|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3121 |
8.5.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11429 — TIL / PBV / PSA CANADA VENTURES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/3121)
1.
Fid-29 ta’ April 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PSA International Pte Ltd. (“PSA”, Singapore), |
|
— |
Terminal Investment Limited Holding S.A. (“TIL”, il-Lussemburgu), ikkontrollata b’mod konġunt minn MSC Mediterranean Shipping Company SA (l-Iżvizzera) u ċerti fondi ġestiti minn Global Infrastructure Management, LLC (l-Istati Uniti). |
PSA u TIL se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ PSA Canada Ventures Ltd (“PCV”, il-Kanada), li bħalissa hija kkontrollata indirettament minn PSA permezz tal-kumpanija azzjonarja tagħha PSA Belgium Ventures BV (“PBV”, il-Belġju).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
PSA huwa operatur globali tat-terminals tal-portijiet, |
|
— |
TIL tinvesti f’terminals tal-kontejners, jiżviluppa u timmaniġġja t-terminals tal-kontejners madwar id-dinja. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża PCV huma l-operat taż-żewġ terminals tal-kontejners fil-port ta’ Halifax, il-Kanada: PSA Halifax Atlantic Hub u PSA Halifax Fairview Cove.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11429 — TIL / PBV / PSA CANADA VENTURES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3121/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)