|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5530 |
22.10.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12258 – VOLKSWAGEN / EUROPCAR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5530)
1.
Fit-13 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Volkswagen Aktiengesellschaft (“Volkswagen”, il-Ġermanja), il-kumpanija omm tal-grupp Volkswagen (“VW Group”, il-Ġermanja), |
|
— |
Europcar Mobility Group S.A. (“Europcar”, Franza), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn VW Group u Gilpin Investments Designated Activity Company (“Gilpin”, l-Irlanda). |
Volkswagen se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Europcar kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni se titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Volkswagen hija l-kumpanija omm ta’ VW Group. VW Group huwa attiv madwar id-dinja fl-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali ħfief, trakkijiet, xarabanks, kowċis, xażi għal xarabanks u magni diżil, u muturi, li kull wieħed minnhom jinkludi spare parts u aċċessorji. VW Group huwa attiv ukoll fid-distribuzzjoni tal-vetturi, |
|
— |
Europcar hija l-kumpanija omm tal-grupp Europcar li joffri diversi soluzzjonijiet ta’ mobbiltà. Dan jinkludi firxa wiesgħa ta’ mobbiltà u servizzi relatati, b’mod partikolari l-kiri tal-karozzi iżda wkoll vannijiet u, sa ċertu punt ħafna aktar limitat, il-kiri tat-trakkijiet u l-car-sharing. Huwa preżenti madwar id-dinja b’enfasi fuq l-Ewropa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12258 — VOLKSWAGEN / EUROPCAR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5530/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)