|
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
66 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 965/2006
tad-29 ta’ Ġunju 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 327/98 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet ta’ ross u ross miksur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 marbuta mal-modifikazzjoni ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka waqt li kienu qed jissieħbu fl-Unjoni Ewropea (2), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/324/KE (3), jaħseb għal żieda fil-kwota tat-tariffa globali annwali preżenti mingħajr l-ebda dazju għar-ross mitħun għal kollox u nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 ta’ 25 516 tunnellata għall-oriġini kollha u ta’ 1 200 tunnellata għat-Tajlandja. Jipprovdi wkoll għall-ftuħ ta’ kwota tat-tariffa ġdida mingħajr l-ebda dazju ta’ 31 788 tunnellata ta’ ross maqsum kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 għall-oriġini kollha. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni t’hawn fuq tipprovdi wkoll għal kwoti ġodda b’dazju validu ta’ 15 % għall-oriġini kollha ta’ 7 tunnellati ta’ għalqa tar-ross koperti bil-kodiċi tan-NM 1006 10 u 1 634 tunnellata ta’ ross bil-qoxra kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20 . |
|
(3) |
Għall-fini ta’ simplifikazzjoni u minħabba l-volum żgħir tal-kwota ta’ għalqa tar-ross stipulat fid-Deċiżjoni 2006/324/KE, li l-kwota għandha tiġi maniġjata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4). |
|
(4) |
Il-kwota ta’ 20 000 tunnellata ta’ ross bil-qoxra koperta bil-kodiċi tan-NM 1006 20 b’dazju ta’ EUR 88 kull tunnellata stipulata fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 (5) m’għadhiex tintuża minħabba l-emenda tad-dazju applikabbli għal ross bil-qoxra stipulata fl-Artikolu 11a tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003. Dik il-kwota għalhekk għandha titneħħa. |
|
(5) |
Sabiex ma jtellfux il-bejgħ normali tar-ross magħmul fil-Komunità l-kwoti għandhom jinfetħu b’tali mod li l-importazzjonijiet jistgħu jkunu assorbiti aħjar mis-suq Komunitarju. B’mod partikolari, fejn l-applikazzjoni ta’ persentaġġ ta’ tnaqqis iwassal għall-allokazzjoni ta’ liċenzji għall-kwantitajiet ta’ inqas minn 20 tunnellata u l-Istati Membri jorganizzaw dik l-allokazzjoni billi jtellgħu l-lottijiet, għandu jsir provvediment għad-distribuzzjoni mill-ġdid mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-kwantitajiet li jkun fadal bil-għan li tiġi utilizzata l-kwota sakemm jista’ jkun u tiġi evitata l-allokazzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ħafna. Għall-istess raġunijiet, għandu jsir provvediment għad-distribuzzjoni mill-ġdid f’każijiet fejn l-applikazzjoni ta’ persentaġġ ta’ tnaqqis jonqos milli jwassal għal kostituzzjoni ta’ lott ta’ 20 tunnellata. |
|
(6) |
Biex tkun assigurata t-tmexxija kif imiss tal-kwoti, għandha ssir dispożizzjoni għall-preżentazzjoni obbligatorja ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini meta l-kwota tinfetaħ għal pajjiż speċifiku u ma tkunx meħtieġa liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa minn dak il-pajjiż. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 għandu jiġi emendat b’dan il-mod. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Imwaqqaf għaċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 b’dan qed jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 1 hu sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 (1) Il-kwoti li ġejjin tat-tariffa globali annwali b’dan qed jinfetħu fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena:
