produzzjoni fit-tabella 8 tar-Regolament proviżorju rriżultat fi kważi EUR 1 508/tunnellata. Il-Kummissjoni ċċarat li l-kost tal-produzzjoni fit-tabella 8 tar-Regolament proviżorju jirrifletti taħlita usa’ mill-kost tal-produzzjoni li miegħu tqabblu l-mudelli Ċiniżi.

(232)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessa (389) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata. Il-livell finali ta’ tneħħija ta’ dannu għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u għall-kumpaniji l-oħra kollha huwa kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dannu definittiv (%)

EcoCeres Group:

—

ECO Biochemical Technology (Zhangjiagang) Co. Ltd.

—

EcoCeres Limited

16,4

Jiaao Group:

—

Zhejiang EastRiver Energy S &T Co., Ltd.

—

Zhejiang Jiaao Enproenergy Co., Ltd.

—

Jiaao International Trading (SINGAPORE) PTE.

37,1

Zhuoyue Group:

—

Longyan Zhuoyue New Energy Co. Ltd.

—

Xiamen Zhuoyue Biomass Energy Co., Ltd.

44,3

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

32,6

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

44,3

6.2.   Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri

(233)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping definittivi jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv (%)

EcoCeres Group:

—

ECO Biochemical Technology (Zhangjiagang) Co. Ltd.

—

EcoCeres Limited

10,0

Jiaao Group:

—

Zhejiang EastRiver Energy S &T Co., Ltd.

—

Zhejiang Jiaao Enproenergy Co., Ltd.

—

Jiaao International Trading (SINGAPORE) PTE.

35,6

Zhuoyue Group:

—

Longyan Zhuoyue New Energy Co. Ltd.

—

Xiamen Zhuoyue Biomass Energy Co., Ltd.

23,4

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

21,7

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

35,6

7.   INTERESS TAL-UNJONI

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(234)

L-EBB (f’isem il-membri tiegħu) u Neste qiesu l-miżuri fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

(235)

Is-CCCMC argumentat li l-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni skont din it-taqsima tar-Regolament proviżorju ma kinux konvinċenti peress li se jibqa’ jkun hemm il-kompetizzjoni mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u l-feedstocks għall-produzzjoni tal-bijodiżil se jiġi importati wkoll. Il-Kummissjoni nnutat li l-kompetizzjoni b’saħħitha fis-suq intlaqgħet tajjeb u ċaħdet l-affermazzjonijiet tas-CCCMC.

(236)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-kunsiderazzjonijiet fil-premessi (392) sa (394) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

7.2.   Interess ta’ importaturi, kummerċjanti u distributuri mhux relatati

(237)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar din it-taqsima, il-kunsiderazzjonijiet fil-premessi (395) sa (398) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

7.3.   Interess ta’ utenti, konsumaturi u fornituri

(238)

Quatra, kollettur tal-UCO, allega li l-esklużjoni tal-SAF u l-UCO mill-miżuri tiskatta l-importazzjonijiet ta’ tali merkanzija fl-Unjoni u taffettwa b’mod negattiv l-isforzi ta’ sostenibbiltà tal-Unjoni billi tiskoraġġixxi l-akkwist domestiku tal-UCO/materja prima. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet peress li l-UCO ma kienx fl-ambitu tal-investigazzjoni.

(239)

Chane, fornitur kbir tal-ħżin tal-bijofjuwils fl-Ewropa li kien qed jipproċessa wkoll l-SAF, iddikjara li l-miżuri jheddu l-ambizzjonijiet ta’ sostenibbiltà tiegħu u joħolqu sfidi għad-dinamika tal-katina tal-provvista, u potenzjalment jaffettwaw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Chane beża’ mit-tfixkil, mill-ineffiċjenza tal-faċilitajiet ta’ ħżin, min-nuqqas ta’ użu potenzjali, u l-implikazzjonijiet finanzjarji negattivi. Il-Kummissjoni nnutat li, filwaqt li l-miżuri jistgħu jaffettwaw ċerti flussi fil-katina tal-provvista, ingħatat id-disponibbiltà tal-bijodiżil minħabba l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u l-għadd kbir ta’ importazzjonijiet. Il-miżuri mhumiex maħsuba biex jipprevjenu l-importazzjonijiet iżda biex jerġgħu jġibu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-bijodiżil fl-Unjoni.

(240)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar din it-taqsima, il-kunsiderazzjonijiet fil-premessi (399) sa (400) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

7.4.   Fatturi oħrajn

(241)

Is-CCCMC ikkontestat id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-Regolament proviżorju skont din it-taqsima li l-industrija tal-Unjoni kellha biżżejjed kapaċità biex tissodisfa d-domanda fuq il-bażi li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed tmur tajjeb fil-perjodu ta’ investigazzjoni u tal-prospetti ħżiena fil-produzzjoni tal-lift. Il-Kummissjoni ma qablitx meta wieħed iqis is-sejbiet tagħha dwar il-kapaċità ta’ riżerva fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, is-sejbiet ġenerali tagħha rigward l-industrija tal-Unjoni u l-bosta feedstocks li jista’ jsir minnhom il-bijodiżil.

(242)

Is-CCCMC ikkontestat id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (402) tar-Regolament proviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri jkollha effett pożittiv fuq is-sostenibbiltà u l-emissjonijiet (93) ta’ gassijiet serra. Il-Kummissjoni nnutat ir-rwol li l-prattiki agrikoli tajbin mressqa minn xi produtturi tal-Unjoni għandhom fis-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija (94) u ċaħdet l-affermazzjonijiet tas-CCCMC.

