<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑515/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0515</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:211">EU:C:2014:211</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140403">3.4.2014</DATE> — KAWŻA C‑515/12</P><P>4FINANCE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 2005/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Prattiki kummerċjali żleali</KEYWORD><KEYWORD>Skemi promozzjonali piramidali</KEYWORD><KEYWORD>Rilevanza tal-kontribuzzjoni eventwali tal-konsumaturi mħallsa sabiex jirċievu kumpens</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kontribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑515/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), permezz tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20121029">29 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20121114">14 ta’ Novembru 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>4finance<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> UAB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J. L. da Cruz Vilaça, G. Arestis, J.‑C. Bonichot (Relatur) u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>4finance<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> UAB, minn G. Velička, direttur ġenerali,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn R. Janeckaitė, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u S. Šindelková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u M. Szpunar, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Steiblytė u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="22" NO.OJ="149" DATE.PUB="2005">ĠU L 149, p. 22</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>4finance<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> UAB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>4finance<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) u, min-naħa l-oħra, il-Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba (Uffiċċju Nazzjonali ta’ Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Konsumaturi) u l-Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos Finansų ministerijos (Ispettorat nazzjonali tat-taxxa fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi) dwar multa li ġiet imposta fuq din il-kumpannija talli kisret il-liġi Litwana li tipprojbixxi l-prattiki kummerċjali żleali fir-rigward tal-konsumaturi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 8, 9, 11 u 17 tad-Direttiva 2005/29 jipprovdu:</TXT><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(8)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tipproteġi direttament l-interessi leġittimi tal-konsumatur minn prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet individwali miġjuba minn dawk li sofrew ħsara minn prattika kummerċjali żleali. […] Is-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli, minħabba l-komplessità tagħhom u r-riskji serji inerenti, jeħtieġu rekwiżiti dettaljati, inklużi l-obbligi pożittivi tal-kummerċjanti. Għal din ir-raġuni, fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u tal-proprjetà immobbli, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tagħha sabiex jipproteġu l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. […]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Il-livell għoli ta’ konverġenza milħuq mill-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali permezz ta’ din id-Direttiva joħloq livell komuni għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur. Din id-Direttiva tistabbilixxi projbizzjoni ġenerali waħda għal dawk il-prattiċi kummerċjali żleali li joħolqu distorsjoni fl-imġieba ekonomika tal-konsumaturi. Tistabbilixxi wkoll regoli dwar prattiċi kummerċjali aggressivi, li mhumiex attwalment regolati fil-livell Komunitarju.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Hu kunsiljabbli li dawk il-prattiċi kummerċjali li huma f’kull ċirkustanza żleali għandhom jiġu identifikati sabiex tiġi provduta ċertezza legali akbar. L-Anness I għalhekk fih lista sħiħa ta’ dawn il-prattiċi kollha. Dawn huma biss il-prattiċi kummerċjali li jistgħu jiġu meqjusa żleali, mingħajr l-eżami ta’ kull każ għalih fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 sa 9. Il-lista tista’ tiġi modifikata biss b’reviżjoni tad-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></CONSID></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/35 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(d) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>prattiċi kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>) tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ xi prodott.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29 huwa redatt b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali,</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’mod partikolari, ikunu żleali dawk il-prattiċi kummerċjali li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jqarrqu kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 7,</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jkunu aggressivi kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 9.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-Anness I hemm lista ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. L-istess lista waħdanija għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista tiġi modifikata biss permezz ta’ revizjoni tad-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Anness I tad-Direttiva 2005/29, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Prattiċi Kummerċjali li f’kull ċirkostanza huma kkunsidrati żleali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jistabbilixxi fil-Punt 14 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fejn il-kummerċjant jistabbilixxi, jopera jew jippromwovi skema promozzjonali piramidali fejn konsumatur iħallas [kontribuzzjoni] [inkambju] għall-opportunità li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħrajn fl-iskema minflok mill-bejgħ jew konsum ta’ prodotti.