<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-48/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017TJ0048</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:780">EU:T:2019:780</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20191107">7.11.2019</DATE> – Kawża T‑48/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">ADDE vs Il‑Parlament</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l‑Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Dritt istituzzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Il-Parlament Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara ineliġibbli ċertu nfiq ta’ partit politiku għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena 2015</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tagħti sussidju għas-sena 2017 u li tipprevedi l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u l-obbligu ta’ provvista ta’ garanzija bankarja</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ imparzjalità</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Regolament Finanzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2004/2003</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑48/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Alliance for Direct Democracy in Europe ASBL (ADDE)</HT>, stabbilita fi Brussell (il-Belġju), inizjalment irrappreżentata minn L. Defalque u L. Ruessmann, sussegwentement minn M. Modrikanen u fl-aħħar minn Y. Rimokh, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn C. Burgos u S. Alves, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Parlament tal‑<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE> li tiddikjara ċertu nfiq ineliġibbli għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena 2015 u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Parlament FINS‑2017‑13 tat‑<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE> dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrenti għas-sena 2017, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju suġġett għall-provvista ta’ garanzija bankarja,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla Estiża),</P><P>komposta minn A. M. Collins (Relatur), President, M. Kancheva, R. Barents, J. Passer u G. De Baere, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: F. Oller, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Alliance for Direct Democracy in Europe ASBL (ADDE), hija partit politiku fil-livell Ewropew fis-sens tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 500).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2004/2003, applikazzjoni għal finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Matul il-laqgħa tiegħu tal‑<DATE ISO="20141215">15 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-Bureau tal-Parlament Ewropew adotta d-deċiżjoni tiegħu FINS‑2015‑14, li tat sussidju massimu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1241725</FT> lir-rikorrenti għas-sena finanzjarja 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, l-awditur estern adotta r-rapport ta’ awditu tiegħu li qies l-infiq fl-ammont ta’ EUR 157 935.05 għas-sena finanzjarja 2015 bħala ineliġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Minn Mejju 2016, is-servizzi tal-Parlament wettqu kontrolli addizzjonali. Wara dawn il-kontrolli, fit‑<DATE ISO="20160523">23 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-Parlament bagħat ittra lir-rikorrenti fejn informaha b’deċiżjoni tal-Bureau tiegħu tad‑<DATE ISO="20160509">9 ta’ Mejju 2016</DATE> li kienet tispeċifika l-kriterji ta’ interpretazzjoni tal-projbizzjoni tal-finanzjament ta’ kampanji ta’ referendum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fis‑26 u fis‑<DATE ISO="20160927">27 ta’ Settembru 2016</DATE>, is-servizzi tal-Parlament wettqu żjara ta’ spezzjoni fl-uffiċċji tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160930">30 ta’ Settembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat applikazzjoni għal finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20161014">14 ta’ Ottubru 2016</DATE>, id-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament informa lir-rikorrenti li, wara r-rapport ta’ awditu estern u l-kontrolli addizzjonali mwettqa mis-servizzi tal-Parlament, serje ta’ nfiq ġiet meqjusa bħala ineliġibbli għas-sena finanzjarja 2015. Ir-rikorrenti ġiet mistiedna tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20161104">4 ta’ Novembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20161102">2 ta’ Novembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-ittra tad-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament tal‑<DATE ISO="20161014">14 ta’ Ottubru 2016</DATE>. Barra minn hekk, hija talbet li tinstema’ fil-laqgħa tal-Bureau tal-Parlament prevista sabiex tiġi adottata d-deċiżjoni dwar ir-rapport finali li hija kienet ippreżentat għas-sena finanzjarja 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament stieden lill-Bureau tal-Parlament sabiex jadotta d-deċiżjoni dwar ir-rapport finali li r-rikorrenti kienet ippreżentat għas-sena finanzjarja 2015, billi ddikjara ċertu nfiq ineliġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Matul il-laqgħa tiegħu tal‑<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-Bureau tal-Parlament eżamina r-rapport finali li r-rikorrenti kienet ippreżentat għas-sena finanzjarja 2015 wara l-għeluq tal-kontijiet tagħha għall-imsemmija sena finanzjarja. Huwa ddikjara li s-somma ta’ EUR 500 615.55 ma kinitx eliġibbli u ffissa l-ammont tas-sussidju finali allokat lir-rikorrenti għal EUR 820 725.08. Għalhekk, huwa talab ir-rimbors mingħand ir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 172 654.92 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20161205">5 ta’ Diċembru 2016</DATE>, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament stieden lill-Bureau sabiex jadotta d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjonijiet għal finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għas-sena finanzjarja 2017, ippreżentati minn numru ta’ partiti politiċi u ta’ fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew, fosthom ir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Matul il-laqgħa tiegħu tat‑<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>, il-Bureau tal-Parlament Ewropew adotta d-deċiżjoni tiegħu FINS‑2017‑13, li tat sussidju massimu ta’ EUR 1 102 642.71 lir-rikorrenti għas-sena finanzjarja 2017 u li kienet tipprevedi li l-prefinanzjament huwa limitat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju, u dan suġġett għall-provvista ta’ garanzija bankarja mal-ewwel talba (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Din id-deċiżjoni ġiet iffirmata u kkomunikata lir-rikorrenti fil‑<DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20170127">27 ta’ Jannar 2017</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess jum, ir-rikorrenti ressqet talba għal miżuri provviżorji. Din it-talba ġiet miċħuda permezz ta’ digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>ADDE vs Il‑Parlament Ewropew</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑48/17 R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:170">EU:T:2017:170</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). L-ispejjeż ta’ din l-istanza ġew irriżervati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara l-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura, ir-rikorrenti ssejħet għal seduta inizjalment prevista għas‑<DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li ġiet posposta minħabba l-indisponibbiltà tar-rappreżentant tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20180730">30 ta’ Lulju 2018</DATE>, ir-rikorrenti ressqet talba sabiex tingħata l-benefiċċju tal-għajnuna legali abbażi tal-Artikolu 147 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Fid-dawl tal-osservazzjonijiet tal-Parlament, u wara li għamlet ċerti mistoqsijiet lir-rikorrenti u stednitha tippreżenta ċerti dokumenti bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għal għajnuna legali permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20190205">5 ta’ Frar 2019</DATE>, ADDE vs Il‑Parlament Ewropew (T‑48/17 AJ, mhux ippubblikat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara l-ħatra ta’ rappreżentant ġdid mir-rikorrenti, is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet orali tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat‑<DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 sa fejn tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju suġġett għall-provvista ta’ garanzija bankarja;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiddikjara ineliġibbli ċertu nfiq għas-sena finanzjarja 2015, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża; it-tieni wieħed, fuq il-ksur tal-Artikoli 7 sa 9 tar-Regolament Nru 2004/2003; u, it-tielet