(243)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-importatur relatat Excellence New Energy B.V. ikkontesta li d-dazji projbittivi huma kontroproduttivi għal għanijiet usa’ ta’ dekarbonizzazzjoni u, bħas-CCCMC, staqsa jekk il-miżuri anti-dumping kinux xierqa f’kuntest usa’ ta’ azzjoni internazzjonali kontra t-tibdil fil-klima. Is-CCCMC żiedet li l-inċertezza tal-politika ambjentali fixklet l-investimenti ekoloġiċi korporattivi u l-innovazzjoni ekoloġika u li l-miżuri jaffettwaw il-bijodiżil ta’ tip li l-leġiżlatur tal-UE jiffavorixxa l-aktar.

(244)

Il-Kummissjoni nnutat li l-livell tad-dazji ma kienx projbittiv u li l-miżuri mhumiex maħsubin biex jipprevjenu l-importazzjonijiet iżda biex jerġgħu jġibu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-bijodiżil fl-Unjoni. L-impenn tal-Kummissjoni li tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima ma jistax jitqiegħed f’dubju bl-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping meta dawn ikunu legalment ġustifikati. Is-sejbiet kienu ċari dwar il-ħtieġa ġustifikata li jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni. Ġie nnutat li l-għeluq tal-manifatturi tal-bijodiżil tal-Unjoni jżid id-dipendenza fuq il-bijodiżil minn pajjiżi terzi f’postijiet imbiegħda, li huwa kontroproduttiv f’termini tat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet ta’ Excellence New Energy B.V. u tas-CCCMC.

(245)

Excellence New Energy B.V. allegat tfixkil fit-terminals u fil-portijiet jekk jiġu imposti l-miżuri. L-affermazzjoni, mhux sostanzjata, ma ġietx aċċettata.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(246)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-interess tal-Unjoni, il-konklużjoni fil-premessi (404) sa (405) tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

8.1.   Miżuri definittivi

(247)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat.

(248)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Marġni tad-dannu (%)

Dazju anti-dumping definittiv (%)

EcoCeres Group:

—

ECO Biochemical Technology (Zhangjiagang) Co. Ltd.

—

EcoCeres Limited

10,0

16,4

10,0

Jiaao Group:

—

Zhejiang EastRiver Energy S &T Co., Ltd.

—

Zhejiang Jiaao Enproenergy Co., Ltd.

—

Jiaao International Trading (SINGAPORE) PTE.

35,6

37,1

35,6

Zhuoyue Group:

—

Longyan Zhuoyue New Energy Co. Ltd.

—

Xiamen Zhuoyue Biomass Energy Co., Ltd.

23,4

44,3

23,4

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

21,7

32,6

21,7

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

35,6

44,3

35,6

(249)

L-EBB iddikjara li l-użu tas-sistema ta’ bilanċ tal-massa tal-RED minn xi operaturi kien jammonta għal ċirkomvenzjoni tad-dazji anti-dumping fuq il-bijodiżil Ċiniż. L-EBB innota li l-kummerċjanti jistgħu jbiddlu ċ-ċertifikati ta’ “prova tas-sostenibbiltà” bejn il-prodotti tal-UE u dawk mhux tal-UE billi jittrasportaw f’T1 (jiġifieri qabel l-iżdoganar tal-merkanzija) bijodiżil mhux tal-UE li għandu “prova tas-sostenibbiltà” jiġi mibjugħ fl-Unjoni (jiġifieri għal materjali li jgħoddu darbtejn lejn il-miri rinnovabbli tal-UE), u jibagħtu l-bijodiżil fiżiku barra mill-Unjoni. Il-Kummissjoni ma qablitx li dawk l-attivitajiet jistgħu jitqiesu bħala prattiki ta’ ċirkomvenzjoni li għandhom jiġu indirizzati fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni.

(250)

Neste u l-EBB iddikjaraw li l-esklużjoni tal-HEFA-SPK/SAF imħallat mill-miżuri żżid ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq il-bijodiżil Ċiniż u timmina l-effett rimedjali tal-miżuri. F’dan ir-rigward, Neste indika n-nuqqas ta’ kodiċijiet NM separati ddedikati għall-biċċa l-kbira tal-fjuwils rinnovabbli u l-fatt li l-HEFA-SPK u l-HVO jistgħu jaqgħu taħt l-istess kodiċi tal-prodott bażiku meta jissodisfaw l-istess speċifikazzjonijiet tad-distillazzjoni. L-EBB argumenta li d-distinzjoni bejn l-SAF u l-HVO fil-fruntiera kienet diffiċli.

(251)

Fil-kummenti tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, Neste u EBB tennew il-qalba tal-kummenti miġbura fil-qosor fil-premessa hawn fuq. L-EBB allega li l-industrija Ċiniża malajr taqleb mill-HVO għall-SAF, u b’hekk tevita l-ħlas ta’ dazji anti-dumping fuq l-HVO. Il-grupp EcoCeres ma qabilx li l-konverżjoni għall-SAF tista’ ssir malajr. L-EBB talab lill-Kummissjoni tadotta approċċ proattiv fir-rigward ta’ mekkaniżmu ġdid tat-taxxa fuq l-esportazzjoni fuq l-UCO Ċiniż, li allegatament huwa tip ta’ appoġġ biex jassorbi d-dazji anti-dumping kif ukoll sussidju kumpensabbli li jnaqqas il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi tal-FAME, l-HVO u l-SAF lejn l-Unjoni fil-futur qrib. L-EBB talab speċifikament għall-ħolqien ta’ kodiċijiet TARIC ġodda speċifiċi għall-SAF għall-finijiet ta’ monitoraġġ, għal monitoraġġ bir-reqqa tal-prezz tal-importazzjoni tal-bijodiżil fl-Unjoni kif ukoll għal investigazzjoni ex officio biex jiġu rieżaminati l-marġnijiet tad-dumping ta’ din l-investigazzjoni. Il-grupp EcoCeres fakkar fl-għodod diġà fis-seħħ għall-monitoraġġ tal-movimenti tal-bijofjuwils, jiġifieri l-Bażi tad-Data tal-Unjoni għall-Bijofjuwils tal-Kummissjoni, li ilha topera mill-2024.

