Official Journal L 137 , 05/06/2003 P. 0009 - 0010
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2003 ta' l-14 ta' Marzu 2003 li temenda l-Anness I (Oqmsa veterinarji jew fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif mibdul mill-Protokoll li Jbidel l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala "il-Ftehim" u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Annex I għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2002 tas-6 Diċembru 2002 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-28 ta' Jannar 2002 li tgħarraf il-karattru operattiv għal kollox tad-database Ġermaniż għall-annimali bovini [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda u għall-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Taħt l-intestatura "ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA EFTA GĦANDHOM JITQIESU B'MOD DOVUT" , il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara il-punt 14 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/577/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim: "15. 32002 D 0067: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-28 ta' Jannar 2002 li tgħarraf il-karattru operattiv għal kollox tad-database Ġermaniż għall-annimali bovini (ĠU L 26, tat-30.1.2002, p. 17)." Artikolu 2 It-test tad-Deċiżjoni 2002/67/KE fl-ilsien Norveġiż, li għandu jiġi ippublikat fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, huwa awtentiku. Artikolu 3 Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ingħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċizjoni għandha tiġi ippublikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 3. [2] ĠU L 26 tat-30.1.2002, p. 17. [3] Ma kienx hemm b\onnijiet konstituzjonali indikati. --------------------------------------------------