Dawn il-kwoti għandhom jiġu mmaniġjati skond dan ir-Regolament u maqsuma skond il-pajjiż ta’ l-oriġini u tranches perjodiċi skond l-Anness IX. Minkejja dan, għall-2006 għandhom jinqasmu skond l-Anness X. (2) Kwota annwali ta’ 7 tunnellati ta’ għalqa tar-ross koperta bil-kodiċi tan-NM 1006 10 , b’dazju ad valorem stabbilit għal 15 %, għandha tinfetaħ fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena taħt in-numru tas-serje 09.0083. Għandha titmexxa mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (*2). |
|
2. |
Fl-Artikolu 3, “l-Artikolu 1(1)(a), (b) u (ċ)” hu sostitwit bl-“Artikolu 1(1)(a) u (ċ)”. |
|
3. |
L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:
|
|
4. |
L-Artikolu 5(3) hu sostitwit b’dan li ġej: “3. Jekk it-tnaqqis imsemmi fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 iwassal għal kwantità waħda jew aktar ta’ inqas minn 20 tunnellata għal kull applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jallokaw it-total ta’ dawk il-kwantitajiet billi jtellgħu l-lottijiet għal kull lott ta’ 20 tunnellata, flimkien mal-kwantità li tibqa’ mqassma b’mod ugwali bejn il-lottijiet ta’ 20 tunnellata. Minkejja dan, fejn jekk jingħaddu flimkien il-kwantitajiet ta’ inqas minn 20 tunnellata ma jwassalx għall-ħolqien ta’ lott ta’ 20 tunnellata l-kwantità li jibqa’ għandha titqassam mill-Istat Membru ugwalment bejn l-operaturi li l-liċenzja tagħhom hi għal 20 tunnellata jew aktar.” |
|
5. |
Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1), “l-Artikolu 5(2)” huwa sostitwit bl-“Artikolu 5(2) u (3)”. |
|
6. |
L-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:
|
|
7. |
L-Anness VI hu sostitwit bit-test ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
8. |
L-Annessi IX u X huma sostitwiti bit-test ta’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
9. |
It-test ta’ l-Anness III ta’ dan ir-Regolament huma miżjuda bħala Anness XI. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Hu għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2006, minbarra l-Artikolu 1(6), li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 120, 5.5.2006, p. 19.
(3) ĠU L 120, 5.5.2006, p. 17.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).
(5) ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2152/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 30).
ANNESS I
“ANNESS VI
Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4)(b)
|
— |
Spanjol |
: |
Derechos de aduana limitados al 15 % ad valorem hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (CE) no 327/98] |
|
— |
Ċek |
: |
Cla omezená na valorickou sazbu ve výši 15 % až do množství uvedeného v kolonkách 17 a 18 této licence (nařízení (ES) č. 327/98) |
|
— |
Daniż |
: |
Toldsatsen begrænses til 15 % af værdien op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (forordning (EF) nr. 327/98) |
|
— |
Ġermaniż |
: |
Zollsatz beschränkt auf 15 % des Zollwerts bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 327/98) |
|
— |
Eston |
: |
Väärtuseline tollimaks piiratud 15 protsendini käesoleva sertifikaadi lahtrites 17 ja 18 märgitud kogusteni (määrus (EÜ) nr 327/98) |
|
— |
Grieg |
: |
Τελωνειακός δασμός κατ’ ανώτατο όριο 15 % κατ’ αξία έως την ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 327/98] |
|
— |
Ingliż |
: |
Customs duties limited to 15 % ad valorem up to the quantity indicated in boxes 17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 327/98) |
|
— |
Franċiż |
: |
Droits de douane limités à 15 % ad valorem jusqu'à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat [règlement (CE) no 327/98] |
|
— |
Taljan |
: |
Dazio limitato al 15 % ad valorem fino a concorrenza del quantitativo indicato nelle caselle 17 e 18 del presente titolo [regolamento (CE) n. 327/98] |
|
— |
Latviju |
: |
Muitas nodoklis 15 % ad valorem par daudzumu, kas norādīts šīs atļaujas (Regula (EK) Nr. 327/98) 17. un 18. ailē |
|
— |
Litwan |
: |
Ne didesnis nei 15 % muitas ad valorem neviršijant šios licencijos 17 ir 18 langeliuose nurodyto kiekio (Reglamentas (EB) Nr. 327/98) |
|
— |
Ungeriż |
: |
15 %-os értékvám az ezen engedély 17. és 18. rovatában feltüntetett mennyiségig (327/98/EK rendelet) |
