Official Journal L 346 , 17/12/1973 P. 0001 - 0006
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0206
Greek special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0019
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0206
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0019
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 5 P. 0019
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1973 fuq proċeduri ta' konsultazzjoni u informazzjoni f'materji ta' assigurazzjoni ta' kreditu, garanziji ta' kreditu u krediti finanzjarji (73/391/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi, b'Deċiżjoni tas-27 ta' Settembru 1960 [1], il-Kunsill stabbilixxa Grupp ta' Kordinazzjoni tal-Politika għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu, il-Garanziji tal-Kreditu u Krediti Finanzjarji; Billi, b'Deċiżjoni tas-26 ta' Jannar 1965 [2], il-Kunsill waqqaf proċedura ta' konsultazzjoni f'materji ta' assigurazzjoni ta' kreditu, garanziji ta' kreditu u krediti finanzjarji; Billi huwa konsiljabbli li, fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' din il-proċedura ta' konsultazzjoni, isiru ċerti emendi għaliha, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Id-disposizzjonijiet ta' l-Anness għandhom jgħoddu mill-1 ta' Jannar 1974. Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jinbiddlu ma' dawk adottati qabel mill-Kunsill fir-rigward tal-proċedura għal konsultazzjoni f'materji ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu, garanziji tal-kreditu u krediti finanzjarji. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Diċembru 1973. F'isem il-Kunsill Il-President I. Nørgaard [1] ĠU C 66, tas-27.10.1960, pġ. 1339/60. [2] ĠU C 19, tal-5.2.1965, pġ. 255/65. -------------------------------------------------- ANNESS KONSULTAZZJONI U PROĊEDURI TA' INFORMAZZJONI F'MATERJI TA' ASSIGURAZZJONI TA' KREDITU, GARANZIJI TA' KREDITU U KREDITI FINANZJARJI TITOLU I PROĊEDURA ĠENERALI Taqsima I Skop Artikolu 1 Għandha ssir konsultazzjoni skond il-proċedura preskritta fit-Taqsima II meta jkun propost – mill-Istat, kull organizzazzjoni ta' l-Istat jew kull korp ieħor għall-assigurazzjoni tal-kreditu jew tal-finanzi – biex jingħataw jew ikunu garantiti, għal kollox jew parzjalment, krediti ta' esportazzjoni, sħaħ jew parzjali: - marbuta ma' l-esportazzjonijiet tal-merkanzija jew servizzi - li ma jkunux skond in-normi elenkati fl-Anness I jew minn kull norma oħra adottata mill-Istati Membri. Artikolu 2 Il-proċedura ta' konsultazzjoni għandha tgħodd: - jekk tikkonċerna krediti tal-fornitur jew krediti finanzjarji - jekk dawn il-krediti jiffurmaw is-suġġett ta' kuntratti individwali jew arranġamenti ta' kreditu globali kif deskritt fl-Artikolu 3 - kemm jekk il-krediti huma purament privati jew huma patroċinati għal kollox jew parzjalment, minn fondi pubbliċi. Krediti misti li jikkombinaw fondi pubbliċi u privati u arranġamenti ta' kreditu privat globali flimkien ma' sussidji ta' l-imgħax ta' fond pubbliku għandhom għall-finijiet ta' din il-proċedura jkun ikkunsidrati bħala krediti pubbliċi. Artikolu 3 1. "Arranġament ta' kreditu globali" għandu jfisser kull ftehim jew stqarrija, f'kull forma li