<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-655/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0655</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:157">EU:C:2020:157</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20200304">4.3.2020</DATE> – Kawża C‑655/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Schenker</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20200304">4 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni Doganali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 952/2013</KEYWORD><KEYWORD>Tneħħija mis-sorveljanza doganali</KEYWORD><KEYWORD>Serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 242</KEYWORD><KEYWORD>Persuna responsabbli mit-tneħħija</KEYWORD><KEYWORD>Detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ħażna doganali</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjoni għall-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 42</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li titħallas somma li tikkorrispondi għall-valur tal-merkanzija nieqsa</KEYWORD><KEYWORD>Kumulu ma’ sanzjoni pekunjarja</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑655/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20181019">19 ta’ Ottubru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Teritorialna direktsia <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Severna morska<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> kam Agentsia Mitnitsi</HT>, aventi kawża tal-Mitnitsa Varna</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Schenker<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> EOOD,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Okrazhna prokuratura – Varna,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn L. S. Rossi, President tal-Awla, J. Malenovský u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20191114">14 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għat-Teritorialna direktsia <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Severna morska<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> kam Agentsia Mitnitsi, aventi kawża tal-Mitnitsa Varna, minn S. K. Kirilova, F. Bosilkova-Kolipatkova u B. Borisov, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Schenker<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> EOOD, minn G. Goranov, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn L. Zaharieva u E. Petranova, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Zaloguin, V. Bottka u M. Kocjan, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 267, p. 2</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 90</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn it-Teritorialna direktsia <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Severna morska<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> kam Agentsia Mitnitsi (id-Direttorat Territorjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Tramuntana<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> fi ħdan l-Aġenzija Doganali, il-Bulgarija, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>dwana ta’ Varna<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Schenker<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> EOOD, dwar is-sanzjonijiet imposti fuq din bħala detentriċi ta’ awtorizzazzjoni ta’ ħażna doganali, wara s-serq tal-merkanzija li hija kellha l-kustodja tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 45 tar-Regolament Nru 952/2013 tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Huwa xieraq li fuq livell tal-Unjoni jkunu stabbiliti r-regoli dwar il-qerda jew it-tneħħija b’mod ieħor ta’ merkanzija mill-awtoritajiet doganali, billi dawn huma materji li qabel kienu jeħtieġu legiżlazzjoni nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 42(1) u (2) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="042.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jaħseb għal pieni għal nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni doganali. Tali pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="042.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn jkunu applikati pieni amministrattivi, huma jistgħu, inter alia, jieħdu waħda mill-forom li ġejjin, jew it-tnejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>imposta monetarja mill-awtoritajiet doganali, inkluż, fejn xieraq, arranġament applikat minflok u biex jissostitwixxi piena kriminali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ir-revoka, is-sospensjoni jew l-emendament ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni miżmuma mill-persuna kkonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 79 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Dejn doganali li jinħoloq minħabba nuqqas ta’ konformità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jiddisponi, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="079.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal merkanzija soġġetta għal dazju tal-importazzjoni, jinħoloq dejn doganali fuq l-importazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali dwar id-dħul ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni, it-tneħħija tagħha mis-superviżjoni doganali, jew il-moviment, l-ipproċessar, il-ħażna, il-ħażna temporanja, id-dħul temporanju ta’ tali merkanzija fit-territorju jew it-tneħħija tagħha minnu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali dwar l-użu aħħari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="079.