|
— |
Malti |
: |
Id-dazji doganali huma stipulati għal 15 % ad valorem sal-kwantità indicata fil-kaxxi 17 u 18 ta' din il-liċenzja (Regolament (KE) Nru 327/98) |
|
— |
Olandiż |
: |
Douanerecht beperkt tot 15 % ad valorem voor hoeveelheden die niet groter zijn dan de in de vakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (Verordening (EG) nr. 327/98) |
|
— |
Pollakk |
: |
Cło ograniczone do 15 % ad valorem do ilości wskazanej w polach 17 i 18 niniejszego pozwolenia (rozporządzenie (WE) nr 327/98) |
|
— |
Portugiż |
: |
Direito aduaneiro limitado a 15 % ad valorem até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (CE) n.o 327/98] |
|
— |
Slovak |
: |
Clá znížené na 15 % ad valorem až po množstvo uvedené v kolónkach 17 a 18 tejto licencie [nariadenie (ES) č. 327/98] |
|
— |
Sloven |
: |
Carinska dajatev, omejena na 15 % ad valorem do količine, navedene v rubrikah 17 in 18 tega dovoljenja (Uredba (ES) št. 327/98) |
|
— |
Finlandiż |
: |
Arvotulli rajoitettu 15 prosenttiin tämän todistuksen 17 ja 18 artiklassa ilmoitettuun määrään asti (asetus (EY) N:o 327/98) |
|
— |
Żvediż |
: |
Tull begränsad till 15 % av värdet upp till den kvantitet som anges i fält 17 och 18 i den här licensen (förordning (EG) nr 327/98)” |
ANNESS II
“ANNESS IX
Kwoti u porzjonijiet b’effett mill-2007
|
(a) |
Il-kwoti ta’ 63 000 tunnellata ta’ ross mitħun għal kollox jew nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(a):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Kwota ta’ 1 634 tunnellata ta’ ross bil-qoxra koperta bil-kodiċi tan-NM 1006 20 kif stipulata fl-Artikolu 1(1)(b):
|
||||||||||||||||||||||
|
(ċ) |
Kwota ta’ 100 000 tunnellata ta’ ross maqsum koperta bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif stipulata fl-Artikolu 1(1)(ċ):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) |
Kwota ta’ 40 216 tunnellata ta’ ross mitħun għal kollox jew nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(d):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(e) |
Kwota ta’ 31 788 tunnellata ta’ ross maqsum koperta bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(e):
|
||||||||||||||||||
“ANNESS X
Kwoti u porzjonijiet għall-2006
|
(a) |
Kwota ta’ 63 000 tunnellata ta’ ross mitħun għal kollox jew nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(a):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Kwota ta’1 634 tunnellata ta’ ross bil-qoxra koperta bil-kodiċi tan-NM 1006 20 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(b):
|
||||||||||||||||||
|
(c) |
Kwota ta’ 106 667 tunnellata ta’ ross maqsum koperta bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(ċ):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) |
Kwota ta’ 44 716 tunnellata ta’ ross mitħun għal kollox jew nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(d):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(e) |
Kwota ta’ 31 788 tunnellata ta’ ross maqsum koperta bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(e):
|
||||||||||||||||||
(1) Il-kwantità li jifdal mhix użata fil-porzjonijiet ta’ qabel ippubblikata mir-Regolament tal-Kummissjoni.
(2) Il-kwantità li jifdal mhix użata fil-porzjonijiet ta’ qabel ippubblikata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni.
(3) Il-kwantità li jkun fadal li ma tkunx intużat fil-porzjonijiet ta’ qabel ippubblikata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni.
(4) Il-kwantità li jkun fadal li ma ntużatx fil-porzjonijiet ta’ qabel ippubblikata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni.
(5) Il-kwantità li jkun fadal mhux użata fil-porzjonijiet ta’ qabel ippubblikata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni.
(6) Il-kwantità li jkun fadal mhux użata fil-porzjonijiet ta’ qabel ippubblikata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni.