jkun, fejn l-intenzjoni li jkunu garantiti l-krediti tal-fornitur jew finanzjarji jew biex jinfetħu krediti finanzjarji, sa limitu speċifikat u aċċertabbli, u fir-rigward ta' serje konnessa ta' negozji, tkun mgħarrfa f'pajjiż terz jew lill-esportaturi jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-proċedura ta' konsultazzjoni għandha tkun applikabbli għal dawn l-arranġamenti globali ukoll meta n-natura tat-transazzjonijiet ma kinetx speċifikata u l-ebda impenn formali ma jkun sar, mingħajr preġudizzju għad-dritt li jkun hemm deċiżjoni fuq kull kuntratt partikolari. 2. Jekk, matul konsultazzjoni fuq l-għoti ta' arranġament globali- kemm jekk pubbliku jew privat fin-natura – Stat Membru jew il-Kummissjoni għandhom jitolbu konsultazzjoni orali u jekk matul din il-konsultazzjoni orali ħames Stati Membri jitolbu li xi wħud mill-kuntratti individwali jew kollha jitħallsu minn dan l-arranġament globali jikkostitwixxu s-soġġett ta' konsultazzjonijiet minn qabel, il-konsultazzjonijiet għandhom ikunu applikabbli għal dawn il-kuntratti. 3. Kull Stat Membru li jkun ta arranġament globali għandu, wara data sussegwenti għal dak, u kull sitt xhur wara, jagħti notifika ta' l-użu li sar ta' l-arranġament. Taqsima II Proċedura Artikolu 4 Fil-każ ta' kuntratt individwali, l-Istat Membru li jibda l-konsultazzjonijiet għandu jforni l-informazzjoni li ġejja: (a) pajjiż tad-destinazzjoni; (b) fejn sar in-negozju jew, fin-nuqqas ta' dak, l-indirizz ta' l-uffiċċju ewlieni tal-parti kontraenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni; (ċ) karatteristiċi tan-negozju: - natura tan-negozju: tip ta' materjal u numru approssimattiv ta' oġġetti li ser ikunu forniti, - klassifikazzjoni tal-valur skond l-iskala mogħtija fl-Anness 2, - jekk ix-xerrejja jew kull garanti huma pubbliċi jew privati, - jekk in-negozju jitqiegħed għall-offerti internazzjonali, id-data ta' l-għeluq biex jitbagħtu l-offerti; (d) il-kondizzjonijiet ta' kreditu prinċipali mitlub mir-riċevent propost; (e) il-kondizzjonijiet ta' kreditu li jipproponu li joffru l-awtoritajiet tal-pajjiż li jesporta: - perċentwal pagabbli fuq kreditu, - tul taż-żmien tal-kreditu u meta jibda (eż kull konsenja, l-aħħar konsenja, kummissjonar), - rata ta' ħlas lura, - Meta l-ħlas lura ma jsirx b'rati indaqs f'intervalli regolari bejn il-punt tal-bidu u l-waqfien tal-kreditu, dettalji eżatti kif dan għandu jsir (perċentwal ta' kull rata u d-data eżatta tal-ħlas), - ammont ta' sussidju ta' l-imgħax effettiv, fejn dan ikun differenti minn dak riċevibbli skond is-sistema normali; rata ta' l-imgħax jekk il-kreditu għandu jingħata minn fondi pubbliċi, - spejjeż ta' assigurazzjoni tal-kreditu, meta dawn huma differenti minn dawk pagabbli skond is-sistema normali, - skop u kondizzjonijiet ta' kull sostenn għan-nefqa lokali; (f) raġunijiet preċiżi kwotati biex ma jkunux applikati, jew biex ikun hemm differenza minn, in-normi pprovduti fl-Artikolu 1. Meta jeżistu, iċ-ċirkostanzi li ġejjin għandhom ikunu speċifikati: kreditu ta' l-għajnuna; kompetizzjoni minn pajjiż terz (bl-indikazzjoni jekk appoġġat jew le); in-negozju għandu jkun imħallas lill-arranġament globali li kien is-suġġett ta' konsultazzjoni