wieħed, fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li r-rikors ma jinkludi l-ebda argument li jiżviluppa t-tielet motiv, li huwa għalhekk imsemmi b’mod astratt, l-imsemmi motiv huwa inammissibbli peress li s-sempliċi invokazzjoni tal-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni li jkun allegat il-ksur tiegħu, mingħajr ma jiġu indikati l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom tkun ibbażata din l-allegazzjoni, ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑219/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:121">EU:T:2007:121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 huwa maqsum f’żewġ partijiet. Permezz tal-ewwel parti tal-imsemmi motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), peress li d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 ma hijiex ekwa u lanqas imparzjali minħabba l-kompożizzjoni tal-Bureau tal-Parlament. B’mod partikolari, hija tirrileva li dan il-Bureau, kompost mill-President u mill-erbatax-il Viċi President tal-Parlament, ma jinkludi l-ebda rappreżentant tal-partiti magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ewroxettiċi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Għaldaqstant, fid-dawl tal-kompożizzjoni tiegħu, l-imsemmi Bureau ma huwiex f’pożizzjoni li jiżgura l-kontroll imparzjali u oġġettiv tal-fondi allokati lill-partiti politiċi Ewropej u lill-fondazzjonijiet politiċi marbuta magħhom. Dan huwa barra minn hekk ikkonfermat mill-ħolqien ta’ awtorità indipendenti għal dawn il-finijiet, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20141022">22 ta’ Ottubru 2014</DATE> dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="317" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 317, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li Ulrike Lunacek, Viċi President tal-Parlament fil-Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea u membru tal-Bureau tal-Parlament, pubblikament għamlet kummenti, qabel il-laqgħa li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015, li kienu juru l-ostilità tagħha u n-nuqqas ta’ imparzjalità tagħha fil-konfront tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, żgurati mill-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta u mill-Artikolu 224 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fis-seħħ f’dak iż-żmien. Hija ssostni li l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha tat‑<DATE ISO="20161102">2 ta’ Novembru 2016</DATE> ma ġewx ikkomunikati lill-Bureau tal-Parlament. Skontha, in-nota indirizzata mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament lill-imsemmi Bureau kienet sempliċement tindika li l-imsemmija osservazzjonijiet kienu disponibbli fuq talba. Hija ssostni wkoll li, minkejja talba f’dan is-sens, hija ma ġietx mistiedna tinstema’ minn dan il-Bureau matul il-laqgħa li matulha ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015. Fl-aħħar nett, hija tirrileva li d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 kienet diġà ġiet adottata u ffirmata qabel il-laqgħa tal-Bureau tal-Parlament tal‑<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE> peress li din kienet intbagħtitilha bil-posta elettronika qabel it-tmiem previst tal-imsemmija laqgħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti żżid li d-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament u s-Segretarju Ġenerali tal-Parlament fin-nota tiegħu lill-Bureau tal-Parlament la ħadu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha tat‑<DATE ISO="20161102">2 ta’ Novembru 2016</DATE> u lanqas ikkummentaw dwarhom jew irrifjutawhom. Skontha, l-ittra tal-imsemmi Direttur Ġenerali tal-Finanzi tal‑<DATE ISO="20161014">14 ta’ Ottubru 2016</DATE> li ġiet indirizzata lilha u n-nota tal-imsemmi Segretarju Ġenerali tal‑<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE> li ġiet indirizzata lill-imsemmi Bureau huma identiċi. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, hija ssostni li d-dritt tagħha li tinstema’ mill-awtorità kompetenti, jiġifieri dan il-Bureau, ġie miksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Parlament jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, il-Parlament isostni li r-rikorrenti ma ressqet l-ebda prova dwar l-allegata parzjalità tal-Bureau tiegħu. Barra minn hekk, il-kompetenza tal-imsemmi Bureau sabiex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew tirriżulta mill-Artikolu 224 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fis-seħħ f’dak iż-żmien u mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament tad‑<DATE ISO="20040329">29 ta’ Marzu 2004</DATE> li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fuq livell Ewropew u r-regoli dwar l-iffinanzjar tagħhom, kif emendata (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="063" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, C 63, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Deċiżjoni tal-Bureau tad‑<DATE ISO="20040329">29 ta’ Marzu 2004</DATE><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), mingħajr ma r-rikorrenti qajmet ebda eċċezzjoni ta’ illegalità kontra dawn id-dispożizzjonijiet. Barra minn hekk, il-Parlament jirrimarka li r-Regolament Nru 1141/2014 ma japplikax f’dan il-każ u li, fi kwalunkwe każ, il-kompetenza sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal finanzjament hija dejjem tal-Parlament u mhux tal-awtorità indipendenti maħluqa minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni fil-kontroreplika li l-allegazzjonijiet magħmula mir-rikorrenti dwar l-assenza ta’ imparzjalità ta’ membru tal-Bureau tiegħu kienu jikkonċernaw membru wieħed biss ta’ dan il-korp. Barra minn hekk, skontu, id-dikjarazzjonijiet inkwistjoni ma jurux assenza ta’ imparzjalità, iżda jindikaw biss li din il-membru kienet diġà eżaminat il-kwistjoni u kienet diġà ddeċidiet kif kienet ser tivvota waqt il-laqgħa tal-imsemmi Bureau.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ, il-Parlament isostni li r-rikorrenti kienet ġiet mistiedna tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-fatt li serje ta’ nfiq setgħet titqies bħala ineliġibbli għas-sena finanzjarja 2015, u hija għamlet dan fit‑<DATE ISO="20161102">2 ta’ Novembru 2016</DATE>. Fil-fehma tiegħu, dawn l-osservazzjonijiet kienu ġew eżaminati mid-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tiegħu, li qies li dawn ma setgħux jinvalidaw l-ineliġibbiltà tal-infiq inkwistjoni. Barra minn hekk, huwa josserva li n-nota tas-Segretarju Ġenerali tiegħu tal‑<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE> li stiednet lill-Bureau tiegħu sabiex jadotta d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 kienet tirreferi espliċitament għall-imsemmija osservazzjonijiet. Barra minn hekk, huwa jindika li din in-nota żiedet li l-istess osservazzjonijiet kienu għad-dispożizzjoni mis-Segretarjat tiegħu fuq talba. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-allegazzjoni li l-imsemmija deċiżjoni kienet ġiet adottata u ffirmata qabel il-laqgħa tal-imsemmi Bureau, huwa jsostni li, għalkemm din id-deċiżjoni kienet ġiet ippreparata qabel l-imsemmija laqgħa, hija kienet intbagħtet lir-rikorrenti biss wara li l-Bureau kien eżaminaha u adottaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qabelxejn tqis li għandha tiġi eżaminata t-tieni parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta, id-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi b’mod partikolari d-dritt ta’ kull persuna li tinstema’, qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali fil-konfront tagħha li tolqotha negattivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 224(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fis-seħħ f’dak iż-żmien, il-Bureau tal-Parlament, wara t-tmiem tas-sena baġitarja, għandu japprova r-rapport ta’ attività finali u d-dikjarazzjoni finanzjarja tal-partit politiku benefiċjarju. Skont il-paragrafu 5 tal-istess artikolu,<?PAGE NO="6"?> il-Bureau jaġixxi abbażi ta’ proposta tas-Segretarju Ġenerali. Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 4 ta’ dan l-artikolu, il-Bureau għandu jisma’ lir-rappreżentanti tal-partiti politiċi kkonċernati qabel ma jieħu deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li japplika meta amministrazzjoni jkollha l-intenzjoni li tadotta, fil-konfront ta’ persuna, att li jikkawżalha preġudizzju. Skont dan il-prinċipju, id-destinatarji ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw sinjifikattivament l-interessi tagħhom għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni li jressqu l-fehmiet tagħhom b’mod effettiv fir-rigward tal-informazzjoni li fuqha l-amministrazzjoni jkollha l-intenzjoni li tibbaża d-deċiżjoni tagħha. Għal dan l-għan, huma għandu jkollhom terminu suffiċjenti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sopropé</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:746">EU:C:2008:746</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-ilment tar-rikorrenti li hija ma nstemgħetx speċifikament fil-kuntest ta’ seduta waqt il-laqgħa tal-Bureau tal-Parlament li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li la l-leġiżlazzjoni inkwistjoni u lanqas il-prinċipju ġenerali tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jagħtuha d-dritt għal seduta formali, peress li l-possibbiltà li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub hija suffiċjenti sabiex tiżgura r-rispett tad-dritt għal smigħ (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050927">27 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Common Market Fertilizers vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑134/03 u T‑135/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:339">EU:T:2005:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Bank Melli Iran vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑35/10 u T‑7/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:397">EU:T:2013:397</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Huwa stabbilit ukoll li r-rikorrenti setgħet tippreżenta l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha fit‑<DATE ISO="20161102">2 ta’ Novembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-ilment tar-rikorrenti li l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha tat‑<DATE ISO="20161102">2 ta’ Novembru 2016</DATE> ma ġewx ikkomunikati lill-Bureau tal-Parlament, hemm lok li jiġi rrilevat li l-punti 5 u 6 tan-nota tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal‑<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE> li tistieden lill-Bureau tal-Parlament sabiex jadotta d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 jirreferu għal dawn l-osservazzjonijiet, jindikaw li dawn ittieħdu inkunsiderazzjoni u jżidu li d-dokumenti oriġinali huma disponibbli fuq talba mis-Segretarjat tal-Parlament. Għaldaqstant, dan l-ilment ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tielet nett, hemm lok li tiġi miċħuda l-allegazzjoni tar-rikorrenti li d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 kienet ġiet adottata u ffirmata qabel il-laqgħa tal-Bureau tal-Parlament peress li l-imsemmija deċiżjoni kienet intbagħtet lir-rikorrenti permezz tal-posta elettronika fil‑<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE> fis‑19.16, jiġifieri qabel it-tmiem tal-imsemmija laqgħa. Kif isostni ġustament il-Parlament, xejn ma jipprekludi li abbozz ta’ deċiżjoni jkun ġie ppreparat qabel din il-laqgħa, bħal f’dan il-każ. Barra minn hekk, il-Parlament jippreċiża li din id-deċiżjoni kienet intbagħtet lir-rikorrenti biss wara li l-Bureau kien eżamina l-kwistjoni u adotta d-deċiżjoni inkwistjoni. Hemm lok li jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma pproduċiet l-ebda prova li tippermetti li jitqies li din l-aħħar affermazzjoni hija żbaljata. Għaldaqstant, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li d-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament u s-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, fin-nota ta’ dan tal-aħħar tal‑<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, la ħadu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha tat‑<DATE ISO="20161102">2 ta’ Novembru 2016</DATE> u lanqas ikkummentaw dwarhom jew irrifjutawhom, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija nota tirreferi espliċitament għal dawn l-osservazzjonijiet u tindika li dawn ittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-proposta inkwistjoni. Għaldaqstant, il-Parlament ma jistax jinżamm responsabbli għal ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti f’dan ir-rigward. Peress li r-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 ma tweġibx b’mod adegwat għall-argumenti esposti fl-osservazzjonijiet tagħha, hija r-responsabbiltà tagħha li tikkontesta l-mertu ta’ din id-deċiżjoni, kif hija għamlet barra minn hekk fil-kuntest tat-tieni motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015, hemm lok li jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 41(1) tal-Karta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Id-dritt għal amministrazzjoni tajba<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b’mod imparzjali u ġust u f’terminu raġonevoli mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b’mod imparzjali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, żgurat mill-Artikolu 41(1) tal-Karta, jirrifletti prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:982">EU:C:2017:982</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba jimplika, b’mod partikolari, l-obbligu għall-istituzzjoni kompetenti li teżamina, b’reqqa u b’imparzjalità, l-elementi rilevanti kollha tal-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Schniga vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑625/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:435">EU:C:2017:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ imparzjalità jkopri, minn naħa, l-imparzjalità suġġettiva, fis-sens li l-ebda membru tal-istituzzjoni kkonċernata inkarigat mill-kawża ma għandu jimmanifesta pożizzjoni diġà meħuda jew preġudizzju personali, u, min-naħa l-oħra, l-imparzjalità oġġettiva, fis-sens li l-istituzzjoni għandha toffri garanziji suffiċjenti sabiex teskludi f’dan ir-rigward kull dubju leġittimu (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ziegler vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:513">EU:C:2013:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0155">155</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:982">EU:C:2017:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>August Wolff u Remedia vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑680/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:257">EU:C:2019:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet li jistgħu jikkontestaw ir-rekwiżiti ta’ imparzjalità, hemm lok li jitfakkar li dak li huwa importanti huwa s-sens reali tagħhom, u mhux il-forma letterali tagħhom. Barra minn hekk, il-kwistjoni dwar jekk id-dikjarazzjonijiet jistgħux jikkostitwixxu ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, u b’mod partikolari tad-dritt li l-kawżi jiġu ttrattati b’mod imparzjali, għandha tiġi deċiża fil-kuntest taċ-ċirkustanzi partikolari li fihom ġiet ifformulata d-dikjarazzjoni kkontestata. B’mod partikolari, hemm lok li jiġi eżaminat jekk id-dikjarazzjonijiet sempliċement jenfasizzawx l-eżistenza ta’ riskju ta’ ksur tar-regoli applikabbli jew jippreġudikawx deċiżjoni definittiva f’dan ir-rigward (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Atlantic Container Line <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑191/98 u T‑212/98 sa T‑214/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:245">EU:T:2003:245</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0445">445</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0448">448</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta l-Parlament ikollu setgħa diskrezzjonali wiesgħa, l-istħarriġ ġudizzjarju li jsir fuq l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa huwa limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli ta’ proċedura u ta’ motivazzjoni, kif ukoll tal-eżattezza materjali tal-fatti, tal-assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u ta’ użu ħażin ta’ poter (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090520">20 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>VIP Car Solutions vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑89/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:163">EU:T:2009:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151110">10 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>GSA u SGI vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑321/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:834">EU:T:2015:834</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, f’każijiet fejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkollhom tali setgħa diskrezzjonali, l-osservanza tal-garanziji mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi, fosthom il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u b’mod partikolari l-obbligu ta’ imparzjalità, hija ta’ importanza iktar fundamentali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Technische Universität München</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-każ, fir-rigward ta’ proċedura amministrattiva li tirrigwarda evalwazzjonijiet legali u ta’ kontabbiltà kumplessi, għandu jiġi kkonstatat li l-Parlament għandu ċertu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jieħu deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà tal-infiq imġarrab mir-rikorrenti għas-sena finanzjarja 2015, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament Nru 2004/2003.