1.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9810 — Natixis Investment Managers/La Banque Postale/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 289/04)

1.   

Fis-26 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Natixis Investment Managers (“NIM”, Franza), finalment ikkontrollata mill-Banque Populaire Caisse d’Epargne (“BPCE”, Franza) u

—

La Banque Postale (“LBP”, Franza), finalment ikkontrollata mill-Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza).

Natixis Investment Managers u La Banque Postale jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab ġdida li tikkonsisti mill-kombinazzjoni ta’ parti kbira mill-attivitajiet tal-ġestjoni tal-assi ta’ (i) Ostrum AM (Franza) u (ii) LBPAM (Franza).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BPCE: servizzi bankarji għall-konsumatur u servizzi finanzjarji, servizzi bankarji ta’ investiment u ġestjoni ta’ assi u ta’ assikurazzjoni.

—

NIM: ġestjoni ta’ assi u amministrazzjoni ta’ fondi.

—

Ostrum AM: ġestjoni tal-assi.

—

CDC: CDC hija istituzzjoni finanzjarja pubblika Franċiża b’sussidjarji attivi f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi s-servizzi finanzjarji u l-assikurazzjoni.

—

LBP: servizzi bankarji għall-konsumatur u kummerċjali, ġestjoni tal-assi, u servizzi tal-assikurazzjoni (tal-ħajja u mhux tal-ħajja).

—

LBPAM: ġestjoni tal-assi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9810 — Natixis Investment Managers/La Banque Postale/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).