minn qabel. Artikolu 5 Fil-każ ta' arranġamenti globali tal-kreditu, l-Istati Membri li jibdew il-konsultazzjoni għandhom ifornu l-informazzjoni li ġejja: (a) pajjiż ta' destinazzjoni; (b) limitu ta' l-arranġament tal-kreditu globali; (ċ) skop tal-kreditu: - jekk magħruf, il-post fejn għandu jsir in-negozju, - tip tal-materjal, li l-fornitura tiegħu, hija kontemplata - jekk min jissellef jew xi garanti humiex pubbliċi jew privati; (d) kondizzjonijiet tal-kreditu skond l-Artikolu 4(e) u l-ħtiġiet ta' l-eliġibbiltà għall-kuntratti individwali (eż. termini biex isir il-ħlas mill-arranġament ta' kreditu globali, prezzijiet minimi tal-kuntratt li għandhom ikunu stabbiliti, jekk hemm); (e) ir-raġuniet preċiżi kwotati biex ma jkunux applikati jew biex ikun hemm differenza minn, normi provduti fl-Artikolu 1. Fejn jeżistu, iċ-ċirkostanzi li ġejjin għandhom ikunu speċifikati: kreditu dwar l-għajnuna minn pajjiż terz (b'indikazzjoni jekk appoġġati jew le. Artikolu 6 L-enumerazzjoni li ġejja għandha tkun osservata meta tkun qed tkun trasmessa l-informazzjoni: - kuntratti individwali: ittra li tikkorrispondi ma' l-Istat Membru konsultat segwita b'numru serjali għal kull sena, meta kuntratt huwa addebitat lill-arranġament globali, l-ennumerazzjoni ta' dan l-arranġament globali għandha tkun idikata wkoll; - arranġamenti ta' kreditu globali privat: ittra "X" segwita bl-ittra li tikkorrispondi ma' l-Istat Membru li qed jikkonsulta u numru f'serje għal kull sena; - krediti pubbliċi jew imħallta: l-ittra "A" segwita bl-ittra li tikkorrispondi ma' l-Istat Membru li qed jikkonsulta u numru f'serje għal kull sena. Artikolu 7 Biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkordinaw l-attitudinijiet tagħhom fiż-żmien tajjeb u xieraq, l-informazzjoni preskritta skond l-Artikoli 4 u 5 għandha tintbagħat kemm jista' jkun malajr wara l-bidu ta' l-istudju jew tal-garanziji u l-krediti proposti propja, jew ta' kull deċiżjoni oħra li, skond il-kondizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali jew prattiċi amministrattivi nazzjonali, jikkostitwixxu prerekwiżit għall-eżami sussegwenti ta' dawn il-garanziji jew krediti. Artikolu 8 Meta hemm tibdil fil-fatturi li jiġġustifikaw tluq min-normi jew jekk ikunu proposti kondizzjonijiet ġodda bażiċi tal-kreditu li huma differenti minn dawk speċifikati fil-bidu mill-Istat Membru li jikkonsulta, għandhom isiru konsultazzjonijiet mill-ġdid taħt riferenza riveduta. Jekk, iżda, il-kondizzjonijiet ġodda proposti huma aktar restrittivi, dak l-Istat Membru għandu jkun impenjat biss għall-informazzjoni diretta skond ir-riferenza inizjali. Artikolu 9 L-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 4 u 5, ir-risposti speċifikati fl-Artikolu 10 u n-notifika msemmija fl-Artikolu 15 għandhom ikunu trasmessi bit-telex lir-riċeventi maħtura minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni u s-Segretarjat tal-Kunsill rispettivament. Kull korrispondenza li għandha x'taqsam ma' konsultazzjoni għandha jkollha n-numru tagħha u indikazzjoni tal-pajjiż ta' destinazzjoni. Artikolu 10 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu: - jindikaw li l-kondizzjonijiet proposti mill-Istati Membri m'għandhomx għalfejn ikollhom xi kumment; - jitolbu l-Istati Membri li qed jikkonsultaw biex jipprovdu dettalji addizzjonali; - jagħmlu kummenti u riservi jew jesprimu opinjoni sfavorevoli; hija biss opinjoni espressa bħala "opinjoni sfavorevoli" li għandha titqies bħala tali; - jitolbu laqgħa konsultattiva. 