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandu jiġi eżaminat il-każ preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tqis li, min-natura tagħha, il-kompożizzjoni tal-Bureau tal-Parlament hija suffiċjenti fiha nnifisha sabiex tiġi kkontestata l-imparzjalità ta’ dan il-korp. Dan l-argument ma jistax jintlaqa’ għal tliet raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jiġi rrilevat li l-Bureau tal-Parlament huwa korp kolleġjali, kompost minn president u minn erbatax-il viċi-president tal-Parlament, li huma kollha eletti b’vot tal-Membri tal-Parlament, skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fis-seħħ f’dak iż-żmien. Għaldaqstant, il-kompożizzjoni ta’ dan il-korp hija intiża sabiex tirrifletti l-pluralità eżistenti fi ħdan il-Parlament innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Sussegwentement, huwa irrilevanti li r-Regolament Nru 1141/2014 ħoloq awtorità indipendenti sabiex teżerċita ċerti funzjonijiet fir-rigward tal-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew, peress li l-imsemmi regolament ma japplikax għall-fatti li wasslu għal din il-kawża. Fil-fatt, skont l-Artikolu 41 tiegħu, dan ir-regolament sar applikabbli biss mill‑<DATE ISO="20170101">1 ta’ Jannar 2017</DATE>. Fi kwalunkwe każ, skont l-Artikolu 18(4) tal-istess regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament tat‑<DATE ISO="20170612">12 ta’ Ġunju 2017</DATE> li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1141/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="205" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, C 205, p. 2</REF.DOC.OJ>), il-kompetenza sabiex jittieħdu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal finanzjament dejjem tappartjeni lil dan il-Bureau.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif irrileva ġustament il-Parlament, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma qajmitx eċċezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE kontra d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kompożizzjoni tal-Bureau tal-Parlament u l-kompetenza tiegħu sabiex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew, b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 25 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fis-seħħ f’dak iż-żmien u l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad‑<DATE ISO="20040329">29 ta’ Marzu 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-aġir ta’ waħda mill-membri tal-Bureau tal-Parlament, ir-rikorrenti ssostni li l-imsemmija membru pubblikament ifformulat dikjarazzjonijiet li juru n-nuqqas ta’ imparzjalità tagħha fil-konfront tagħha qabel il-laqgħa tal-imsemmi Bureau tal‑<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-fondatezza tal-ilment tar-rikorrenti dwar id-dikjarazzjonijiet magħmula minn membru tal-Bureau tal-Parlament, hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni sensiela ta’ elementi, bħall-kontenut tad-dikjarazzjonijiet kontenzjużi, il-funzjonijiet tal-persuna li fformulat id-dikjarazzjonijiet u r-rwol effettivament eżerċitat minn din il-persuna fil-proċedura ta’ deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda d-dikjarazzjonijiet kontenzjużi, hemm lok li jiġi rrilevat f’dan il-każ li, fis‑<DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-grupp politiku li tifforma parti minnu l-membru inkwistjoni tal-Bureau tal-Parlament ħareġ stqarrija għall-istampa li kienet tinkludi d-dikjarazzjoni, ifformulata mill-imsemmi membru, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[q]ed nistennew li r-rapport ta’ awditu jiġi kkonfermat matul il-laqgħa tal-Bureau tal-Parlament Ewropew nhar it-Tnejn u li l-awtoritajiet tal-Parlament jagħtu tweġiba soda u inekwivokabbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[il]-fondi għandhom jitħallsu lura u l-UKIP għandu jirrispondi għall-manipulazzjoni frawdolenti tiegħu tal-elettorat Britanniku<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Din l-istqarrija żiedet li r-rikorrenti kienet partit politiku fil-livell Ewropew iddominat mill-UKIP, jiġifieri l-UK Independence Party.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fit‑<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-membru inkwistjoni tal-Bureau tal-Parlament ippubblikat kumment fuq il-midja soċjali li kien jgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[t]rid tkun sfaċċat sabiex tmaqdar lill-[Unjoni] f’kull okkażjoni, waqt li, fl-istess ħin, tirċievi fondi tal-[Unjoni] b’mod illegali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Bħala tweġiba għal kumment ta’ persuna terza fuq il-midja soċjali, il-membru tal-Bureau żiedet dan li ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[j]ien hawnhekk qed nitkellem dwar l-użu frawdolenti ta’ fondi!<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Il-minuti tal-laqgħa tal-Bureau tal-Parlament tal‑<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE>, li huma disponibbli online fis-sit internet tal-Parlament u li matul is-seduta l-Qorti Ġenerali staqsiet lill-Parlament dwarhom, isemmu l-fatt li l-membru tal-Bureau attendiet il-laqgħa u pparteċipat fid-dibattiti li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015. Barra minn hekk, skont dawn il-minuti, l-uniku intervent ta’ membru tal-Bureau waqt id-diskussjoni dwar dan il-punt tal-aġenda kien dak tal-membru inkwistjoni, u dan jippermetti li jiġi kkonstatat li din il-persuna kellha rwol attiv waqt id-dibattiti, minkejja li d-deċiżjoni ttieħdet fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi rrilevat li l-membru tal-Bureau tal-Parlament għamlet kummenti li, mill-perspettiva ta’ osservatur estern, kienu jippermettu li jitqies li l-imsemmija membru kienet ippreġudikat il-kwistjoni qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015. Fil-fatt, il-kummenti inkwistjoni ma kinux limitati sabiex jikkonstataw is-sempliċi eżistenza ta’ riskju ta’ ksur tar-regoli applikabbli iżda kienu jindikaw li l-ġbir tal-fondi kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>illegali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>frawdolenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Barra minn hekk, anki jekk din il-membru ma kellhiex il-funzjoni ta’ relatur jew ta’ president, il-Parlament ammetta, waqt is-seduta, li l-membru inkwistjoni kienet, flimkien ma’ membru ieħor, responsabbli fi ħdan il-Bureau sabiex issegwi l-fajls relatati mal-finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma humiex konvinċenti l-argumenti mressqa mill-Parlament fil-kontroreplika, li skonthom dawn il-kummenti kienu joriġinaw minn membru wieħed tal-Bureau tiegħu u kienu sempliċement juru li l-membru inkwistjoni kienet eżaminat il-kwistjoni u li kienet diġà ddeċidiet kif kienet ser tivvota.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-fatt li d-dubji fir-rigward tal-apparenzi ta’ imparzjalità jaffettwaw biss persuna waħda fi ħdan korp kolleġjali kompost minn ħmistax-il membru ma huwiex neċessarjament determinanti, fid-dawl tal-fatt li din il-persuna setgħet teżerċita influwenza deċiżiva waqt id-deliberazzjonijiet (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, Morice vs Franza, CE:ECHR:2015:0423JUD002936910, punt 89). F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar ir-rwol attiv li kellha l-membru inkwistjoni waqt il-laqgħa tal-Bureau, kif jirriżulta mill-minuti (ara l-punt 55 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-argument tal-Parlament li d-dikjarazzjonijiet kontenzjużi kienu limitati sabiex jindikaw kif ser tivvota l-membru tal-Bureau tiegħu inkwistjoni, hemm lok li jiġi rrilevat li mhux biss hemm bżonn li l-imsemmi Bureau jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod imparzjali, iżda li huwa meħtieġ ukoll li joffri garanziji suffiċjenti sabiex jeskludi f’dan ir-rigward kull dubju leġittimu, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq. Minħabba l-kontenut kategoriku u inekwivokabbli tal-imsemmija dikjarazzjonijiet, ifformulati qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015, għandu jiġi kkonstatat li l-apparenzi ta’ imparzjalità ġew serjament kompromessi f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Parlament ma jistax validament jopponi l-fatt li l-membru tal-Bureau tiegħu li hija l-awtur tad-dikjarazzjonijiet kontenzjużi setgħet tesprimi l-opinjoni personali tagħha, peress li, bħala prinċipju, il-membri ta’ korp kolleġjali ta’ deċiżjoni ma jistgħux jesprimu pubblikament l-opinjoni personali tagħhom dwar kawża pendenti li tista’ tneħħi s-sustanza tar-rekwiżit ta’ imparzjalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Parlament għandu joffri garanziji suffiċjenti sabiex jeskludi kull dubju dwar l-imparzjalità tal-membri tiegħu matul it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura amministrattiva, li