(252)

Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kwistjonijiet indikati mill-partijiet u impenjat ruħha li timmonitorja l-flussi tal-bijodiżil u tal-SAF wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq il-bijodiżil Ċiniż, kif definit fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, ġew stabbiliti kodiċijiet TARIC separati għall-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli kif definiti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-fini ta’ monitoraġġ.

(253)

Is-CCCMC ikkontestat il-forma tal-miżuri. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tas-CCCMC, li ma kinitx sostanzjata.

(254)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni kif instabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Għaldaqstant, dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”.

(255)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (95). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla fl-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(256)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”.

(257)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu preżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti dwar it-trasport fuq l-ilma, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(258)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex isir dan. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-bżonn tat-tneħħija tar-rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu.

(259)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(260)

Jenħtieġ li l-produtturi esportaturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni; (ii) mhuwiex relatat ma’ produttur esportatur li għamel dan; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

8.2.   Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji

(261)

Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazji anti-dumping proviżorji imposti mir-Regolament proviżorju, jenħtieġ li jinġabru b’mod definittiv fil-livelli stabbiliti fir-Regolament proviżorju u sal-livell stabbilit skont dan ir-Regolament.

9.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(262)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (96), meta ammont jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(263)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-esteri monoalkiliċi tal-aċidi grassi u/jew taż-żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew idrotrattament, ta’ oriġini mhux fossili, komunement magħrufa bħala “bijodiżil”, f’forma pura jew kif jiġu inklużi f’taħlita, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (kodiċijiet TARIC 1516 20 98 21, 1516 20 98 22, 1516 20 98 23, 1516 20 98 29, 1516 20 98 31, 1516 20 98 32 u 1516 20 98 39), ex 1518 00 91 (kodiċijiet TARIC 1518 00 91 21, 1518 00 91 22, 1518 00 91 23, 1518 00 91 29, 1518 00 91 31, 1518 00 91 32 u 1518 00 91 39), ex 1518 00 95 (kodiċijiet TARIC 1518 00 95 10, 1518 00 95 11 u 1518 00 95 19), ex 1518 00 99 (kodiċijiet TARIC 1518 00 99 21, 1518 00 99 22, 1518 00 99 23, 1518 00 99 29, 1518 00 99 31, 1518 00 99 32 u 1518 00 99 39), ex 2710 19 42 (kodiċijiet TARIC 2710 19 42 21, 2710 19 42 22, 2710 19 42 23, 2710 19 42 29, 2710 19 42 31, 2710 19 42 32 u 2710 19 42 39), ex 2710 19 44 (kodiċijiet TARIC 2710 19 44 21, 2710 19 44 22, 2710 19 44 23, 2710 19 44 29, 2710 19 44 31, 2710 19 44 32 u 2710 19 44 39, ex 2710 19 46 (kodiċijiet TARIC 2710 19 46 21, 2710 19 46 22, 2710 19 46 23, 2710 19 46 29, 2710 19 46 31, 2710 19 46 32 u 2710 19 46 39), ex 2710 19 47 (kodiċijiet TARIC 2710 19 47 21, 2710 19 47 22, 2710 19 47 23, 2710 19 47 29, 2710 19 47 31, 2710 19 47 32 u 2710 19 47 39), 2710 20 11 , 2710 20 16 , ex 3824 99 92 (kodiċijiet TARIC 3824 99 92 10, 3824 99 92 11, 3824 99 92 13, 3824 99 92 14, 3824 99 92 15, 3824 99 92 16, u 3824 99 92 19), 3826 00 10 u ex 3826 00 90  (97) (kodiċijiet TARIC 3826 00 90 11, 3826 00 90 12, 3826 00 90 13, 3826 00 90 19, 3826 00 90 31, 3826 00 90 32 u 3826 00 90 39) li jeskludi fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ASTM7566-22 Speċifikazzjoni Standard għall-Fjuwil tat-Turbini tal-Avjazzjoni li Fih Idrokarburi Sintetizzati, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2710 19 42 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT), ex 2710 19 44 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT), ex 2710 19 46 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT), ex 2710 19 47 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT), ex 2710 20 11 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT) u ex 2710 20 16 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

EcoCeres Group:

—

ECO Biochemical Technology (Zhangjiagang) Co. Ltd.

—

EcoCeres Limited

10,0

89ED

Jiaao Group:

—

Zhejiang EastRiver Energy S &T Co., Ltd.

—

Zhejiang Jiaao Enproenergy Co., Ltd.

—

Jiaao International Trading (SINGAPORE) PTE.

35,6

89EE

Zhuoyue Group:

—

Longyan Zhuoyue New Energy Co. Ltd.

—

Xiamen Zhuoyue Biomass Energy Co., Ltd.

23,4

89EF

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness

21,7

 

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

35,6

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li (volum f’tunnellati) ta’ bijodiżil mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2163 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom jinġabru b’mod definittiv fil-livelli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2163 jekk ikunu taħt ir-rati definittivi. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata medja ponderata xierqa ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2023);

(b)

mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li seta’ kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali; u

(c)

effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/2020-08-11.

