|
5.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/22 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Ka M.10321 — DSV/Agility)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 262/10)
1.
Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
DSV Panalpina A/S (“DSV”, id-Danimarka), |
|
— |
Agility Logistics International B.V. (in-Netherlands) u Agility International GIL Holdings I Limited (Emirati Għarab Magħquda) (flimkien imsejħa “GIL”), li jappartjenu għall-Agility Public Warehousing Company K.S.C.P (“Agility”, il-Kuwajt). |
DSV takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ GIL kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
DSV: tipprovdi u tiġġestixxi soluzzjonijiet tal-katina tal-provvista, inklużi servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija u ta’ loġistika b’kuntratti. Il-portafoll tas-servizzi ta’ DSV huwa organizzat fi tliet linji negozju: i) Bl-ajru u bil-Baħar, ii) Bit-triq u iii) Soluzzjonijiet (servizzi loġistiċi inkluż magazzinaġġ). DSV hija attiva fl-Ewropa, l-Amerki, l-Asja u l-Paċifiku, il-Lvant Nofsani u l-Afrika, |
|
— |
GIL: joffru portafoll ta’ servizzi loġistiċi inklużi servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija bl-ajru, bil-baħar u bit-triq, loġistika b’kuntratti, b’enfasi fuq swieq emerġenti. Gil hija attiva fl-APAC, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika, fl-Ewropa u fl-Amerki. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10321 — DSV/Agility
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).