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Litwan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(22) tal-Liġi dwar il-prattiki kummerċjali żleali, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Prattika kummerċjali titqies qarrieqa jekk hija tieħu l-forma ta’ ħolqien ta’ skema piramidali ta’ distribuzzjoni ta’ oġġetti li toffri lill-konsumaturi l-opportunità li jirċievu kumpens essenzjalment talli jkunu introduċew konsumaturi oħra fl-iskema pjuttost milli għall-bejgħ jew għall-konsum ta’ prodotti, kif ukoll jekk hija tieħu l-forma ta’ użu jew ta’ promozzjoni ta’ din l-iskema.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, 4finance, hija kumpannija li tagħti, b’korrispondenza, krediti ta’ ammont żgħir f’terminu qasir. Hija ġiet ikkundannata b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE> mill-Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba għall-ħlas ta’ multa ta’ ammont ta’ LTL 8 000 talli kisret l-Artikolu 7(22) tal-Liġi dwar il-prattiki kummerċjali żleali. Minn din id-deċiżjoni jirriżulta li 4finance organizzat, bejn is-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE> u l-<DATE ISO="20110215">15 ta’ Frar 2011</DATE>, kampanja pubbliċitarja li permezz tagħha hija implementat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>skema piramidali ta’ distribuzzjoni ta’ oġġetti li toffri lill-konsumaturi l-opportunità li jirċievu kumpens essenzjalment talli jkunu introduċew konsumaturi oħra fl-iskema pjuttost milli għall-bejgħ jew għall-konsum ta’ prodotti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-imsemmija deċiżjoni ġiet ikkonfermata b’sentenza tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas (Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Vilnius), u wara 4finance ppreżentat appell minn din is-sentenza quddiem il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatti li bihom 4finance hija akkużata, il-qorti tar-rinviju tesponi li din il-kumpannija kienet toffri lil kull klijent ġdid bonus ta’ LTL 20 għar-reġistrazzjoni ta’ kull klijent ieħor irreklutat minnu. Sabiex isir klijent ta’ 4finance, il-klijent il-ġdid kellu, matul ir-reġistrazzjoni fis-sit internet ta’ din tal-aħħar, iħallas l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni li jammontaw għal LTL 0.01.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, dwar l-interpretazzjoni tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 kif ukoll dwar il-konformità ta’ din id-dispożizzjoni mal-Artikolu 7(22) tal-Liġi dwar il-prattiki kummerċjali żleali. F’dan ir-rigward, hija tirrileva li din id-dispożizzjoni tad-dritt Litwan, għalkemm hija fi kwalunkwe każ leali għall-verżjoni lingwistika Ġermaniża u għall-verżjoni lingwistika Litwana ta’ din id-direttiva, ma tikkorrispondix mal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, bħal pereżempju l-verżjonijiet fil-lingwi Spanjola, Franċiża u Pollakka. Fil-fatt, dawn l-aħħar verżjonijiet jinkludu, fl-imsemmi Punt 14, il-kliem li jipprovdu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>konsumatur iħallas<?PAGE NO="5"?> kontribuzzjoni inkambju għall-opportunità li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Issa, il-verżjoni lingwistika Ġermaniża u l-verżjoni lingwistika Litwana tal-istess dispożizzjoni ma jipprovdux dan il-kriterju ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni mill-konsumatur.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kontribuzzjoni mħallsa minn konsumatur tikkostitwixxi element indispensabbli sabiex skema promozzjonali tkun tista’ titqies li hija skema promozzjonali piramidali fis-sens tad-Direttiva 2005/29, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kontribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Hija tqis li huwa importanti li ssir taf, minn naħa, jekk kull somma mħallsa, anki minima, tistax titqies li hija kontribuzzjoni u, min-naħa l-oħra, jekk l-għoti ta’ somma simbolika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwiex biżżejjed sabiex l-iskema tiġi pprojbita. F’dan ir-rigward, hija tirrileva li s-somma ta’ LTL 0.01 imħallsa fil-kontijiet ta’ 4finance minn klijent ġdid tikkostitwixxi l-iżgħar ammont teknikament trasferibbli, li t-trasferiment huwa intiż biss biex jiġi identifikat b’mod eżatt dan il-klijent għall-finijiet li jiġi konkluż kuntratt ta’ kreditu u li l-kontribuzzjonijiet hekk imħallsa ffinanzjaw biss b’mod minimu ħafna l-bonuses imħallsa permezz tal-mekkaniżmu promozzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li l-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1)</NO.P><TXT>Il-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE [...] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li tiġi stabbilita, operata jew promossa skema promozzjonali piramidali għandu jitqies bħala prattika kummerċjali li f’kull ċirkustanza hija qarrieqa biss meta l-konsumatur ikun meħtieġ iħallas kontribuzzjoni [inkambju] għall-opportunità li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema minflok mill-bejgħ jew mill-konsum ta’ prodott?