ANNESS III
“ANNESS XI
Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4)(e):
|
— |
Spanjol |
: |
Exención del derecho de aduana hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (CE) no 327/98, artículo 1, apartado 1, letra e)] |
|
— |
Ċek |
: |
Osvobození od cla až do množství uvedeného v kolonkách 17 a 18 této licence (nařízení (ES) č. 327/98, čl. 1 odst. 1 písm. e)) |
|
— |
Daniż |
: |
Toldfri op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (forordning (EF) nr. 327/98, artikel 1, stk. 1, litra e)) |
|
— |
Ġermaniż |
: |
Zollfrei bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 327/98, Artikel 1 Absatz 1 Buchstabe e) |
|
— |
Estonu |
: |
Tollimaksuvabastus kuni käesoleva litsentsi lahtrites 17 ja 18 näidatud koguseni (määruse (EÜ) nr 327/98 artikli 1 lõike 1 punkt e)) |
|
— |
Grieg |
: |
Απαλλαγή από τον τελωνειακό δασμό έως την ποσότητα που αναγράφεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 327/98, άρθρο 1 παράγραφος 1 στοιχείο ε)] |
|
— |
Ingliż |
: |
Exemption from customs duty up to the quantity indicated in boxes 17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 327/98, Article 1(1)(e)) |
|
— |
Franċiż |
: |
Exemption du droit de douane jusqu'à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat [règlement (CE) no 327/98, article 1er, paragraphe 1, point e)] |
|
— |
Taljan |
: |
Esenzione dal dazio doganale fino a concorrenza del quantitativo indicato nelle caselle 17 e 18 del presente titolo [regolamento (CE) n. 327/98, articolo 1, paragrafo 1, lettera e)] |
|
— |
Latvjan |
: |
Atbrīvojumi no muitas nodokļa līdz šīs atļaujas 17. un 18. ailē norādītajam daudzumam (Regulas (EK) Nr. 327/98 1. panta 1. punkta e) apakšpunkts) |
|
— |
Litwan |
: |
Atleidimas nuo muito mokesčio neviršijant šios licencijos 17 ir 18 langeliuose nurodyto kiekio (Reglamentas (EB) Nr. 327/98, 1 straipsnio 1 dalies e) punktas) |
|
— |
Ungeriż |
: |
Vámmentes az ezen engedély 17. és 18. rovatában feltüntetett mennyiségig (327/98/EK rendelet 1. cikk (1) bekezdés e) pont) |
|
— |
Malti |
: |
Eżenzjoni tad-dazju tad-dwana sal-kwantità indikata fil-każi 17 u 18 taċ-ċertifikat preżenti (Regolament (KE) Nru 327/98, Artikolu 1, paragrafu 1, punt e)) |
|
— |
Olandiż |
: |
Vrijstelling van douanerecht voor hoeveelheden die niet groter zijn dan de in de vakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (artikel 1, lid 1, onder e), van Verordening (EG) nr. 327/98) |
|
— |
Pollakk |
: |
Zwolnienie z cła ilości do wysokości wskazanej w sekcjach 17 i 18 niniejszego pozwolenia (rozporządzenie (WE) nr 327/98, art. 1 ust. 1 lit. e)) |
|
— |
Portugiż |
: |
Isenção do direito aduaneiro até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (CE) n.o 327/98, alínea e) do n.o 1 do artigo 1.o] |
|
— |
Slovakk |
: |
Oslobodenie od cla až po množstvo uvedené v kolónkach 17 a 18 tejto licencie [článok 1 ods. 1 písm. e) nariadenia (ES) č. 327/98] |
|
— |
Sloven |
: |
Oprostitev carinske dajatve do količine, navedene v poljih 17 in 18 tega dovoljenja (Uredba (ES) št. 327/98, člen 1(1)(e)) |
|
— |
Finlandiż |
: |
Tullivapaa tämän todistuksen 17 ja 18 artiklassa ilmoitettuun määrään asti (asetuksen (EY) N:o 327/98 1 artiklan 1 kohdan e) alakohta) |
|
— |
Żvediż |
: |
Tullfri upp till den mängd som anges i fälten 17 och 18 i denna licens (Förordning (EG) nr 327/98, artikel 1.1 e))” |