jimplika li l-membri għandhom jastjenu milli jagħmlu kummenti pubbliċi relatati mal-ġestjoni tajba jew ħażina tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew tal-fondi mogħtija meta l-fajls ikunu għadhom qegħdin jiġu eżaminati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, hemm lok li tintlaqa’ l-ewwel parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 7 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015, ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament kiser l-Artikoli 7 sa 9 tar-Regolament Nru 2004/2003 billi qies li ċertu nfiq kien ineliġibbli peress li dan intuża għall-finanzjament ta’ partiti politiċi nazzjonali u ta’ kampanja ta’ referendum. B’mod partikolari, hija tikkontesta l-konklużjonijiet ta’ ineliġibbiltà relatati, l-ewwel nett, mal-finanzjament ta’ ċertu stħarriġ fir-Renju Unit, it-tieni nett, mal-pagamenti magħmula lil tliet konsulenti fir-Renju Unit u, it-tielet nett, ma’ ċerti pagamenti marbuta mal-Partit Popolari tal-Belġju. Ir-raba’ nett, hija tikkontesta l-fondatezza tal-imsemmija deċiżjoni sa fejn din tqis bħala ineliġibbli l-pagamenti lil fornitur minħabba allegat kunflitt ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konklużjoni li tirriżulta mill-eżami tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015, f’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tqis li, fil-kuntest tat-tieni motiv, huwa xieraq li tingħata deċiżjoni biss fuq l-ilment dwar id-dikjarazzjoni ta’ ineliġibbiltà tal-infiq marbut ma’ stħarriġ imwettaq f’seba’ Stati Membri f’Diċembru 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta l-interpretazzjoni tal-Parlament li l-finanzjament tal-istħarriġ imwettaq f’seba’ Stati Membri jmur kontra l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2004/2003 dwar il-projbizzjoni tal-finanzjament indirett ta’ partit politiku nazzjonali. Barra minn hekk, hija tikkontesta l-fatt li l-infiq relatat ma’ dan l-istħarriġ jista’ jiġi ddikjarat ineliġibbli minħabba l-projbizzjoni tal-finanzjament ta’ kampanji ta’ referendum prevista fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Il-Parlament jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-Parlament jenfasizza li l-istħarriġ imwettaq wara l-elezzjonijiet leġiżlattivi fir-Renju Unit bejn Ġunju u Diċembru 2015 kienu parzjalment jirrigwardaw kwistjonijiet ta’ politika nazzjonali, iżda fuq kollox dwar ir-referendum dwar il-Brexit. Fil-kontroreplika, huwa jissuġġerixxi li l-istħarriġ imwettaq f’seba’ Stati Membri kien fih mistoqsijiet dwar is-sħubija tar-Renju Unit mal-Unjoni u l-pożizzjoni tal-parteċipanti fir-rigward tar-referendum dwar il-Brexit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali matul is-seduta, il-Parlament sostna li l-istħarriġ imwettaq f’seba’ Stati Membri kien orjentat lejn ir-Renju Unit u kien jirrigwarda essenzjalment ir-referendum dwar il-Brexit, favur il-UKIP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istħarriġ li twettaq wara l-elezzjonijiet leġiżlattivi fir-Renju Unit bejn Ġunju u Diċembru 2015, mid-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 jirriżulta li l-infiq relatat magħhom ġie meqjus bħala ineliġibbli għal żewġ raġunijiet, jiġifieri l-projbizzjoni tal-finanzjament indirett ta’ partit politiku nazzjonali, prevista fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2004/2003, u l-projbizzjoni tal-finanzjament ta’ kampanji ta’ referendum, stabbilita fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 8 tal-istess regolament. Fil-fatt, skont l-imsemmija deċiżjoni, dan l-istħarriġ kien jirrigwarda b’mod partikolari r-referendum dwar il-Brexit u parti minnu kienet parzjalment tirrigwarda wkoll kwistjonijiet ta’ politika nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2004/2003, il-fondi ta’ partiti politiċi fil-livell Ewropew li joriġinaw mill-baġit ġenerali tal-Unjoni jew minn kwalunkwe sors ieħor ma jistgħux jintużaw għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ partiti politiċi oħra, u b’mod partikolari ta’ partiti nazzjonali jew ta’ kandidati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li jeżisti finanzjament indirett meta partit nazzjonali jikseb vantaġġ finanzjarju anki jekk ma jkun hemm l-ebda trasferiment dirett ta’ fondi, pereżempju billi jevita ċertu nfiq li kien ikun dovut (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181127">27 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Mouvement pour une Europe des nations et des libertés vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑829/16</NO.CASE>, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:840">EU:T:2018:840</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, għandu jsir riferiment għal sensiela ta’ indizji temporali, ġeografiċi u dawk relatati<?PAGE NO="11"?> mal-kontenut tal-att iffinanzjat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181127">27 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Mouvement pour une Europe des nations et des libertés vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑829/16</NO.CASE>, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:840">EU:T:2018:840</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-projbizzjoni tal-finanzjament ta’ kampanji ta’ referendum, hemm lok li jiġi rrilevat li r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2004/2003 jistabbilixxi li l-infiq eliġibbli ma għandux iservi sabiex jiffinanzja kampanji ta’ referendum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tiegħu tad‑<DATE ISO="20160509">9 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-Bureau tal-Parlament ippreċiża li l-kwistjoni dwar jekk attività ta’ partit politiku fil-livell Ewropew kinitx tikkostitwixxi kampanja ta’ referendum kienet tiddependi b’mod partikolari minn ċerti kundizzjonijiet, jiġifieri, l-ewwel nett, jekk l-eventwali żamma ta’ tali referendum kinitx diġà ġiet mgħarrfa lill-pubbliku, anki jekk din kienet għadha ma kinitx is-suġġett ta’ dikjarazzjoni uffiċjali; it-tieni nett, jekk kinitx teżisti rabta diretta u manifesta bejn l-attività inkwistjoni tal-partit politiku u l-kwistjoni msemmija fir-referendum; u, it-tielet nett, jekk kinitx teżisti prossimità <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> bejn l-attività inkwistjoni tal-partit politiku u d-data prevista għar-referendum, anki mhux uffiċjalment. F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Parlament ma jikkontestax li d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 tapplika l-kriterji speċifikati fid-deċiżjoni tal-imsemmi Bureau tad‑<DATE ISO="20160509">9 ta’ Mejju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandha tiġi eżaminata l-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 sa fejn din tqis bħala ineliġibbli l-infiq marbut mal-istħarriġ imwettaq f’seba’ Stati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Mill-eżami tad-dokument li jinkludi r-riżultati tal-istħarriġ imwettaq f’seba’ Stati Membri jirriżulta li dan twettaq fil-Belġju, fi Franza, fl-Ungerija, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Polonja, fl-Isvezja u fir-Renju Unit, b’kampjun ta’ madwar <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> persuna f’kull Stat. Il-mistoqsijiet, li kienu l-istess fis-seba’ Stati Membri, kienu jirrigwardaw is-sħubija ta’ dawn l-Istati Membri mal-Unjoni, il-vot tal-parteċipanti f’referendum possibbli dwar is-sħubija mal-Unjoni, ir-riforma tal-kundizzjonijiet ta’ sħubija mal-Unjoni, il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-ammissjoni ta’ refuġjati minn kull wieħed mis-seba’ Stati Membri, it-theddid għas-sigurtà tas-seba’ Stati Membri, il-parteċipazzjoni tas-seba’ Stati Membri f’forza armata Ewropea, u ż-żona Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-parti tal-istħarriġ imwettaq f’seba’ Stati Membri dwar ir-Renju Unit taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-finanzjament ta’ kampanji ta’ referendum prevista fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2004/2003, peress li l-leġiżlazzjoni dwar iż-żamma tar-referendum fir-Renju Unit ġiet approvata b’mod definittiv f’Diċembru 2015, jiġifieri fil-mument tal-imsemmi stħarriġ, u li l-kontenut ta’ din il-parti kien marbut mill-qrib, fil-parti l-kbira tiegħu, ma’ dan ir-referendum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dawn il-kunsiderazzjonijiet ma japplikawx fir-rigward tal-parti tal-istħarriġ imwettaq fis-sitt Stati Membri l-oħra, fejn ma kien previst l-ebda referendum dak iż-żmien. Barra minn hekk, il-Parlament ma argumentax, u lanqas ma wera, li l-imsemmija parti setgħet tkun ta’ xi utilità għall-kampanja tar-referendum dwar il-Brexit fir-Renju Unit. Għaldaqstant, minn din il-perspettiva, din il-parti tal-istħarriġ ma tistax titqies li hija intiża sabiex tiffinanzja kampanja ta’ referendum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-projbizzjoni tal-finanzjament indirett ta’ partit politiku nazzjonali, hemm lok li jiġi miċħud l-argument imressaq mill-Parlament li l-parti mill-istħarriġ dwar is-sitt Stati Membri l-oħra hija ta’ xi utilità għall-UKIP. Fil-fatt, ma ntweriex li l-kontenut tal-imsemmija parti jista’ jkun ta’ xi utilità għall-UKIP. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li din il-parti twettqet f’sitt Stati Membri, minbarra r-Renju Unit, li fihom il-UKIP ma huwiex stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, dan l-ilment għandu jiġi milqugħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konklużjonijiet li jinsabu fil-punti 62 u 79 iktar ’il fuq, id-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 għandha tiġi annullata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi, ibbażati, l-ewwel, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża, it-tieni, fuq il-ksur tal-Artikolu 134 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 298, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Regolament Finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), u tal-Artikolu 206 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad‑<DATE ISO="20121029">29 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="362" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 362, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), u, it-tielet, fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>L-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 huwa maqsum f’żewġ partijiet. Permezz tal-ewwel parti, ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll l-Artikolu 41 tal-Karta. F’dan ir-rigward, hija tirreferi għall-argumenti żviluppati fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar is-sena finanzjarja 2015, imsemmija fil-punt 23 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, żgurati mill-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta u mill-Artikolu 224 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fis-seħħ f’dak iż-żmien. Insostenn ta’ din il-parti, ir-rikorrenti tirreferi l-ewwel nett għall-argumenti żviluppati fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar is-sena finanzjarja 2015, imsemmija fil-punt 25 iktar ’il fuq. It-tieni nett, hija żżid li d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 hija bbażata fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>opinjoni addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tal-awdituri esterni fuq il-vijabbiltà finanzjarja tagħha, li ma ġietx ikkomunikata lilha u li fuqha hija ma setgħetx tikkummenta. It-tielet nett, hija ssostni li din id-deċiżjoni kkontestata tal-aħħar affettwatha b’mod negattiv, peress li hija ma kinitx kapaċi tikseb il-garanzija bankarja mitluba u dan fl-aħħar mill-aħħar wassal għall-istralċ tagħha fis‑<DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-Parlament jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, f’dak li jirrigwarda l-ewwel parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar is-sena finanzjarja 2017, ir-rikorrenti tirreferi għall-argumenti żviluppati fil-kuntest tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar is-sena finanzjarja 2015, mingħajr madankollu ma tinvoka nuqqas ta’ imparzjalità li jirriżulta minn kummenti magħmula minn membru tal-Bureau tal-Parlament qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti tinvoka nuqqas ta’ imparzjalità tal-Bureau tal-Parlament minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, l-ewwel parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar is-sena finanzjarja 2017 għandha tiġi miċħuda bħala infondata għall-istess raġunijiet esposti fil-punti 40 sa 50 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 dwar il-ksur tad-dritt għal smigħ, qabelxejn għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 224(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fis-seħħ f’dak iż-żmien, il-Bureau tal-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal finanzjament imressqa minn partit politiku fil-livell Ewropew. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 5 tal-istess artikolu, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, l-imsemmi Bureau għandu jisma’ r-rappreżentanti tal-partit politiku kkonċernat qabel ma jieħu deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 224 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fis-seħħ f’dak iż-żmien ma jagħtix dritt speċifiku lill-partiti politiċi li jinstemgħu qabel ma l-Bureau tal-Parlament ikun adotta d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjonijiet tagħhom għal finanzjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Issa, minkejja din il-konstatazzjoni dwar l-Artikolu 224 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fis-seħħ f’dak iż-żmien, hemm lok li jiġi eżaminat jekk, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, ir-rikorrenti tistax validament tinvoka dritt għal smigħ direttament ibbażat fuq l-Artikolu 41(2) tal-Karta. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza jirriżulta li r-rispett tad-drittijiet tad-difiża jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi żgurat anki fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni jew meta l-leġiżlazzjoni applikabbli ma tipprevedix espressament tali formalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>M.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:744">EU:C:2012:744</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990709">9 ta’ Lulju 1999</DATE>, <NAME.CASE>New Europe Consulting u Brown vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑231/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1999:146">EU:T:1999:146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Bħala prinċipju, meta persuna tippreżenta applikazzjoni quddiem istituzzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari applikazzjoni għal finanzjament, id-dritt għal smigħ għandu jitqies li jkun ġie osservat meta l-istituzzjoni tadotta d-deċiżjoni tagħha fi tmiem il-proċedura abbażi tal-elementi ppreżentati mill-applikant, mingħajr ma tagħtih opportunità addizzjonali li jinstema’ lil hinn mill-argumenti li huwa seta’ jressaq fil-mument meta ppreżenta l-applikazzjoni tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Windpark Groothusen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑109/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1995:211">EU:T:1995:211</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>AEDEC vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑91/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:477">EU:T:2016:477</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Euris Consult vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑637/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:237">EU:T:2014:237</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0119">119</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Madankollu, b’mod eċċezzjonali, huwa possibbli li jiġi invokat il-ksur tad-dritt għal smigħ meta l-istituzzjoni tal-Unjoni tibbaża ruħha fuq kunsiderazzjonijiet ta’ fatt jew ta’ liġi li l-applikant ma kellux għarfien tagħhom jew fuq provi differenti minn dawk ipprovduti minnu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Windpark Groothusen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑109/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1995:211">EU:T:1995:211</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Euris Consult vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑637/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:237">EU:T:2014:237</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0119">119</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>AEDEC vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑91/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:477">EU:T:2016:477</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew meta tikkritika ċertu aġir tal-applikant mingħajr ma tagħtih l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu b’mod utli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990709">9 ta’ Lulju 1999</DATE>, <NAME.CASE>New Europe Consulting u Brown vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑231/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1999:146">EU:T:1999:146</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, hemm lok li jiġi rrilevat li, fil-kuntest ta’ proċeduri dwar il-ħlas ta’ dazji doganali, ġie deċiż li kien hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża meta r-rikorrent ma kienx f’pożizzjoni li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-rilevanza tal-fatti jew tad-dokumenti kkunsidrati fl-att ikkontestat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Technische Universität München</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980219">19 ta’ Frar 1998</DATE>, <NAME.CASE>Eyckeler &amp; Malt vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑42/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:40">EU:T:1998:40</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980917">17 ta’ Settembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Primex Produkte Import-Export <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑50/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:223">EU:T:1998:223</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandu jiġi eżaminat l-ilment imressaq mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel nett, id-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 mingħajr dubju tikkostitwixxi miżura individwali lejn ir-rikorrenti, fis-sens tal-Artikolu 41(2) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>It-tieni nett, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Parlament, din hija miżura li taffettwaha b’mod sfavorevoli, għaliex id-deċiżjoni li tagħti l-finanzjament hija suġġetta għal kundizzjonijiet li jimponu spejjeż mhux negliġibbli, jiġifieri l-obbligu li tiġi pprovduta garanzija bankarja u l-limitazzjoni tal-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19741023">23 ta’ Ottubru 1974</DATE>, <NAME.CASE>Transocean Marine Paint Association vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>17/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:106">EU:C:1974:106</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, dwar il-ksur tad-dritt għal smigħ fil-kuntest tal-għoti ta’ eżenzjoni suġġetta għal kundizzjonijiet skont id-dispożizzjoni li saret l-Artikolu 101(3) TFUE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 hija bbażata fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>opinjoni addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tal-awdituri esterni dwar il-vijabbiltà finanzjarja tagħha, li ma ġietx ikkomunikata lilha u li fuqha hija ma setgħetx tikkummenta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, anki jekk il-Parlament jammetti li ma kkomunikax l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>opinjoni addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> inkwistjoni bħala tali lir-rikorrenti qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017, hemm lok li jiġi rrilevat li n-noti tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal‑10 ta’ Novembru u tal‑<DATE ISO="20161205">5 ta’ Diċembru 2016</DATE> li stiednu lill-Bureau sabiex jadotta d-deċiżjonijiet ikkontestati, ipprovduti mir-rikorrenti stess, kienu jsemmu d-dubji tal-awdituri esterni fir-rigward tal-vijabbiltà finanzjarja tar-rikorrenti. Meta ġiet mistoqsija matul is-seduta, ir-rikorrenti affermat li hija rċeviet kopja tan-nota tal-imsemmi Segretarju Ġenerali tal‑<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE> matul dak l-istess xahar. Barra minn hekk, dawn id-dubji dwar il-vijabbiltà finanzjarja tar-rikorrenti kienu jinsabu wkoll fir-rapport ta’ awditu tal-awdituri esterni tat‑<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, li r-rikorrenti tirrikonoxxi li saret taf bihom f’ittra tal‑<DATE ISO="20160510">10 ta’ Mejju 2016</DATE> lill-awdituri esterni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-fatt li r-rikorrenti kienet diġà taf bid-dubji dwar il-vijabbiltà finanzjarja tagħha li ddeterminaw id-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017, ir-rikorrenti ma tistax tinvoka ksur tad-dritt għal smigħ fir-rigward taċ-ċirkustanzi ta’ fatt li hija diġà kienet taf bih qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, l-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 134 tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 206 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017, ir-rikorrenti ssostni li l-limitazzjoni tal-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju suġġett għall-provvista ta’ garanzija bankarja tmur kontra l-Artikolu 134 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 206 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 134 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 206 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-Artikolu 204j tar-Regolament Finanzjarju, introdott permezz tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1142/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20141022">22 ta’ Ottubru 2014</DATE> li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="317" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 317, p. 28</REF.DOC.OJ>). Hija tqis li hija ma kienet fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet identifikati f’din id-dispożizzjoni li jistgħu jeżiġu l-provvista ta’ garanzija bankarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti żżid li l-limitazzjoni tal-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju suġġett għall-provvista ta’ garanzija bankarja hija manifestament żbaljata, peress li d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 ittieħdet fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha fi tmiem is-sena 2015 u mhux fil-mument tal-adozzjoni tal-imsemmija miżuri, jiġifieri f’Diċembru 2016. Dan ġie kkonfermat mill-awditur estern. Fil-fehma tagħha, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kienet b’saħħitha<?PAGE NO="15"?> f’Diċembru 2016. B’mod partikolari, hija ssostni li hija kienet kisbet impenji ta’ donaturi potenzjali u li diversi delegazzjonijiet nazzjonali kienu aċċettaw li jżidu l-kontribuzzjoni tagħhom għal ammont li seta’ jkun bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">30000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tirrepeti li t-teħid inkunsiderazzjoni mill-Parlament ta’ awditu estern fuq il-vijabbiltà finanzjarja tagħha, li ma ġiex ikkomunikat lilha, jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Il-Parlament jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regolament Finanzjarju, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Il-garanzija ta’ qabel il-finanzjament<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, l-uffiċjal kompetenti jista’, jekk iqis li jkun xieraq u proporzjonat, skont il-każ u suġġett għal analiżi tar-riskju, jitlob garanzija bil-quddiem mingħand il-benefiċjarju sabiex jillimita r-riskji finanzjarji marbuta mal-ħlas ta’ prefinanzjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 206(1) tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, sabiex ir-riskji finanzjarji marbuta mal-ħlas ta’ prefinanzjament jiġu limitati, l-uffiċjal kompetenti jista’, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, jitlob garanzija bil-quddiem mingħand il-benefiċjarju, li l-ammont tagħha jista’ jilħaq dak tal-prefinanzjament, ħlief fil-każ ta’ sussidji ta’ valur żgħir, jew tal-ħlas f’diversi partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad‑<DATE ISO="20040329">29 ta’ Marzu 2004</DATE> jirriżulta li, ħlief fil-każ ta’ deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament, is-sussidju għandu jitħallas bħala prefinanzjament lill-benefiċjarji f’pagament uniku ekwivalenti għal 80 % tal-ammont massimu tas-sussidju, u dan fil-ħmistax-il jum ta’ wara d-data tad-deċiżjoni tal-għoti tas-sussidju. Prefinanzjament għal 100 % tal-ammont massimu tas-sussidju huwa possibbli, jekk il-benefiċjarju jipprovdi garanzija ta’ prefinanzjament skont l-Artikolu 206 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, li tkopri 40 % tas-sussidju mogħti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Mill-qari flimkien tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 104 sa 106 iktar ’il fuq jirriżulta li l-Parlament għandu s-setgħa, minn naħa, li jeżiġi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja u, min-naħa l-oħra, li jillimita l-ammont tal-prefinanzjament sabiex jillimita r-riskju finanzjarju għall-Unjoni marbut mal-ħlas ta’ prefinanzjamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Mill-eżami tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 104 sa 106 iktar ’il fuq jirriżulta li l-Parlament għandu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddetermina, minn naħa, l-eżistenza ta’ riskju finanzjarju għall-Unjoni u, min-naħa l-oħra, il-miżuri xierqa u neċessarji sabiex l-Unjoni tiġi protetta minn dan ir-riskju. B’mod partikolari, il-Parlament għandu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddeċiedi jekk hemmx lok li jiġu kkombinati ż-żewġ tipi ta’ miżuri msemmija fil-punt 107 iktar ’il fuq u sabiex jiġi ddeterminat, jekk ikun il-każ, l-ammont tal-prefinanzjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandhom jiġu eżaminati l-argumenti mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tat-tieni motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kif isostni ġustament il-Parlament, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 204j tar-Regolament Finanzjarju, introdott bir-Regolament Nru 1142/2014, ma japplikax għall-fatti li wasslu għal din il-kawża. Fil-fatt, skont l-Artikolu 2 tiegħu, dan ir-regolament sar applikabbli biss mill‑<DATE ISO="20170101">1 ta’ Jannar 2017</DATE>. Fi kwalunkwe każ, l-interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni mressqa mir-rikorrenti hija żbaljata, peress li mill-formulazzjoni tagħha jirriżulta li l-Parlament jista’ jeżiġi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bil-quddiem meta l-partit politiku inkwistjoni jkun f’riskju immedjat li jsib ruħu b’mod partikolari f’falliment jew fi stralċ u mhux biss meta dan ikun diġà jinsab f’tali sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Parlament ma wettaqx żball meta, fit‑<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017, ħa inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015, adottata biss ftit jiem qabel, jiġifieri fil‑<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE>, li<?PAGE NO="16"?