(2)   ĠU C, C/2023/1574, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1574/oj.

(3)   ĠU L 277, 2.8.2021, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1266/oj.

(4)   ĠU L 40, 12.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/244/oj. Ir-rieżami ta’ skadenza li għaddej inbeda fi Frar 2024 (ĠU C, C/2024/1355, 9.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1355/oj).

(5)   ĠU L 317, 9.12.2019, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2092/oj.

(6)   ĠU L 277, 2.8.2021, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1267/oj.

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2163 tal-14 ta’ Awwissu 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/2163, 16.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2163/oj).

(8)  Għal-lista ta’ produtturi esportaturi rappreżentati mis-CCCMC f’dan il-proċediment, ara n-nota f’qiegħ il-paġna 12 tar-Regolament proviżorju.

(9)  Xi seduti ta’ smigħ kienu seduti ta’ smigħ konġunti.

(10)  Din it-taqsima tikkonċerna l-fjuwils tal-avjazzjoni rilevanti kif definiti fil-premessa (39) tar-Regolament proviżorju.

(11)  Esteri metiliċi tal-aċidi grassi (fatty acid methyl esters).

(12)  Kerosin Paraffiniku Sintetiku tal-Esteri u tal-Aċidi Grassi Idroproċessati (Hydroprocessed Esters and Fatty Acids Synthetic Paraffinic Kerosene).

(13)  Esteri u Aċidi Grassi Idroproċessati (Hydroprocessed Esters and Fatty Acids).

(14)  Id-direttiva RED fis-seħħ fiż-żmien tal-investigazzjoni kienet id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82. ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.

(15)  Għall-kuntrarju ta’ Neste, fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali (t24.010863), Valero Energy (Ireland) Limited innutat in-nuqqas ta’ interkambjabbiltà teknika bejn l-SAF u l-HVO/FAME.

(16)  Fjuwil diżil li jikkonsisti minn 100 % esteri metiliċi tal-aċidi grassi.

(17)  Fjuwil diżil li jikkonsisti minn 7 % esteri metiliċi tal-aċidi grassi.

(18)  Esteri metiliċi taż-żejt tal-lift (Rapeseed oil methyl esters).

(19)  L-Ewwel Sottomissjoni bil-Miktub tal-UE f’EU and Certain Member States – Palm Oil (Malaysia) (DS600), il-paragrafu 664, disponibbli fuq https://circabc.europa.eu/ui/group/cd37f0ff-d492-4181-91a2-89f1da140e2f/library/8958b1a0-dcb6-4915-83e0-71c4221a6ff6/details.

(20)  Għal xi eżempji, ara https://votresoleilvotreenergie.com/biocarburants-le-b100-une-alternative-ecologique-qui-seduit-les-flottes-de-transport/ u https://www.transportinfo.fr/biocarburants-le-b100-fait-le-plein/.

(21)   https://www.legifrance.gouv.fr/jorf/jo/2018/09/22/0219 (Décision du 11 septembre 2018 fixant la liste des véhicules et engins à motorisation Diesel compatibles avec le gazole B10).

(22)  t24.001865.

(23)  Ester metiliku taż-żejt tal-palm (palm oil methyl ester).

(24)  Ir-Rapport tal-Bord dwar European Union and certain Member States — Certain measures concerning palm oil and oil palm crop-based biofuels, WT/DS600/R, 5 ta’ Marzu 2024, il-paragrafu 7.1024.

(25)  Il-Ministeru għall-Pjantaġġun u l-Prodotti Bażiċi. Allokazzjoni ta’ liċenzji għall-bijofjuwil. Disponibbli fuq https://www.kpk.gov.my/kpk/en/agricommodity/osc-biofuel (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2024).

(26)  Ministério de Minas e Energia. Autorização para produção de biocombustíveis. Disponibbli fuq https://www.gov.br/anp/pt-br/assuntos/producao-e-fornecimento-de-biocombustiveis/autorizacao-para-producao-de-biocombustiveis (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2024).

(27)  Óleo de cozinha usado avança com demanda por biocombustíveis. Disponibbli fuq https://www.biodieselbr.com/noticias/materia-prima/ogr/oleo-de-cozinha-usado-avanca-com-demanda-por-biocombustiveis-280923 (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2024). L-artiklu jirreferi għal prezz tal-UCO fil-livell ta’ 4 825 BRL/tunnellata, li jikkorrispondi għal madwar 7 130 CNY/tunnellata.

(28)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1344 tat-12 ta’ Awwissu 2019 li jimponi dazju kumpensatorju proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja (ĠU L 212, 13.8.2019, p. 1, EL I: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1344/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2092/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/111 tat-18 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu xaħmi li joriġina mill-Indoneżja (ĠU L 18, 19.1.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/111/oj).

(29)  Ir-Regolament tal-Ministru tal-Kummerċ Numru 22 tal-2022 dwar il-Projbizzjoni Temporanja tal-Esportazzjoni taż-Żejt tal-Palm mhux Raffinat, taż-Żejt tal-Palm Raffinat, Ibbliċjat u Deodorizzat, tal-Oleina tal-Palm Raffinata, Ibbliċjata u Deodorizzata, u taż-Żejt tat-Tisjir Użat. Disponibbli fuq https://jdih.kemendag.go.id/peraturan/peraturan-menteri-perdagangan-nomor-22-tahun-2022-tentang-larangan-sementara-ekspor-crude-palm-oil-refined-bleached-ang-deodorized-palm-oil-refined-bleached-and-deodorized-palm-olein-dan-used-cooking-oil (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Novembru 2024).