2. Meta negozji soġġetti għall-konsultazzjoni jirċievu opinjoni sfavorevoli minn ħames Stati Membri, il-laqgħat konsultattivi għandhom iseħħu awtomatikament. 3. Ħlief fejn japplika l-Artikolu 13, l-Istat Membru li jikkonsulta għandu jissospendi d-deċiżjoni tiegħu sakemm jiskadu l-perjodi preskritti fl-Artikolu 11, jew, meta laqgħa konsultattiva għandha sseħħ awtomatikament skond il-paragrafu 2, sakemm issir din il-laqgħa. Artikolu 11 Il-proċedura preskritta fl-Artikolu 10(1) għandha tibda f'perjodu ta' 7 ijiem kalendarji mid-data tal-komunikazzjoni introduttorja mill-Istat Membru li qed jikkonsulta. Meta talbiet għal dettalji addizzjonali huma indirizzati lill-Istati Membri, meta mhux aktar tard mill-iskadenza tat-terminu ta' sebat ijiem kalendarji, dan ta' l-aħħar għandu jwieġeb mhux aktar tard minn 5 ijiem kalendarji. Il-parteċipanti fil-proċedura fuq imsemmija għandhom jitħallew perjodu massimu ta' tlett ijiem utli wara l-irċevuta ta' dawn id-dettalji addizzjonali biex jesprimu l-opinjoni tagħhom. Artikolu 12 In-nuqqas min-naħa ta' l-Istati Membri konsultati jew tal-Kummissjoni li jirrispondu fil-perjodi preskritti fl-Artikolu 11 għandu jitqies nuqqas ta' kummenti kif definit fl-Artikolu 10(1)(1). Hekk kif Stat Membru li jitlob dettalji addizzjonali jkun innotifika r-riċeventi msemmija fl-Artikolu 9 tan-nuqqas li tkun irċevuta risposta fid-data ta' l-iskadenza tal-perjodu preskritt fl-Artikolu 11(2) għandha ssir laqgħa konsultattiva awtomatikament u l-Artikolu 10(3) għandu jgħoddu. Artikolu 13 Bħala miżura eċċezzjonali, l-Istat Membru li qed jikkonsulta jista' jieħu deċiżjoni immedjata fuq in-negozju propost jekk jikkonsidra li dik id-deċiżjoni ma tistax iddum iżjed. Madankollu, ħlief fil-każ ta' krediti pubbliċi, din id-disposizzjoni ma tgħoddx: - fil-każ ta' deċiżjoni biex tagħti jew tiggarantixxi l-kreditu li jkun ibbażat biss fuq kompetizzjoni intra-Komunitarja. Iżda, il-possibbiltà li tittieħed deċiżjoni minnufih fuq negozji għandha tkun permessa bil-kondizzjonijiet li Stat Membru ieħor ikun iddeċieda diġà li jappoġġa; - safejn kull proċedura preskritta f'kuntest internazzjonali u li l-Istati Membri kollha huma partijiet tħalli lill-parteċipanti kollha, biss l-alternattiva waħdanija, fil-każ ta' urġenza, tat-tnaqqis tal-perjodi normali għar-risposta. Artikolu 14 Għandhom jinżammu laqgħat konsultattivi fl-okkażjoni ta' kull laqgħa tal-Grupp tal-Kordinazzjoni tal-Politika għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu, Garanziji ta' Kreditu u Krediti Finanzjarji stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 1960, jew tas-subgruppi tiegħu. Barra dan, jekk xi Stat Membru jitlob hekk, għandhom jitlaqqgħu laqgħat speċjali bejn il-laqgħat tal-Grupp jew tas-subgrupp tiegħu. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lir-riċeventi msemmija fl-Artikolu 9, jekk possibbli erbat ijiem qabel il-laqgħat konsultattivi, listi tal-kwistjonijiet li fi ħsiebhom jissottomettu għad-diskussjoni. Għandu jkun hemm laqgħat konsultattivi fis-sede tas-Segretarjat tal-Kunsill. Artikolu 15 Fil-każijiet kollha d-deċiżjoni finali meħuda dwar kull negozju għandha tkun mgħarrfa lill-Istati Membri oħra. In-notifika ta' din id-Deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn stqarrija tar-raġunijiet għaliex l-Istat Membru ma setax iqis il-kummenti, ir-riservi jew il-fehmiet sfavorevoli espressi mill-imsieħba ikkonsultati. TITOLU II PROĊEDURI SPEĊJALI Artikolu 16 Kull Stat Membru jista' jsaqsi kull Stat Membru ieħor jekk jafx b'negozju li sadakinhar ma kienx is-suġġett ta' konsultazzjoni u, partikolarment tat-termini ta' kreditu allegat minn esportatur jew istituzzjoni finanzjarja. Jekk l-ebda risposta għad-dettalji ma tiġi fi żmien sebat ijiem, l-Istat Membru inkwirenti għandu jkun intitolat jikkonsidra li l-Istat Membru kkonsultat ikun jaf b'din il-materja u li t-termini tal-kreditu allegat jitqiesu li kienu stabbiliti. Skond il-proċedura preskritta skond it-Titolu I, l-Istat Membru inkwirenti għandu jkollu d-dritt li jagħmel konsultazzjoni waqt li jindika espressament li huwa motivat minn sitwazzjoni kompetittiva li titqies li kienet stabbilita. Jekk il-konsultazzjoni kienet diġà mibdija minn Stat Membru u Stat Membru ieħor li jissejjaħ biex jappoġġa l-istess kwistjonijiet tan-negozju l-Istat l-ewwel msemmi rigward il-pożizzjoni finali tiegħu, in-nuqqas li jkun hemm risposta għal dawn il-mistoqsijiet mat-tmiem ta' perjodu ta' ħamest ijiem tax-xogħol għandu jawtorizzaw l-Istat Membru inkwirenti li jikkonsidra li l-Istat Membru hekk mistoqsi jkun appoġġa l-kwistjoni fuq it-termini indikati matul il-konsultazzjoni. Artikolu 17 Krediti mhux marbuta li ma jħarsux in-normi preskritti fl-Anness I jew minn kull norma oħra adottata mill-Istati Membri għandhom, fil-qafas tal-Grupp tal-Politika Kordinata għall-Kreditu ta' l-Assigurazzjoni, Garanziji ta' Kreditu u Krediti Finanzjarji, ifissru notifika: - tal-komponenti bażiċi tal-krediti mogħtija matul it-tliet xhur ta' qabel; - ta' l-użu magħmul ta' krediti mhux marbuta fl-għeluq tas-sena preċedenti: Artikolu 18 Meta Stat Membru jikkonkludi ma' pajjiż terz ftehim li jirriferi għall-għoti possibbli ta' krediti mingħajr ma jkunu speċifikati t-termini preċiżi tagħhom: - fil-każ ta' krediti marbuta, għandu mal-konklużjoni tal-ftehim jikkomunika l-karatterisitiċi ewlenin tiegħu lir-riċeventi msemmija fl-Artikolu 9; - fil-każ ta' krediti mhux marbuta, in-notifikazzjonijiet provduti fl-Artikolu 17 għandhom japplikaw ugwalment għal dawn il-krediti. Fir-rigward ta' l-għotjiet ta' krediti mhux marbuta, dawn għandhom ikunu ukoll soġġetti għan-notifika kif ipprovdut fl-Artikolu 17. TITOLU III RAPPORTI PERJODIĊI Artikolu 19 Il-Grupp tal-Politika Kordinata għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu, Garanziji tal-Kreditu u Krediti Finanzjarji għandu jissottometti rapporti kull sitt xhur ma' l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fit-Titoli I u II. Minkejja dawn ir-rapport perjodiċi, għandhom jitħejjew rapporti supplimentari ukoll, jekk in-natura u l-importanza