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każijiet imsemmija taħt il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, id-debitur għandu jkun kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kwalunkwe persuna li kienet meħtieġa tissodisfa l-obbligi konċernati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kwalunkwe persuna li kienet taf jew li raġonevolment kellha tkun taf li ma kienx sodisfatt obbligu skont il-leġislazzjoni doganali u li aġixxiet f’isem il-persuna li kienet obbligata tilħaq l-obbligu, jew li pparteċipat fl-att li wassal biex ma jintlaħaqx l-obbligu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 198 ta’ dan l-istess regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="198.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu kwalunkwe mizura meħtieġa, inkluż il-konfiska u l-bejgħ, jew il-qerda, biex jeħilsu minn merkanzija fil-kazijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali dwar id-dħul ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni ma jkunx ġie sodisfatt, jew il-merkanzija tkun ġiet miżmuma mis-superviżjoni doganali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="198.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ispejjeż tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu minn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, kwalunkwe persuna li kienet meħtieġa tissodisfa l-obbligi kkonċernati jew li żammet il-merkanzija mis-superviżjoni tad-dwana;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 242(1) tar-Regolament Nru 952/2013:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Id-detentur tal-awtorizzazzjoni u d-detentur tal-proċedura għandhom ikunu responsabbli għal dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jiżguraw li l-merkanzija taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali ma titneħħix minn taħt is-superviżjoni doganali; u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jissodisfaw l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ħażna ta’ merkanzija koperta mill-proċedura tal-ħażna doganali.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 233(6) taż-Zakon za mitnitsite (il-Liġi dwar id-Dwana, DV Nru 15, tas‑<DATE ISO="19980206">6 ta’ Frar 1998</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Liġi dwar id-Dwana<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-merkanzija li hija s-suġġett tal-kuntrabandu doganali għandha tinqabad mill-Istat ikun min ikun il-proprjetarju tagħha u meta din tkun nieqsa jew tneħħiet, għandu jiġi attribwit lilha valur li jikkorrispondi għall-valur doganali tagħha jew għall-valur għall-esportazzjoni tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 234a(1) u (3) tal-Liġi dwar id-Dwana:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="234A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull min ineħħi merkanzija maħżuna temporanjament jew merkanzija ddikjarata taħt il-proċedura doganali jew għal esportazzjoni mill-ġdid, mingħajr ma jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni jew mill-awtoritajiet doganali, huwa kkundannat għal ħlas ta’ multa fil-każ tal-persuni fiżiċi jew għal sanzjoni pekunjarja fil-każ tal-persuni ġuridiċi u ta’ negozjanti individwali, li l-ammont tagħhom huwa minn 100 sa 200 % tal-valur doganali tal-oġġetti jew, fil-każ ta’ esportazzjoni, tal-valur tal-oġġetti li huma s-suġġett tal-ksur.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="234A.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 233(6), (7) u (8) għandhom japplikaw kif meħtieġ.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170316">16 ta’ Marzu 2017</DATE>, Teld Consulting OOD ippreżentat dikjarazzjoni doganali għat-tqegħid taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali ta’ 13‑il kontenitur li kien fih plywood. Din id-dikjarazzjoni ġiet ippreżentata f’isem u għan-nom ta’ Balkantrade Properties EOOD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara t-twettiq tal-formalitajiet doganali għall-implimentazzjoni tal-imsemmija proċedura, dawn il-kontejners kellhom jiġu ttrasportati lejn maħżen doganali operat u amministrat minn Schenker, konformement mal-awtorizzazzjoni ta’ ħażna doganali li hija detentriċi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Schenker inkarigat lil Fortis Trade OOD sabiex tiżgura dan it-trasport. Madankollu, wieħed minn dawn il-kontejners insteraq matul it-triq, hekk kif insterqet ukoll il-vettura li tappartjeni lil Fortis Trade li kienet qed tittrasportah. Konsegwentement, il-merkanzija mqiegħda f’dan il-kontejner ma ġietx ikkunsinnata fil-maħżen ta’ Schenker.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara spezzjoni mwettqa f’dan il-maħżen mill-ispettorat doganali ta’ Varna (il-Bulgarija), ġie kkonstatat li l-merkanzija kollha li kienet is-suġġett tal-proċedura ta’ ħażna doganali ma kinitx tinsab fl-imsemmi maħżen. Konsegwentement, ġie kkonstatat ksur amministrattiv minħabba ksur tal-Artikolu 234a(1) tal-Liġi dwar id-Dwana fil-konfront ta’ Schenker, minħabba li din il-kumpannija neħħiet mis-sorveljanza doganali parti mill-merkanzija li kienet ġiet iddikjarata taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali. Abbażi ta’ din il-konstatazzjoni, id-direttur tad-dwana ta’ Varna ħareġ deċiżjoni li permezz tagħha, konformement mal-Artikolu 233(6) u mal-Artikolu 234a(1) u (3) tal-Liġi dwar id-Dwana, huwa impona fuq Schenker sanzjoni pekunjarja fl-ammont ta’ 23 826.06 lev Bulgaru (BGN) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">12225</FT>) u ordna lil din il-kumpannija tħallas l-istess somma, li tikkorrispondi għall-valur tal-merkanzija nieqsa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Adita bir-rikors ippreżentat kontra din id-deċiżjoni minn Schenker, il-Varnenski rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Varna, il-Bulgarija) annullatha. Hija kkunsidrat b’mod partikolari li s-serq kien jikkostitwixxi każ ta’ forza maġġuri u li