(30)  Ir-Regolament tal-Ministru tal-Kummerċ Numru 30 tal-2022 dwar id-Dispożizzjonijiet għall-Esportazzjoni taż-Żejt tal-Palm mhux Raffinat, taż-Żejt tal-Palm Raffinat, Ibbliċjat u Deodorizzat, tal-Oleina tal-Palm Raffinata, Ibbliċjata u Deodorizzata, u taż-Żejt tat-Tisjir Użat. Disponibbli fuq https://jdih.kemendag.go.id/peraturan/peraturan-menteri-perdagangan-nomor-30-tahun-2022-tentang-ketentuan-ekspor-crude-palm-oil-refinedbleached-and-deodorized-palm-oil-refined-bleached-and-deodorized-palm-oilen-and-used-cooking-oil (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Novembru 2024).

(31)  Ir-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Indoneżja Numru 115/PMK.05/2022 dwar l-Emendi tar-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi Numru 103/PMK.05/2022 dwar ir-Rati tas-Servizz tal-Aġenzija tas-Servizz Pubbliku tal-Aġenzija tal-Ġestjoni tal-Fond tal-Pjantaġġuni taż-Żejt tal-Palm fil-Ministeru għall-Finanzi. Disponibbli fuq https://jdih.kemenkeu.go.id/download/b86320c2-ab2e-4d84-a3ac-a868ca6def3d/115~PMK.05~2022Per.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Novembru 2024).

(32)  Ir-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Indoneżja Numru 130/PMK.05/2022 dwar l-Emendi tar-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi Numru 103/PMK.05/2022 dwar ir-Rati tas-Servizz tal-Aġenzija tas-Servizz Pubbliku tal-Aġenzija tal-Ġestjoni tal-Fond tal-Pjantaġġuni taż-Żejt tal-Palm fil-Ministeru għall-Finanzi. Disponibbli fuq https://jdih.kemenkeu.go.id/download/f641efc1-cbd7-4a27-af6f-40d60c3d304c/130~PMK.05~2022.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Novembru 2024).

(33)  Ir-Regolament tal-Ministru tal-Kummerċ Numru 46 tal-2022 dwar il-Proċeduri għad-Determinazzjoni tal-Prezzijiet ta’ Referenza tal-Esportazzjoni għall-Prodotti Agrikoli u tal-Forestrija Soġġetti għad-Dazju fuq l-Esportazzjoni, il-Prezzijiet ta’ Referenza għall-Prodotti Agrikoli u tal-Forestrija u l-Lista ta’ Marki ta’ Olein Raffinat, Ibbliċjat u Deodorizzat tal-Palm Soġġett għad-Dazju fuq l-Esportazzjoni u t-Tariffi tas-Servizz tal-Aġenzija tas-Servizz Pubbliku tal-Aġenzija għall-Ġestjoni tal-Fond għall-Pjantaġġuni taż-Żejt tal-Palm. Disponibbli fuq https://jdih.kemendag.go.id/peraturan/peraturan-menteri-perdagangan-nomor-46-tahun-2022-tentang-tata-cara-penetapan-harga-patokan-ekspor-atas-produk-pertanian-dan-kehutanan-yang-dikenakan-bea-keluar-harga-referensi-atas-produk-pertanian-dan-kehutanan-dan-daftar-merek-refined-bleached-and-deodorized-palm-olein-yang-dikenakan-bea-keluar-dan-tarif-layanan-badan-layanan-umum-badan-pengelola-dana-perkebunan-kelapa-sawit# (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Novembru 2024).

(34)  Ir-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Indoneżja Numru 123/PMK.010/2022 dwar it-Tieni Emenda tar-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi Numru 39/PMK.010/2022 dwar id-Determinazzjoni tal-Oġġetti ta’ Esportazzjoni Soġġetti għad-Dazju fuq l-Esportazzjoni u r-Rati tad-Dazju fuq l-Esportazzjoni. Disponibbli fuq https://jdih.kemenkeu.go.id/download/65c2b2c0-c50e-432c-b71b-9c624af4fcd0/123~PMK.010~2022.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Novembru 2024).

(35)  Edelman Global Advisory. “Indonesia’s shifting export policies in an effort to boost Crude Palm Oil exports”. Disponibbli fuq https://www.edelmanglobaladvisory.com/insights/Indonesias-shifting-export-policies (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2024).

(36)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2120 tat-12 ta’ Ottubru 2023 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ diossidi tal-manganiż elettrolitiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2023/2120, 13.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2120/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija (ĠU L 177, 12.7.2023, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/802 tal-20 ta’ Mejju 2022 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettrolitiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Brażil (ĠU L 143, 23.5.2022, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/802/oj).

(37)  Dwar l-“Ewwel Nota” u t-“Tieni Nota” ara l-premessi (64) sa (68) tar-Regolament proviżorju.

(38)  Għall-kompletezza, l-istess valur tal-kost mingħajr distorsjoni jintuża għaż-żejt tat-trab li jibbliċja użat (“SBEO”, spent bleaching earth oil) peress li huwa wkoll feedstock b’kontenut ogħla ta’ aċidi grassi ħielsa.

(39)  Ir-raffinaturi u l-manifatturi tas-sustanzi kimiċi tal-Istati Uniti jmexxu l-produzzjoni u l-konsum tal-idroġenu. Disponibbli fuq https://www.eia.gov/todayinenergy/detail.php?id=61763 (ikkonsultat l-aħħar fl-14 ta’ Diċembru 2024).