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ikun meħtieġ li l-konsumatur iħallas kontribuzzjoni [inkambju] għall-opportunità li jirċievi kumpens, l-ammont tal-kontribuzzjoni mħallsa mill-konsumatur inkambju għall-opportunità li jiriċeivi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema pjuttost milli mill-bejgħ jew mill-konsum ta’ prodotti għandu impatt fuq il-klassifikazzjoni tal-iskema promozzjonali piramidali bħala prattika kummerċjali qarrieqa fis-sens tal-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva? Kontribuzzjonijiet imħallsa mill-konsumaturi li jkunu ta’ ammont purament simboliku u li jitħallsu sabiex il-konsumaturi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kontribuzzjonijiet inkambju għall-opportunità li jirċievu kumpens fis-sens tal-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-punt 14 tal-Anness 1 tad-Direttiva [2005/29] għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex skema promozzjonali piramidali titqies bħala prattika kummerċjali qarrieqa, huwa importanti biss li l-kumpens jitħallas lill-konsumatur li jkun diġà rreġistrat essenzjalment talli jintroduċi konsumaturi oħra fl-iskema pjuttost milli għall-bejgħ jew il-konsum ta’ prodotti jew inkella hija importanti wkoll il-kwistjoni ta’ sa fejn il-kumpens imħallas lill-parteċipanti f’din l-iskema talli introduċew konsumaturi ġodda ikun iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-membri l-ġodda? F’dan il-każ, il-kumpens imħallas lill-parteċipanti fl-iskema promozzjonali piramidali diġà rreġistrati għandu jkun, kompletament jew fil-parti l-kbira tiegħu, iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-membri introdotti reċentement f’din l-iskema?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom skema ta’ promozzjoni kummerċjali tista’ titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>skema promozzjonali piramidali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 u, għalhekk, tkun pprojbita f’kull ċirkustanza.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-Artikolu 7(22) tal-Liġi dwar il-prattiki kummerċjali żleali jikkostitwixxi traspożizzjoni leali tal-verżjoni lingwistika Ġermaniża u tal-verżjoni lingwistika Litwana tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva Nru 2005/29. Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, din l-aħħar dispożizzjoni tistabbilixxi, f’bosta verżjonijiet lingwistiċi oħra, kundizzjoni addizzjonali sabiex skema promozzjonali piramidali tiġi pprojbita, li hija li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-konsumatur iħallas kontribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> sabiex ikun jista’ jibbenefika mill-iskema. Din il-qorti tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-istess Punt 14 jeżiġix li l-konsumatur għandu jħallas tali kontribuzzjoni. Fil-każ ta’ risposta affermattiva, hija tistaqsi jekk kull somma, irrispettivament mill-ammont tagħha, għandhiex tiġi kklassifikata bħala kontribuzzjoni fis-sens tal-imsemmi Punt 14.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-klassifikazzjoni ta’ skema promozzjonali piramidali teħtieġx li jiġi stabbilit li l-kumpens li konsumatur jista’ jirċievi jkun iffinanzjat, parzjalment jew fil-parti l-kbira, mill-kontribuzzjonijiet imħallsa sussegwentement mill-konsumaturi l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, in-neċessità ta’ applikazzjoni u ta’ interpretazzjoni uniformi ta’ att tal-Unjoni teskludi li dan jitqies separatament f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi tiegħu, iżda teżiġi li jiġi interpretat kemm skont ir-rieda reali tal-awtur tiegħu kif ukoll skont l-għan imfittex minn dan tal-aħħar, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-verżjonijiet stabbiliti bil-lingwi uffiċjali kollha (ara s-sentenza Internetportal und Marketing, C‑569/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:311">EU:C:2010:311</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-projbizzjoni ta’ skemi promozzjonali piramidali hija bbażata, fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29, fuq tliet kundizzjonijiet komuni. Qabelxejn, tali promozzjoni hija bbażata fuq il-wegħda li l-konsumatur ser ikollu l-opportunità li jagħmel qligħ ekonomiku. It-tieni nett, it-twettiq ta’ tali wegħda jiddependi mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema. Fl-aħħar nett, il-parti l-kbira tad-dħul li jippermetti li jiġi ffinanzjat il-ħlas imwiegħed lill-konsumaturi ma tirriżultax minn attività ekonomika reali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa paċifiku li fin-nuqqas ta’ attività ekonomika reali li tippermetti li jsir biżżejjed dħul sabiex jiġi ffinanzjat il-ħlas imwiegħed lill-konsumaturi, tali skema promozzjonali hija bbażata neċessarjament fuq il-kontribuzzjoni ekonomika tal-parteċipanti tagħha, għaliex l-opportunità għal membru ta’ din l-iskema li jikseb ħlas tiddependi essenzjalment minn spejjeż imħallsa minn membri addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Tali skema hija neċessarjament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>piramidali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens li s-sostenibbiltà tagħha teħtieġ l-adeżjoni ta’ numru dejjem ikbar ta’ parteċipanti ġodda biex jiffinanzjaw il-kumpens mogħti lill-membri eżistenti. Dan jimplika wkoll li l-membri l-iktar reċenti għandhom inqas ċans li jirċievu kumpens għall-kontribuzzjoni tagħhom. Din l-iskema tieqaf milli tkun vijabbli meta ż-żieda fin-numru ta’ membri, li teoretikament għandha tkun infinita sabiex l-iskema titkompla, ma jkunx biżżejjed sabiex jiġu ffinanzjati l-ħlasijiet imwiegħda lill-parteċipanti kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>skema promozzjonali piramidali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 teżiġi, fl-ewwel lok, li l-membri f’tali skema jħallsu kontribuzzjoni finanzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-iskop tad-Direttiva 2005/29, li, skont il-premessa 8 tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tipproteġi direttament l-interessi leġittimi tal-konsumatur minn prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u li skont l-Artikolu 1 