European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/471

11.3.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/471

tat-2 ta’ Settembru 2024

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2023/137 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti tat-trażmissjoni tad-data

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 stabbilixxa klassifikazzjoni statistika komuni tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni (“NACE Rev. 2”), li beda japplika fl-1 ta’ Jannar 2008.

(2)

Wara li bdiet tapplika n-NACE Rev. 2, il-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni biddlu progressivament il-mod li bih ħafna attivitajiet ekonomiċi jipprovdu l-oġġetti u s-servizzi madwar id-dinja.

(3)

Bħala riżultat ta’ dawk il-bidliet, in-NACE Rev. 2 kellha tiġi aġġornata, biex tibqa’ komparabbli u konsistenti mal-istandards għall-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi użati fil-livell internazzjonali. Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137 (2) emenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 u stabbilixxa l-klassifikazzjoni aġġornata (“NACE Rev. 2.1”).

(4)

Biex l-utenti jkunu jistgħu jivvalutaw il-bidliet dettaljati tal-kontenut fin-NACE, u biex iqabblu l-verżjoni preċedenti tal-klassifikazzjoni mal-verżjoni aġġornata tagħha, fl-1 ta’ Awwissu 2023 ġiet ipprovduta tabella ta’ korrispondenza flimkien ma’ xi noti ta’ spjegazzjoni (3) għall-utenti tal-klassifikazzjoni (4).

(5)

Korp kbir ta’ leġiżlazzjoni jistabbilixxi rekwiżiti tat-trażmissjoni tad-data li jirreferu għal taqsimiet, diviżjonijiet, gruppi jew klassijiet speċifiċi tan-NACE. Sabiex il-fornituri tad-data jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti regolatorji emendati, l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni aġġornata (NACE Rev. 2.1) ġiet differita fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti tat-trażmissjoni tad-data stabbiliti f’diversi atti legali tal-Unjoni. Sabiex ir-rekwiżiti tat-trażmissjoni tad-data jiġu allinjati aħjar mal-fattibbiltà prattika, iż-żmien tal-applikazzjoni tan-NACE Rev. 2.1 jenħtieġ li jiġi emendat aktar għal ċerti dominji statistiċi.

(6)

Peress li l-granularità tal-klassifikazzjoni aġġornata hija simili għal dik tal-verżjoni oriġinali tal-klassifikazzjoni, l-emenda tar-Regolament Delegat (UE) 2023/137 stabbilita f’dan ir-Regolament ma timponi l-ebda piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2023/137 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/137, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu japplika kif ġej:

(a)

għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 (*1), fir-rigward ta’:

—

l-istatistika dwar l-istruttura u d-distribuzzjoni tal-qligħ, mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

—

l-istatistika dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-kostijiet lavorattivi, mill-1 ta’ Jannar 2028, fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(b)

għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(c)

għar-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), mill-1 ta’ Jannar 2027 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(d)

għar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), mill-1 ta’ Jannar 2028 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(e)

għar-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5), mill-1 ta’ Jannar 2030 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(f)

għar-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6), mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(g)

għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7), mill-1 ta’ Jannar 2027 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(h)

għar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8), fir-rigward ta’:

—

ANNESS II — Dominju: Kura tas-saħħa, suġġett: “in-nefqa u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa”, mill-1 ta’ Jannar 2027 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

—

ANNESS IV — Dominju: Inċidenti fuq ix-xogħol, mill-1 ta’ Jannar 2027 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(i)

għar-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9), fir-rigward ta’:

—

Anness I — MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-EMISSJONIJIET FL-ARJA, mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

—

Anness II — MODULU GĦAT-TAXXI RELATATI MAL-AMBJENT MILL-ATTIVITÀ EKONOMIKA, mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

—

Anness IV — MODULU GĦALL-KONTIJIET TAN-NEFQA TAL-PROTEZZJONI AMBJENTALI, mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

—

Anness V — MODULU GĦALL-KONTIJIET TAS-SETTUR TAL-OĠĠETTI U S-SERVIZZI AMBJENTALI, mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

—

Anness VI — MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSSI FIŻIĊI TA’ ENERĠIJA, mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(j)

għar-Regolament (UE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10), mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(k)

għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11), fir-rigward tal-Anness B, dan għandu japplika għat-trażmissjonijiet tad-data mill-1 ta’ Settembru 2029;

(l)

għall-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12), mill-1 ta’ Jannar 2030 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(m)

għar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13), fir-rigward ta’:

—

il-“forza tax-xogħol” u l-“introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien” mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

—

id-dominju tal-“edukazzjoni u t-taħriġ”, mill-1 ta’ Jannar 2028 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

—

id-dominji tal-“konsum” u l-“użu tal-ħin” mill-1 ta’ Jannar 2030 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

—

id-dominju tas-“saħħa”, mill-1 ta’ Jannar 2031 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

(n)

għar-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*14), fir-rigward ta’:

—

L-Artikolu 6(1), il-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2025 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data bbażata mill-ġdid fuq is-sena 2025;

—

L-Artikolu 6(2), il-punt (c), mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara;

—

L-Artikolu 6(2), il-punti (b) u (d), mill-31 ta’ Diċembru 2026 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jintemm f’dik id-data jew wara;

(o)

għall-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15), mill-1 ta’ Jannar 2030 fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data relatata ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137 tal-10 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 19, 20.1.2023, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/137/oj).

(3)   https://europa.eu/!f6H9nX.

(4)   https://europa.eu/!FNRFFB.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/471/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)