> ddikjarat ineliġibbli s-somma ta’ EUR 500 615.55 u li talbet ir-rimbors ta’ EUR 172 654.92. Barra minn hekk, il-Parlament ma wettaqx żball meta ħa inkunsiderazzjoni l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>opinjoni addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tal-awditur estern, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tqajjem dubju dwar il-vijabbiltà finanzjarja tar-rikorrenti fl-assenza ta’ riżorsi proprji addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk, matul il-laqgħa tal-bord tad-diretturi tar-rikorrenti tas‑<DATE ISO="20161206">6 ta’ Diċembru 2016</DATE> u l-laqgħa ġenerali tal-istess ġurnata, saru diskussjonijiet dwar in-neċessità li jinkisbu riżorsi addizzjonali ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT>, il-minuti ta’ dawn il-laqgħat ma jipprovdux elementi li jippermettu li tiġi antiċipata l-kisba b’mod raġonevoli ta’ dan l-ammont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, hemm lok li jiġi konkluż li l-Parlament seta’ jqis, mingħajr ma jwettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, li kien jeżisti riskju finanzjarju għall-Unjoni li jirriżulta mill-eventwali għoti lir-rikorrenti ta’ sussidju għas-sena finanzjarja 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti dwar il-ksur tad-drittijiet tad-difiża f’dak li jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>opinjoni addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li tikkostitwixxi repetizzjoni tat-tieni parti tal-ewwel motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017, dan għandu jiġi miċħud għall-istess raġunijiet esposti fil-punti 87 sa 95 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, it-tieni motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tielet motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017, ir-rikorrenti tinvoka, minn naħa, il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u, min-naħa l-oħra, il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-Parlament seta’ jipprevedi miżuri alternattivi, pereżempju x-xoljiment tas-sussidju meta l-benefiċjarju jkun ġie ddikjarat fallut jew ikun is-suġġett ta’ proċedura ta’ stralċ jew, alternattivament, is-sempliċi limitazzjoni tal-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont tas-sussidju mingħajr ir-rekwiżit ta’ garanzija bankarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn il-Parlament talab lil benefiċjarji oħra, li kien hemm ukoll dubji dwar il-vijabbiltà finanzjarja tagħhom, li jipproponu miżuri ta’ titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Issa, għalkemm dan kien previst, il-Parlament ma offrilhiex din l-opportunità u ddeċieda direttament li jillimita l-ammont tal-prefinanzjament tagħha suġġett għall-provvista ta’ garanzija bankarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Il-Parlament jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Minn naħa, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jeħtieġ li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għat-twettiq tal-għanijiet leġittimi li jridu jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, peress li, meta jkun hemm possibbiltà ta’ għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintgħażel l-inqas waħda restrittiva (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Agrana Zucker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:367">EU:C:2009:367</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Kif ġie indikat fil-punti 107 u 108 iktar ’il fuq, mid-dispożizzjonijiet applikabbli f’dan il-każ jirriżulta li l-Parlament għandu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddetermina qabelxejn l-eżistenza ta’ riskju finanzjarju għall-Unjoni u, sussegwentement, il-miżuri xierqa u neċessarji sabiex l-Unjoni tiġi protetta minn dan ir-riskju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tikkontesta n-natura neċessarja tal-miżuri adottati mill-Parlament, jiġifieri l-limitazzjoni tal-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont tas-sussidju totali flimkien mar-rekwiżit ta’ garanzija bankarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-miżuri alternattivi msemmija mir-rikorrenti ma ppermettewx li jiġu mħarsa bl-istess mod l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bħalma huma mħarsa bil-miżuri adottati mill-Parlament. Fil-fatt, ix-xoljiment tas-sussidju meta l-benefiċjarju jiġi ddikjarat bħala fallut jew ikun is-suġġett ta’ proċedura ta’ stralċ ma jippermettix li jiġi żgurat li l-Parlament ikun jista’ eventwalment jirkupra l-fondi mħallsa. Dan jgħodd ukoll għas-sempliċi limitazzjoni ta’ prefinanzjament għal 33 % tal-ammont tas-sussidju mingħajr ir-rekwiżit ta’ garanzija bankarja, li ma jistax jiżgura l-irkupru eventwali tal-fondi mħallsa mill-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Parlament sabiex jiddetermina l-miżuri xierqa u neċessarji sabiex l-Unjoni tiġi protetta minn riskju finanzjarju, l-ilment tar-rikorrenti bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li tiegħu l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni huwa espressjoni partikolari. L-imsemmi prinċipju jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170705">5 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fries</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑190/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:513">EU:C:2017:513</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat, minn naħa, li mill-minuti tal-laqgħa tal-Bureau tal-Parlament tat‑<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>, li matulha ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017, jirriżulta li dan il-Bureau adotta miżuri simili ta’ tnaqqis tar-riskju finanzjarju għal seba’ benefiċjarji, fosthom ir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk huwa korrett li, skont in-noti tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau tal-Parlament tal‑<DATE ISO="20160905">5 ta’ Settembru 2016</DATE> fir-rigward ta’ benefiċjarji oħra u tal‑<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE> fir-rigward tar-rikorrenti, il-Parlament ippreveda li jitlob mingħand ċerti benefiċjarji miżuri ta’ titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, din il-possibbiltà ġiet prevista għal kulħadd fil-kuntest tal-applikazzjonijiet għal sussidju għas-sena finanzjarja 2017. Barra minn hekk, ma hemmx indikazzjoni li l-Parlament effettivament offra din il-possibbiltà lil ċerti benefiċjarji, iżda mhux lir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, l-ilment tar-rikorrenti bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u, għaldaqstant, it-tielet motiv invokat insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 fit-totalità tagħha għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. F’dan il-każ, peress li hija biss it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2015 li ġiet milqugħa, filwaqt li t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar is-sena finanzjarja 2017 ġiet miċħuda, hemm lok li jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="18"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Parlament tal‑<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE> li tiddikjara ċertu nfiq ineliġibbli għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena 2015 hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament FINS‑2017‑13 tat‑<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE> dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrenti għas-sena 2017 hija miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Alliance for Direct Democracy in Europe ASBL u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Barents</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Passer</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>De Baere</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis‑<DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>