tagħha, tiżgura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (sentenza, Köck, C‑206/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:14">EU:C:2013:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tagħha, mingħajr il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-konsumatur ikun diffiċli li jiġi identifikat l-aġir ekonomiku li jeħtieġ il-protezzjoni ta’ dan tal-aħħar minn din id-direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-formulazzjoni tal-parti l-kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 tikkonferma li l-kontribuzzjoni tal-konsumatur hija element kostituttiv ta’ skema promozzjonali piramidali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk kull somma mħallsa mill-membri lil skema promozzjonali għandhiex titqies, irrispettivament mill-ammont tagħha, bħala kontribuzzjoni fis-sens tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29, għandu jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni ma tistabbilixxi l-ebda ammont minimu fil-verżjonijiet lingwistiċi li jsemmu l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-konsumatur (ara, b’analoġija, is-sentenza Purely Creative <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑428/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:651">EU:C:2012:651</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30). Barra minn hekk, l-għan li jkun hemm iktar ċertezza legali fl-identifikazzjoni tal-prattiki kummerċjali żleali, imsemmi fil-premessa 17 tal-istess direttiva, ma jkunx żgurat li kieku l-Istati Membri setgħu jiddeċiedu liema huma l-ammonti li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kontribuzzjoni finanzjarja. Għalhekk, il-kunċett ta’ kontribuzzjoni tal-konsumatur tinkludi kull kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu, irrispettivament mill-ammont.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-punti 20 sa 22 ta’ din is-sentenza jirriżulta neċessarjament li l-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>skema promozzjonali piramidali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 teħtieġ l-eżistenza ta’ rabta bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri l-ġodda u l-kumpens riċevut mill-membri eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-formulazzjoni tal-parti l-kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29, li minnhom jirriżulta li l-finanzjament tal-kumpens li konsumatur jista’ jirċievi jiddependi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>primarjament<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>prinċipalment<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> mill-kontribuzzjonijiet imħallsa sussegwentement mill-parteċipanti l-ġodda fl-iskema.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Litwan, tali interpretazzjoni tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 bl-ebda mod ma tikkomprometti l-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-prattiki pprojbiti skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva huma maqsuma f’żewġ kategoriji.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn naħa, l-Anness I tad-Direttiva 2005/29 jinkludi l-prattiki kummerċjali li huma, fi kwalunkwe każ, żleali u li, għalhekk, ma jeħtiġux evalwazzjoni individwali ta’ kull każ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 ta’ din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, il-prattiki li ma jinsabux f’dan l-anness jistgħu jiġu ddikjarati żleali wara eżami individwali ta’ kull każ tal-karatteristiċi tagħhom fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-imsemmija Artikoli 5 sa 9 (sentenzi Purely Creative <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:651">EU:C:2012:651</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, kif ukoll Köck, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:14">EU:C:2013:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35)</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li biss il-prattiki kummerċjali l-iktar dannużi għall-konsumaturi huma suġġetti għal projbizzjoni assoluta, iżda li prattika li ma taqax taħt l-Anness I tad-Direttiva 2005/29 tista’ madankollu tiġi pprojbita meta evalwazzjoni speċifika u konkreta tippermetti li jiġi konkluż li għandha natura żleali fis-sens tal-Artikoli 5 sa 9 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’din il-kawża, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, fil-kuntest tal-iskema promozzjonali stabbilita minn 4finance, il-bonuses imħallsa lill-membri eżistenti ġew iffinanzjati biss b’mod minimu mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji mitluba lill-membri l-ġodda. Għalhekk, f’tali skema jidher li t-tieni kundizzjoni stabbilita fil-punt 27 ta’ din is-sentenza ma hijiex issodisfatta. Jekk dan huwa l-każ, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, din l-iskema ma tistax għalhekk tkun suġġetta għal projbizzjoni abbażi tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li skema promozzjonali piramidali tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali biss meta tali skema teżiġi mill-konsumatur<?PAGE NO="8"?> kontribuzzjoni finanzjarja, irrispettivament mill-ammont tagħha, inkambju għall-opportunità għal dan tal-aħħar li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema minflok mill-bejgħ jew mill-konsum ta’ prodotti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), għandu jiġi interpretat fis-sens li skema promozzjonali piramidali tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali biss meta tali skema teżiġi mill-konsumatur kontribuzzjoni finanzjarja, irrispettivament mill-ammont tagħha, inkambju għall-opportunità għal dan tal-aħħar li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema minflok mill-bejgħ jew mill-konsum ta’ prodotti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>