(40)  Stħarriġ dwar il-Konsum tal-Enerġija mill-Manifattura, 2018, Tabella 7.1. Disponibbli fuq https://www.eia.gov/consumption/manufacturing/data/2018/xls/Table7_1.xlsx (ikkonsultat l-aħħar fl-14 ta’ Diċembru 2024).

(41)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2659 tas-27 ta’ Novembru 2023 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2023/2659, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2659/oj).

(42)  World Bank Group, A Global Database of Inflation. Disponibbli fuq https://www.worldbank.org/en/research/brief/inflation-database (ikkonsultat l-aħħar fl-14 ta’ Diċembru 2024).

(43)  Il-Ministeru għar-Riżorsi Umani. Malaysia Standard Classification of Occupations 2020 (p.10). Disponibbli fuq https://jtksm.mohr.gov.my/sites/default/files/2022-12/MASCO_2020_BI_Edaran.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2024).

(44)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2659.

(45)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 108, 6.4.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/492/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 315, 29.9.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1336/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/607 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/607/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/116 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 19, 28.1.2022, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/116/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/983 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ foil tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 216, 18.6.2021, p. 142, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/983/oj).

(46)  NACE Rev. 2. Statistical classification of economic activities in the European Community. Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/eurostat/documents/3859598/5902521/KS-RA-07-015-EN.PDF (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2024).

(47)  Idem, p. 67 u 143.

(48)  Idem, p. 65 u 118.

(49)  Financial Statements Release ta’ Neste għall-2022 (p. 2), Interim Report ta’ Neste għal Jannar–Marzu 2023 (p. 2), Half-Year Financial Report ta’ Neste għal Jannar–Ġunju 2023 (p. 2), Interim Report ta’ Neste għal Jannar–Settembru 2023 (p. 2). Disponibbli fuq https://www.neste.com/investors/financials#interim-reports (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2024).

(50)  A Citizens’ Guide to Energy Subsidies in Malaysia (p. 7–10). Disponibbli fuq https://www.iisd.org/gsi/sites/default/files/ffs_malaysia_czguide.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2024).

(51)  GAIN. Biofuels Annual 2022. Il-Malażja. Disponibbli fuq https://apps.fas.usda.gov/newgainapi/api/Report/DownloadReportByFileName?fileName=Biofuels%20Annual_Kuala%20Lumpur_Malaysia_MY2022-0008.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Ottubru 2024), p. 4.

(52)  UTM. Socio-economic and Feasibility Study of Utilising Pal Oil Derived Biofuel in Malaysia. Disponibbli fuq https://palmoilis.mpob.gov.my/publications/OPIEJ/opiejv11n1-hanafi.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Ottubru 2024).

(53)  GAIN. Biofuels Annual 2023. Il-Malażja. Disponibbli fuq https://apps.fas.usda.gov/newgainapi/api/Report/DownloadReportByFileName?fileName=Biofuels%20Annual_Kuala%20Lumpur_Malaysia_MY2023-0012.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Ottubru 2024), p. 2.

(54)  Ir-Riċerka tal-Grupp DBS Ekwità, “Regional Industry Focus – Plantation companies”, 20 ta’ Lulju 2017, p. 5.

(55)  Il-preżentazzjoni tat-12 ta’ Frar 2015 mill-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Bijodiżil tal-Malażja (MBA, Malaysia Biodiesel Association).

(56)  USD 9.7 miljun kienu jikkorrispondu għal madwar 44 miljun MYR. Skont ir-Rapport tal-GAIN dwar il-Malażja (2023), p. 10, l-użu għat-trasport bit-triq tat-taħlita tad-diżil/bijodiżil B10 fl-2023 kien stmat li kien 8 576 miljun litru. Id-diviżjoni tal-ammont totali tal-finanzjament (MYR 44 miljun) bil-volum ta’ taħlita ta’ fjuwil ikkonsmata (8.6 biljun litru) tirriżulta f’sussidju medju ta’ 0,005 MYR/litru.

(57)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024, Sinopec Chongqing SVW Chemical et vs Il-Kummissjoni, T-762/20, ECLI:EU:T:2024:113, il-punti 132, 131–139.

(58)  Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, CCCME et vs Il-Kummissjoni, T-263/22, ECLI:EU:T:2024:663, il-para. 183.

(59)  Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, CCCME et vs Il-Kummissjoni, T-263/22, ECLI:EU:T:2024:663, il-para. 185.

(60)  Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, CCCME et vs Il-Kummissjoni, T-263/22, ECLI:EU:T:2024:663, il-para. 188.

(61)  Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, CCCME et vs Il-Kummissjoni, T-263/22, ECLI:EU:T:2024:663, il-para. 184.

(62)  International Sustainability & Carbon Certification (“ISCC”). Iċ-ċertifikat ta’ Jiaao validu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni disponibbli fuq https://certificates.iscc-system.org/cert-pdf/EU-ISCC-Cert-IT206-1516.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ Ottubru 2024).

(63)  L-EBB spjega l-aġġornament fil-metodoloġija tiegħu f’t24.004736.

(64)  Ir-Rapport tal-Bord dwar EU — Anti-dumping measures on biodiesel from Argentina, WT/DS473/R, il-paragrafi 7.399–7.7413.

(65)  Il-punt (64) ta’ t24.007508.

(66)  t24.000069 u t24.000061.

(67)   https://www.gov.uk/government/publications/trade-remedies-notices-anti-dumping-duty-on-biodiesel-from-canada-and-usa/trade-remedies-notice-202208-anti-dumping-duty-on-biodiesel-products-originating-in-the-united-states-of-america-including-biodiesel-consigned-from.

(68)  t24.001022.

(69)  Ir-Rapport tal-Bord dwar Morocco — Definitive anti-dumping measures on Exercise Books from Tunisia, WT/DS578/R, il-paragrafu 7.222.