ma kienet ġiet stabbilita l-ebda rabta kawżali bejn att jew ommissjoni illegali ta’ din il-kumpannija u l-konsegwenza tas-serq, jiġifieri l-impossibbiltà għall-awtoritajiet doganali li jaċċedu għall-merkanzija mqiegħda taħt sorveljanza doganali u li jeżerċitaw il-kontroll tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-dwana ta’ Varna appellat fil-kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Administrativen sad Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna, il-Bulgarija). Hija ssostni li l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ ħażna doganali toħloq obbligu li l-merkanzija ma titneħħiex mis-sorveljanza doganali u li s-serq inkwistjoni ma jikkostitwixxix każ ta’ forza maġġuri li jeżenta lill-magazzinier mir-responsabbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li Schenker ingħatat żewġ sanzjonijiet amministrattivi. Fil-fehma tagħha, is-sanzjoni li tikkonsisti fl-obbligu li jitħallas il-valur tal-merkanzija misruqa ma taqa’ taħt ebda waħda mill-forom ta’ sanzjoni previsti fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 952/2013 u lanqas ma hija forma ta’ qbid, kif previst mid-dritt nazzjonali. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, għalhekk, jekk dan l-obbligu li jitħallas il-valur tal-merkanzija huwiex konformi mal-imsemmija dispożizzjoni kif ukoll mal-prinċipji ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, fid-dawl tal-fatt li huwa akkumulat mal-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Administrativen sad Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna, il-Bulgarija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 242(1)(a) u (b) tar-Regolament [Nru 952/2013] għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ partikolari, is-serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali jikkostitwixxi tneħħija mill-proċedura ta’ ħażna doganali li twassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet doganali fuq id-detentur tal-awtorizzazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-impożizzjoni ta’ ħlas ekwivalenti għall-valur tal-merkanzija li kienet is-suġġett ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet doganali, b’mod partikolari f’dan il-każ it-tneħħija mill-proċedura ta’ ħażna doganali, għandha n-natura ta’ sanzjoni amministrattiva fis-sens tal-Artikolu 42(1) u (2) tar-Regolament [Nru 952/2013] u hija permessa dispożizzjoni legali nazzjonali li timponi dan il-ħlas flimkien mal-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja? Din id-dispożizzjoni legali tissodisfa l-kriterji previsti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 42(1) ta’ dan ir-regolament dwar in-natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ osservanza tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, Schenker tqis li l-ewwel domanda hija inammissibbli, sa fejn tirrigwarda esklużivament l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u, b’mod partikolari, il-kwistjoni dwar jekk att jew ommissjoni partikolari tikkostitwixxix reat kif iddefinit fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni netta bejn il-funzjonijiet tal-qrati nazzjonali u tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex<?PAGE NO="6"?> tinterpreta d-dritt nazzjonali u li hija biss il-qorti nazzjonali li għandha tikkonstata u tevalwa l-fatti tal-kawża prinċipali kif ukoll tiddetermina l-portata eżatta tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Fonds du Logement de la Région de Bruxelles-Capitale</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑632/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:833">EU:C:2019:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-każ, madankollu, mill-formulazzjoni stess tal-ewwel domanda jirriżulta li, permezz tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 242(1) tar-Regolament Nru 952/2013, u b’mod iktar partikolari tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>tneħħija mis-sorveljanza doganali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni, kif ukoll dwar il-kwistjoni jekk id-dritt tal-Unjoni jippermettix li tali tneħħija tkun suġġetta għal sanzjoni pekunjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Schenker issostni wkoll li l-eżitu tat-tilwima fil-kawża prinċipali ma jiddependix mill-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, iżda minn kwistjonijiet ta’ fatt, jiġifieri d-determinazzjoni tal-awtur konkret tal-ksur ikkonċernat, mill-kwalità tiegħu fil-mument meta huwa wettaq dan il-ksur kif ukoll fuq atti jew ommissjonijiet li jikkostitwixxu reat imputabbli lill-imsemmi awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, meta d-domandi magħmula mill-qrati nazzjonali jkunu jikkonċernaw l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun, bħala prinċipju, meħtieġa tagħti deċiżjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Allianz Hungária Biztosító <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑32/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:160">EU:C:2013:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Issa, f’dan il-każ, dan huwa manifestament il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel domanda hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 242(1) (a) u (b) tar-Regolament Nru 952/2013, imsemmi fl-ewwel domanda, jikkonċerna r-responsabbiltà tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni u tad-detentur tal-proċedura ta’ ħażna doganali fil-każ ta’ tneħħija tal-merkanzija mis-sorveljanza doganali, filwaqt li din id-domanda tirrigwarda wkoll il-punt dwar jekk il-persuna responsabbli minn tali tneħħija tistax tiġi imposta sanzjoni pekunjarja prevista mid-dritt nazzjonali, li tirrigwarda dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, iċ-ċirkustanza li, formalment, il-qorti tar-rinviju llimitat domanda għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni partikolari tad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex tipprekludi lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li hija adita biha, kemm jekk din il-qorti tkun għamlet riferiment għalihom fid-domandi tagħha kif ukoll jekk ma tkunx għamlet dan. