|
22.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta' Ġunju 2013
li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea li tipparteċipa, f’isem l-UE, fin-negozjati għal konvenzjoni internazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tar-riżultati tal-isport bl-eċċezzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija
(2013/304/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 56, 165, u 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
In-negozjati għandhom jinfetħu fir-rigward tal-preparazzjoni ta’ konvenzjoni internazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa biex tiġi miġġielda l-manipulazzjoni tar-riżultati tal-isport. |
|
(2) |
Il-proċess ta’ negozjazzjoni hu bbażat fuq id-Deċiżjoni CM/Del/Dec/1145/8.1 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa datata t-13 ta’ Ġunju 2012, b’segwitu għar-Riżoluzzjoni Nru 1 adottata mit-12-il Kunsill tal-Konferenza tal-Ewropa tal-Ministri responsabbli għall-Isport li tindika li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-abbozz ta’ strument u d-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom ikunu bbażati fuq ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2011)10, u l-istudju ta’ fattibbiltà MSL12 (2012) 4 rev3. |
|
(3) |
L-għan tal-proċess ta’ negozjar hu li jiġi ppreżentat lill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa abbozz ta’ konvenzjoni li, skont id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ministri, ser jiġi finalizzat bħala konvenzjoni u ppreżentata lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa għal opinjoni, jew irreferut lill-EPAS biex jiġi finalizzat bħala strument legali vinkolanti. |
|
(4) |
Ċerti dispożizzjonijiet tal-abbozz tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tar-riżultati tal-isport jikkonċernaw l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni bejn il-pulizija u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titlu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE. Deċiżjoni separata marbuta ma’ dawk id-dispożizzjonijiet ser tiġi adottata b’mod parallel għal din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Peress li n-negozjati ser ikopru materji li parzjalment jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni u parzjalment taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, l-Unjoni għandha tipparteċipa f’dawn in-negozjati flimkien mal-Istati Membri tagħha. Għalhekk l-Istati Membri jistgħu jattendu n-negozjati u jinnegozjaw dwar materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom. |
|
(6) |
Fil-każ li l-UE tiddeċiedi li taderixxi mal-Konvenzjoni futura, in-natura legali tal-Konvenzjoni u d-distribuzzjoni tas-setgħat bejn l-Istati Membri u l-Unjoni ser jiġu determinati separatament fi tmiem in-negozjati abbażi ta’ analiżi tal-kamp ta’ applikazzjoni preċiż tal-kopertura tad-dispożizzjonijiet individwali. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummssjoni hi hawn awtorizzata li tinnegozja, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni konvenzjoni internazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tar-riżultati tal-isport bl-eċċezzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija, kif jidher fid-Direttivi ta’ negozjati annessi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-direttivi ta’ negozjati jidhru fl-Anness.
Artikolu 3
F’konformità mal-Artikolu 1, in-negozjati għandhom isiru f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Isport, b’rinforz minn esperti minn Gruppi ta’ Ħidma oħra tal-Kunsill kif adatt.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Lussemburgu, l-10 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. VARADKAR
ANNESS
Direttivi ta’ negozjati dwar konvenzjoni internazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tar-riżultati tal-isport bl-eċċezzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija
Il-konvenzjoni futura ser timmira li tistabbilixxi qafas legali internazzjonali għall-prevenzjoni tal-manipulazzjoni tar-riżultati tal-isport u l-ġlieda kontriha, b’mod partikolari l-logħob miftiehem. l-objettiv tal-konvenzjoni għandu jkun li tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali f’dan il-kuntest u li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ monitoraġġ biex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-konvenzjoni jiġu segwiti b’mod effettiv.
Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni futura jistgħu jikkonċernaw l-oqsma ta’ kompetenzi tal-Unjoni li ġejjin:
|
1. |
Il-promozzjoni tal-korrettezza u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi u kooperazzjoni bejn il-korpi responsabbli għall-isport, u billi jkunu protetti l-integrità fiżika u morali tal-isportiv u l-isportiva. |
|
2. |
Libertajiet fis-Suq Intern (libertà li tipprovdi servizz u l-libertà tal-istabbiliment) sa fejn huma relatati mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-logħob miftiehem u l-imħatri fuq il-logħob fl-abbozz tal-Konvenzjoni. |
|
3. |
Protezzjoni tad-data fir-rigward tal-oqsma msemmija hawn fuq. |
Fir-rigward ta’ dawn l-oqsma, l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni, ser tipparteċipa fin-negozjati bl-objettivi li ġejjin, b’kont meħud tal-iżviluppi l-aktar reċenti tal-acquis, filwaqt li tirrispetta d-diviżjoni tal-kompetenzi:
|
1. |
Biex tieħu kont tal-politika tal-UE fil-qasam tal-promozzjoni tal-korrettezza u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi u l-kooperazzjoni bejn il-korpi responsabbli għall-isport, u l-protezzjoni tal-integrità fiżika u morali tal-isport u tal-isportivi permezz tal-protezzjoni tal-integrità tal-isport kontra l-manipulazzjoni tar-riżultati tal-isport, b’mod partikolari:
Il-kompetenza tal-UE fil-qasam tal-isport hija kompetenza ta’ appoġġ li, f’konformità mal-Artikolu 165(4), l-ewwel inċiż, TFUE, teskludi kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti tal-Istati Membri. |
|
2. |
Biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni futura:
Il-politika tal-UE kif definita fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-qafas għal-logħob tal-azzard u l-imħatri fl-Istati Membri tal-UE tal-10 ta’ Diċembru 2010 għandu jittieħed kont tagħha matul in-negozjati. |
|
3. |
Biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni futura mhumiex kompatibbli mar-regoli adottati mill-Unjoni fil-qasam tal-Protezzjoni tad-Data, bħala qasam ta’ kompetenza kondiviża, b’mod partikolari:
|
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta qabel u tirrapporta wara kull sessjoni ta’ negozjar u/jew ta’ abbozzar fil-Kunsill tal-Ewropa lill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 3.
Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, b’rispett reċiproku totali, jassistu lil xulxin fil-kuntest tan-negozjati dwar din il-konvenzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-konvenzjoni futura tippermetti għall-applikazzjoni ta’ standards ogħla stipulati fl-istrumenti tal-UE fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri tal-UE.
(2) ĠU C 378, 23.12.2011, p. 1.