14.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10209 — Ceravis/Fraunhofer-Gesellschaft/E-VITA JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 130/05)

1.   

Fis-7 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Ceravis AG (“Ceravis”, il-Ġermanja), li tappartjeni għad-Danish Agro Group (“Danish Agro”, id-Danimarka),

—

Fraunhofer-Gesellschaft zur Förderung der angewandten Forschung e.V. (“Fraunhofer-Gesellschaft”, il-Ġermanja),

—

E-VITA GmbH (“E-VITA”, il-Ġermanja).

Ceravis u Fraunhofer-Gesellschaft jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ E-VITA.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Ceravis: kummerċ agrikolu kif ukoll il-produzzjoni taż-żrieragħ u għalf tal-annimali għall-bdiewa fl-istati tat-tramuntana tal-Ġermanja ta’ Schleswig-Holstein u Mecklenburg-Vorpommern. Danish Agro hija kumpanija kooperattiva li tforni l-azjendi agrikoli

—

Fraunhofer-Gesellschaft: riċerka orjentata lejn l-applikazzjoni kif ukoll riċerka kuntrattwali għall-aġenziji tal-gvern u s-settur privat f’diversi oqsma xjentifiċi,

—

E-VITA: kummerċjalizzazzjoni, użu, distribuzzjoni u iżvilupp ulterjuri tat-teknoloġija tal-elettroni għat-trattament taż-żrieragħ mingħajr il-kimika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10209 — Ceravis/Fraunhofer-Gesellschaft/E-VITA JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.