|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5679 |
19.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11683 – TURNER / DORNAN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5679)
1.
Fit-12 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Il-Korporazzjoni TURNER (“Turner”), l-Istati Uniti, ikkontrollata minn Actividades de Construcción y Servicios, (“ACS”), Spanja, |
|
— |
Dornan Engineering Holdings Limited (iktar’ il quddiem “Dornan”), l-Irlanda. |
Turener se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Dornan.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Turner u l-kumpanija omm aħħarija tagħha ACS jipprovdu servizzi ta’ kostruzzjoni globalment u lit-tipi kollha ta’ klijenti u industriji, |
|
— |
Dornan tipprovdi servizzi ta’ inġinerija mekkanika u elettrika, b’mod partikolari fl-oqsma taċ-ċentri tad-data u l-faċilitajiet tax-xjenza tal-ħajja. Hija attiva primarjament fl-Irlanda, fin-Netherlands u fid-Danimarka kif ukoll f’pajjiżi Ewropej oħra, fir-Renju Unit u fl-Iżvizzera. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11683 – TURNER / DORNAN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (the “Merger Regulation”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5679/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)