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tislet, mill-elementi kollha ppreżentati mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tal-imsemmi dritt li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190918">18 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>VIPA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑222/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:751">EU:C:2019:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jitqies li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-Regolament Nru 952/2013 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, fil-każ ta’ serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ħażna doganali jiġi impost sanzjoni pekunjarja minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>tneħħija mis-sorveljanza doganali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, hekk kif jinsab fir-Regolament Nru 952/2013, għandu jinftiehem bħala li jkopri kull att jew ommissjoni li jkollhom bħala riżultat li jimpedixxu, anki jekk għal żmien qasir, li l-awtorità doganali kompetenti jkollha aċċess għal merkanzija taħt sorveljanza doganali u li twettaq l-kontrolli previsti mil-leġiżlazzjoni doganali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Aebtri</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:880">EU:C:2017:880</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tiddeċiedi, din hija kwistjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>tneħħija mis-sorveljanza doganali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-imsemmi regolament, b’mod partikolari meta, bħal f’dan il-każ, merkanzija mqiegħda taħt proċedura sospensiva tkun ġiet misruqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Harry Winston</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑273/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:466">EU:C:2013:466</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-persuna responsabbli għal tali tneħħija mis-sorveljanza doganali, l-Artikolu 242(1)(a) tar-Regolament Nru 952/2013 jipprevedi li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni għandu r-responsabbiltà li jiżgura li l-merkanzija ammessa taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali ma titneħħiex mis-sorveljanza doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-tneħħija ta’ merkanzija mis-sorveljanza doganali tippresupponi biss li jkunu ġew issodisfatti kundizzjonijiet ta’ natura oġġettiva, bħall-assenza fiżika tal-merkanzija fil-post ta’ ħażna awtorizzat meta l-awtorità doganali għandha l-intenzjoni li teżamina l-imsemmija merkanzija (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>SEK Zollagentur</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑75/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1759">EU:C:2014:1759</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza stabbilita).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-responsabbiltà tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni ta’ ħażna doganali fil-każ tat-tneħħija mis-sorveljanza doganali ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali hija ta’ natura oġġettiva u hija, għaldaqstant, indipendenti mill-aġir ta’ dan id-detentur kif ukoll minn dak ta’ terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-konsegwenzi ta’ tali tneħħija mis-sorveljanza doganali għall-imsemmi detentur, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li jikkostitwixxi ksur doganali n-nuqqas ta’ osservanza ta’ wieħed mill-obbligi ddefiniti fil-leġiżlazzjoni doganali applikabbli għat-tneħħija ta’ merkanzija mis-sorveljanza doganali, nuqqas ta’ osservanza li, konformement mal-Artikolu 79(1)(a) tar-Regolament Nru 952/2013, tnissel dejn doganali fuq l-importazzjoni. Fl-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta’ tali ksur doganali, l-Istati Membri huma kompetenti sabiex jadottaw sanzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw l-osservanza tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031016">16 ta’ Ottubru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Hannl-Hofstetter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑91/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:556">EU:C:2003:556</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li r-Regolament Nru 952/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, fil-każ ta’ serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ħażna doganali jiġi impost sanzjoni pekunjarja xierqa minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 952/2013 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, fil-każ ta’ tneħħija mis-sorveljanza doganali ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ħażna doganali huwa obbligat li jħallas, minbarra sanzjoni pekunjarja, somma li tikkorrispondi għall-valur ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, filwaqt li l-Artikolu 234a(1) tal-Liġi dwar id-Dwana jipprevedi, fil-każ ta’ tneħħija mis-sorveljanza doganali, sanzjoni pekunjarja li tammonta għal bejn 100 % u 200 % tal-valur tal-merkanzija mneħħija, l-Artikolu 234a(3) ta’ din il-liġi, moqri flimkien mal-Artikolu 233(6) tagħha, jipprevedi li l-persuna responsabbli għal din it-tneħħija għandha tħallas somma li tikkorrispondi għall-valur ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom u waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, id-dwana ta’ Varna u l-Gvern Bulgaru sostnew li dan l-aħħar obbligu ma jikkostitwixxix sanzjoni, fis-sens tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 952/2013, iżda miżura li taqa’ taħt l-Artikolu 198(1)(a) ta’ dan ir-regolament, li abbażi tiegħu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji, inklużi l-konfiska u l-bejgħ jew il-qerda, sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>jirregolaw is-sitwazzjoni tal-merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li tneħħiet mis-sorveljanza doganali. Skont dawn il-persuni kkonċernati, peress li l-enumerazzjoni tal-miżuri msemmija f’din id-dispożizzjoni ma hijiex eżawrjenti, il-ħlas, meta l-preżenza fiżika tal-merkanzija kkonċernata ma tistax tiġi kkonstatata mill-awtoritajiet kompetenti, tal-valur tagħha jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>mezz li jirregola s-sitwazzjoni [tagħhom]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, simili għal qbid ta’ din il-merkanzija favur l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, tali interpretazzjoni ma tistax tiġi aċċettata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 198 tar-Regolament Nru 952/2013 jinsab taħt il-Kapitolu 4, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Tneħħija ta’ Merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, tat-Titolu V ta’ dan ir-regolament. Minn dan jirriżulta li d-dispożizzjonijiet miġbura f’dan il-kapitolu jirrigwardaw biss il-miżuri li għandhom jittieħdu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>sabiex tiġi solvuta s-sitwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tal-merkanzija li l-preżenza fiżika tagħha setgħet tiġi kkonstatata mill-awtoritajiet kompetenti. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-premessa 45 ta’ dan ir-regolament li tistabbilixxi li dan ir-regolament għandu b’mod partikolari l-għan li jistabbilixxi, fuq livell tal-Unjoni, regoli li jirregolaw il-qerda jew kull mod ieħor li permezz tiegħu titneħħa l-merkanzija mill-awtoritajiet doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, il-ħlas tal-valur tal-merkanzija kkonċernata ma jistax jitqies li huwa mezz kif titneħħa din il-merkanzija u li għalhekk huwa intiż għat-twettiq ta’ dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-qorti tar-rinviju ġustament tikklassifika bħala sanzjoni l-obbligu, għall-persuna responsabbli mill-ksur, li tħallas, minbarra sanzjoni pekunjarja, somma li tikkorrispondi għall-valur tal-merkanzija li tneħħiet mis-sorveljanza doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 952/2013, is-sanzjonijiet previsti mill-Istati Membri fil-każ ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet previsti minn sistema stabbilita b’din il-leġiżlazzjoni, l-Istati Membri għandhom is-setgħa li jagħżlu s-sanzjonijiet li jidhrilhom li huma xierqa. Madankollu, huma marbuta li jeżerċitaw is-setgħa tagħhom filwaqt li josservaw id-dritt tal-Unjoni u l-prinċipji ġenerali tiegħu, u konsegwentement, billi josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-miżuri amministrattivi jew repressivi permessi minn leġiżlazzjoni nazzjonali ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija b’mod leġittimu minn din il-leġiżlazzjoni u, barra minn hekk, ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-imsemmija għanijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Euro-Team u Spirál-Gép</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑497/15 u C‑498/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:229">EU:C:2017:229</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, sanzjoni li tikkonsisti fl-obbligu li titħallas somma li tikkorrispondi għall-valur tal-merkanzija li tneħħiet mis-sorveljanza doganali ma tidhirx li hija proporzjonata, u dan indipendentement mill-fatt li din is-sanzjoni tiżdied ma’ dik imsemmija fl-Artikolu 234a(1) tal-Liġi<?PAGE NO="9"?> dwar id-Dwana. Fil-fatt, sanzjoni li tlaħħaq tali ammont tmur lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jiġi ggarantit, b’mod partikolari, li l-merkanzija ammessa taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali ma titneħħiex mis-sorveljanza doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li s-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 952/2013 ma humiex intiżi sabiex jissanzjonaw eventwali attivitajiet frawdolenti jew illegali, iżda kull ksur tal-leġiżlazzjoni doganali (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrilevat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, sanzjoni bħal dik imsemmija fl-Artikolu 234a(3) tal-Liġi dwar id-Dwana, moqri flimkien mal-Artikolu 233(6) tagħha, tidher sproporzjonata meta mqabbla mad-dejn doganali li tnissel minħabba t-tneħħija mis-sorveljanza doganali ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 952/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, fil-każ ta’ tneħħija mis-sorveljanza doganali ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ħażna doganali huwa obbligat li jħallas, minbarra sanzjoni pekunjarja, somma li tikkorrispondi għall-valur ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, fil-każ ta’ serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ħażna doganali jiġi impost sanzjoni pekunjarja xierqa minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 952/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, fil-każ ta’ tneħħija mis-sorveljanza doganali ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ħażna doganali huwa obbligat li jħallas, minbarra sanzjoni pekunjarja, somma li tikkorrispondi għall-valur ta’ din il-merkanzija.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>