|
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
115 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1558/2004
tat-30 ta' Awissu 2004
li jemenda Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex jitkompla l-proċess ta’ armonizzazzjoni ma’ l-istandards internazzjonali mniżżla mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żejt taż-Żebbuġa u mill-Kodiċi Alimentarius, għandhom isiru aġġustamenti għal ċerti limiti ta’ valuri fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tar-residwu taż-żebbuġa u dwar metodi rilevanti ta’ analiżi, (2) u fin-nota addizzjonali 2 ma’ Kapitolu 15 tan-Nomenklatura Kombinata li tinsab f’Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1513/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE u (KE) Nru 1638/98 fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-perijodu ta’ validità ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna u l-istrateġija ta’ kwalità għaż-żejt taż-żebbuġa (3), jitlob neċessarjament reviżjoni tan-nota addizzjonali 2 ma’ Kapitolu 15 tan-Nomenklatura Kombinata li hi mniżżla f’Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jkun emendat skond dan. |
|
(4) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jkun emendat skond kif imniżżel fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar it-30 ta' Awissu 2004.
Għall-Kummissjoni
Frederik BOLKESTEIN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2344/2003 (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 38).
(2) ĠU L 248, tal-5.9.1991, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1989/2003 (ĠU L 295, tat-13.11.2003, p. 57).
ANNESS
F’Kapitolu 15 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, in-Nota Addizzjonali 2 hija emendata kif ġej:
In-Nota Addizzjonali 2(B)(I) hija emendata kif ġej:
l-ittra (g) hija emendata kif ġej:
|
— |
il-partita 2. huwa mibdul b’dan li ġej:
|