u l-importanza tad-diffikultajiet li jinstabu fl-applikazzjoni tal-proċedura rilevanti hekk jeħtieġu. -------------------------------------------------- ANNESS 1 NORMI KOMUNITARJI LI MA JISTGĦUX MA JITĦARSUX MINGĦAJR KONSULTAZZJONI A. Kemm idumu l-krediti Kull kreditu mogħti, kemm jekk kreditu tal-fornitur jew kreditu finanzjarju, m’għandux jaqbeż ħames snin ikkalkolati mill-punti tat-tluq li ġejjin: 1. Merkanzija kapitali li tikkonsisti minn elementi individwali li jintużaw minnhom infushom: (per eżempju, lokomottivi): id-data medja, id-dati attwali, meta x-xerrej għandu jieħu pussess fiżiku tal-merkanzija f’pajjiżu stess; 2. Merkanzija kapitali għall-impjanti jew fabbriki sħaħ: id-data meta l-bejjiegħ għandu jieħu pussess fiżiku tal-merkanzija kollha (eskluż l-ispare parts) forniti taħt il-kuntratt; 3. Kuntratti ta’ kostruzzjoni jew stallazzjoni: l-aktar kmieni milli ġejjin: - jew id-data meta l-bejjiegħ kellu jibni jew ilesti l-istallazzjoni ta’ l-impjant; jew - tnax-il xahar wara d-data meta l-merkanzija kollha (bl-eskużjoni ta’ l-ispare parts) li għandha tkun fornita skond il-kuntratt tkun ikkonsenjata fil-post. B. Perċentwal ta’ l-ispiża lokali Fil-każ ta’ krediti privati garantiti, il-bilanċ tal-porzjon lokali pagabbli bil-kreditu m’għandux jaqbeż 5 % tal-prezz tal-kuntratt: - iżda, m‘għandhiex issir il-konsultazzjoni fil-każ ta’ kuntratti li jipprovdu li jsir il-ħlas tal-porzjon lokali, mhux aktar tard, meta jintemm perjodu ta’ tliet xhur ikkalkolati mit-tlestija kompleta tax-xogħlijiet jew konsenji; - għall-interpretazzjoni xierqa ta’ din ir-regola: - "bilanċ pagabbli bil-kreditu" ifisser il-bilanċ li fadal wara li jkunu addebitati kontra l-porzjon lokali l-pagamenti kollha magħmula akkont fir-rigward tal-kuntatt; - "porzjon lokali" għandu jfisser dak il-porzjon tal-prezz tal-kuntratt li jirrappreżenta l-ispiża li l-esportatur jistenna li jħallas fil-post bħala pagamenti lill-impjegati u oħrajn u pagamenti għall-merkanzija u l-materjali; - "kuntratt" għandu jfisser kull tip ta’ kuntratt għall-fornitura ta’ merkanzija u materjali; biex isir ix-xogħol; kuntratti mħallta (jiġifieri provista u fornitura); - "pagamenti akkont" għandu jfisser is-somom kollha pagabbli bejn meta ssir l-ordni u t-tlestija finali tax-xogħlijiet jew il-konsenji. C. Kuntratt ta’ kiri Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tar-regoli, li huma s-soġġett tad-Deċiżjoni preżenti, il-kuntratti ta’ kiri għandhom ikunu kkunsidrati bħala krediti. Meta t-tul taż-żmen tagħhom mhux espressament ristrett, dan iż-żmien għandu jitqies li huwa iżjed minn ħames snin. -------------------------------------------------- ANNESS 2 SKALA TA' VALURI LI GĦANDHOM JINTUŻAW Kategorija I: | sa | 750000 | u.k. | | | Kategorija II: | minn | 600000 | sa | 1500000 | u.k. | Kategorija III: | minn | 1250000 | sa | 3000000 | u.k. | Kategorija IV: | minn | 2500000 | sa | 5000000 | u.k. | Kategorija V: | minn | 4500000 | sa | 10000000 | u.k. | Kategorija VI: | minn | 8000000 | sa | 22000000 | u.k. | Kategorija VII: | minn | 20000000 | sa | 44000000 | u.k. | Kategorija VIII: | il fuq minn | 40000000 | u.k. | | --------------------------------------------------