|
15.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10441 — Bridgepoint/FFL/ACT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 370/06)
1.
Fis-6 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bridgepoint Group plc, (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit), |
|
— |
FFL B.V. (“FFL”, in-Netherlands), |
|
— |
Sustainable Market Solutions B.V u ACT Financial Solutions Group, (flimkien “ACT”, in-Netherlands). |
Dan l-avviż jikkonċerna l-akkwist propost ta’ kontroll bi sħab, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ta’ ACT minn Bridgepoint u FFL li hija kkontrollata mill-fundaturi ta’ ACT u l-azzjonisti maġġoritarji attwali.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Bridgepoint: Investimenti tal-portafoll, |
|
— |
FFL: kumpaniji holding, |
|
— |
ACT: tipprovdi soluzzjonijiet tal-enerġija sostenibbli bbażati fuq is-suq, relatati ma’ servizzi ta’ konformità ambjentali, sostenibbiltà korporattiva, fuels u materja prima, u strumenti finanzjarji. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10441 — Bridgepoint/FFL/ACT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).