(70)  Il-parti nnutat li l-proporzjon tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni għas-CIF kien ta’ 1 % fl-investigazzjoni AD658 “ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana”, 3,6 % fl-AD653 “ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta” u 3,53 % fl-AD676 “ċerti molol tal-ħadid jew tal-azzar”.

(71)  Dan hu r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-proporzjon tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni meta mqabbla mal-prezzijiet CIF (0,923 %) b’EUR 1 526/tunnellata (il-prezz tal-importazzjoni Ċiniż matul il-perjodu ta’ investigazzjoni).

(72)   ĠU L 317, 9.12.2019, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2092/oj (ara t-taqsima 4.3.5).

(73)  L-Artikoli 3.1, 12.2 u 12.2.1 tal-ADA (Anti-Dumping Agreement, Ftehim dwar l-Anti-dumping).

(74)  F’t24.001457, EcoCeres kiteb: “Il-kapaċità tal-produzzjoni attwali tal-industrija tal-UE hija inqas minn 10 % mid-domanda obbligatorja tal-UE fl-2025”.

(75)  Chevron Corporation hija korporazzjoni multinazzjonali Amerikana tal-enerġija li tispeċjalizza l-aktar fiż-żejt u fil-gass attiva f’aktar minn 180 pajjiż.

(76)  L-Artikoli 2.2 u 2.2.1 tal-ADA.

(77)  L-Artikolu 3 tal-ADA.

(78)  GAIN. Biofuels Annual tal-14 ta’ Awwissu 2023. L-Unjoni Ewropea. Disponibbli fuq https://fas.usda.gov/data/european-union-biofuels-annual-3 (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Novembru 2024), il-paġni 29–31 u t-tabella 10 u GAIN. Biofuels Annual tad-19 ta’ Ottubru 2023. Iċ-Ċina. Disponibbli fuq https://fas.usda.gov/data/china-biofuels-annual-9 (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Novembru 2024), paġni 12–16, jiġifieri t-tabella 4.

(79)  Id-data ta’ Comext għall-bijodiżil pur u t-taħlitiet tiegħu.

(80)  Id-data ta’ Comext għall-bijodiżil pur biss. Data għall-kodiċi 2710 19 43 29 għal Singapore. Data għall-kodiċi 3826 00 10 għall-Arġentina, ir-Renju Unit u pajjiżi terzi oħra. Data għall-kodiċijiet 2710 19 43 29 u 3826 00 10 għal pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina (għas-sehem tar-Renju Unit inkluż f’pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina, tqies biss il-kodiċi 3826 00 10 ).

(81)  Statistical Report tal-EBB 2023 disponibbli fuq https://ebb-eu.org/wp-content/uploads/2024/03/EBB_Statistical_Report2023-Final.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Novembru 2024).

(82)  GAIN. Biofuels Annual tad-19 ta’ Ottubru 2023. Iċ-Ċina. Disponibbli fuq https://fas.usda.gov/data/china-biofuels-annual-9 (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Novembru 2024).

(83)  GAIN. Biofuels Annual tal-14 ta’ Awwissu 2023. L-Unjoni Ewropea. Disponibbli fuq https://fas.usda.gov/data/european-union-biofuels-annual-3 (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Novembru 2024).

(84)  Fid-dawl ta’ https://www.reuters.com/business/energy/malaysian-2024-biofuel-output-seen-rising-if-b20-biodiesel-usage-expanded-2024-03-05/ (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Novembru 2024), il-bijodiżil Malażjan huwa bbażat fuq iż-żejt tal-palm. Għal ħarsa ġenerali globali, ara l-paġna 27 tar-rapport tal-UFOP dwar il-provvista tas-suq globali 2023/2024, disponibbli fuq https://www.ufop.de/files/8217/0548/9837/UFOP-2116_Report_Global_Market_Supply_A5_EN_23_24_160124.pdf.

(85)  Għal eżempju, ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1344. Il-premessa (32) tgħid: “L-investigazzjoni indikat li l-bijodiżil prodott fl-Indoneżja huwa primarjament ester metiliku taż-żejt tal-palm (“PME”, palm oil metyl ester), li huwa derivat miż-żejt tal-palm...”. Għal eżempju ieħor, ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/244 tal-11 ta’ Frar 2019 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina (ĠU L 40, 12.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/244/oj). Il-premessa (41) tgħid: “L-investigazzjoni wriet li bijodiżil prodott fl-Arġentina huwa esklużivament ester metiliku tal-fażola tas-sojja (“SME”), soybean methyl ester) derivat miż-żejt tal-fażola tas-sojja…”.

(86)  Għal feedstocks fir-Renju Unit, ara pereżempju https://www.gov.uk/government/statistics/bioenergy-crops-in-england-and-the-uk-2008-2023/bioenergy-crops-in-england-and-the-uk-2008-2023 u l-applikazzjoni fil-fajl pubbliku tal-investigazzjoni mis-Servizz tar-Rimedji Kummerċjali disponibbli fuq https://www.trade-remedies.service.gov.uk/public/case/AD0058/.

