European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5766

23.10.2025

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

(C/2025/5766)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' HONG Sung-Mu u Yongbyon Nuclear Scientific Research Centre, persuna u entità li jidhru fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1) u fl-Anness XV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2), kif ukoll għall-attenzjoni ta' Korea Paekho Trading Corporation, entità li tidher fl-Anness III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuna u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati.

Il-persuna u l-entitajiet ikkonċernati huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma fis-seħħ tal-miżuri restrittivi, qabel 30 ta’ Ottubru 2025, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5766/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)