|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
271 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Frar 2005
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja, min-naħa l-oħra, sabiex jitteħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea
(2005/252/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari il-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat ta’ Adeżjoni 2003, u b’mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni 2003, u b’mod partikulari l-Artikolu 6 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja, min-naħa l-oħra (2), sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea kien iffirmat f’isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fit-30 ta’ April 2004. |
|
(2) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, il-Komunità ta’ l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.
It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti tali notifika f’isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.
Magħmul fi Brussel, nhar il-21 ta’ Frar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
Għall-Kummissjoni
J. M. BARROSO
Il-President
(1) Opinjoni mogħtija fis-26 ta’ Ottubru 2004 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).