(87)  L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-Renju Unit, pajjiż b’domanda domestika kbira għall-bijodiżil, tqiesu li kienu fil-biċċa l-kbira prodotti kkummerċjalizzati peress li l-volum tagħhom fit-tabella 12 tar-Regolament proviżorju kien bażikament id-doppju tal-produzzjoni totali tal-bijodiżil f’dak il-pajjiż. Din hija privattiva mit-tabella C.41.1 tal-OECD/FAO (2022), OECD-FAO Agricultural Outlook 2022–2031, OECD Publishing, Pariġi, https://doi.org/10.1787/f1b0b29c-en. Barra minn hekk, il-paġni 30-32 tal-applikazzjoni fil-fajl pubbliku tal-investigazzjoni mis-Servizz tar-Rimedji Kummerċjali disponibbli fuq https://www.trade-remedies.service.gov.uk/public/case/AD0058/ innutaw li l-grupp Greenergy kellu attivitajiet kbar ta’ esportazzjoni. It-tabella fil-paġna 27 (150 000 – 200 000 tunnellata minn Olleco plus Argent) tal-istess applikazzjoni u stimi fil-paġna 29 (320 000–370 000 tunnellata għal Greenergy) tal-applikazzjoni jissuġġerixxu li l-produzzjoni tal-bijodiżil fir-Renju Unit kienet ta’ madwar nofs miljun tunnellata (jew ftit aktar).

(88)  Ir-Renju Unit.

(89)  Il-premessi (12) u (13) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1273 tas-7 ta’ Mejju 2024 li ttemm l-investigazzjoni tal-possibbiltà ta’ ċirkumvenzjoni, permezz ta’ importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit kif ukoll jekk le, tal-miżuri kumpensatorji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja, u li jtemmu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet (ĠU L, 2024/1273, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1273/oj).

(90)   https://rtfa.org.uk/2024/07/23/uk-renewable-fuels-industry-calls-for-inward-processing-policy-to-be-made-more-transparent/(likkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Novembru 2024).

(91)  Https://www.spglobal.com/commodityinsights/en/market-insights/latest-news/agriculture/040324-uk-to-instate-biofuel-import-duties-after-halting-exemptions (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Novembru 2024).

(92)  Il-profitt fil-mira ta’ 11 % ġie stabbilit fl-2013 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, 26.11.2013, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1194/oj). Dan il-profitt fil-mira tqies ukoll raġonevoli fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/244 tal-11 ta’ Frar 2019 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina (ĠU L 40, 12.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/244/oj).

(93)  Gass serra.

(94)  Għar-rwol tal-ħamrija fis-sekwestru tal-karbonju, ara b’mod partikolari https://4p1000.org/discover/?lang=en.

(95)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Rue de la Loi/Wetstraat 170, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.

(96)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).

(97)  Kif definit bħalissa fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2522 tat-23 ta’ Settembru 2024 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L, 2024/2522, 31.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2522/oj). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċijiet NM u TARIC korrispondenti meħuda flimkien.


ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI LI KKOOPERAW IMMA MHUX INKLUŻI FIL-KAMPJUN

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Anhui Tianyi Environmental Protection Tech. Co., Ltd.

89EG

Baoshun (Henan) New Carbon Material Co., Ltd.

89EH

Bemay (Hubei) New Energy Company Ltd.

89FU

Changzhou City Jintan District Weige Biological Technology Co., Ltd.

89EI

Chongqing CH Bio Energy Co., Ltd.

89EJ

Chongqing Yubang New Energy Technology Co., Ltd

89EK

Dezhou Rongguang Biotechnology Co., Ltd.

89EL

Guangxi Guiping Guangran Energy Technology Co. Ltd.

89EM

Guangzhou Hongtai New Energy Technology Co., Ltd.

89EN

Guangzhou Leo-king Environmental Technology Co., Ltd.

89EO

Hainan Huanyu New Energy Co., Ltd.

89EP

Hebei Hui De Renewable Resources Co., Ltd.

89EQ

Hebei Jingu Plasticizer Co., Ltd.

89ER

Hebei Jingu Recycling Resources Development Co. Ltd.

89ES

Hebei Longhai Bioenergy Co., Ltd.

89ET

Hebei Nanhong New Energy Technology Pte. Ltd.

89EU

HENAN JUNHENG INDUSTRIAL GROUP BIOTECHNOLOGY COMPANY., LTD.

89EV

Hubei Tianji Bioenergy Co., Ltd.

89EW

Huizhou City Huilong Oil Energy Co., Ltd.

89EX

Huizhou Excellent and Innovation Bioenergy Technology Co., Ltd.

89EY

Hunan Xinhui Bioenergy Co., Ltd.

89EZ

Jiangxi Zunchuang New Energy Co., Ltd.

89FA

Jiujiang Oasis Energy Technology Co., Ltd.

89FB

Kunming Decheng Renewable Resources Technology Co. Ltd.

89FC

Linyi Huibang New Energy Co., Limited

89FD

Long Chang City Yuanju Oil and Greas Co. Ltd.

89FE

Maoming Hongyu Energy Technology Co., Ltd.

89FF

Ningbo Jiesen Green Fuel Co., Ltd.

89FG

Shandong Baoshun Chemical Technology Co., Ltd.

89FH

Shandong Ding-Yu Biotech Energy Co., Ltd.

89FI

SHANDONG HUIDONG NEW ENERGY CO., LTD.

89FJ

Shandong Sanju Bioenergy Co., Ltd.

89FK

Shanghai Zhongqi Environment Technology Co., Ltd

89FL

Shenzhen Leoking Biotechnology Co., Ltd

89FM

Sichuan Huisheng New Technology Co Ltd.

89FN

Sichuan Lampan New Energy Technology Co., Ltd.

89FO

Tanghe Jinhai Biological Technology Co., Ltd.

89FP

Tangshan Jinlihai Biodiesel Co., Ltd.

89FQ

Wenzhou Zhongke New Energy Technology Co., Ltd.

89FR

YANGZHOU JIANYUAN BIOTECHNOLOGY CO., LTD.

89FS


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/261/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)