European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C

C/2024/898

17.1.2024

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2024/898)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Limburg”

PGI-NL-A0961-AM06

Data tal-komunikazzjoni: 17.10.2023

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

Deskrizzjoni tal-emenda u r-raġunijiet għaliha

Din l-emenda tbiddel il-varjetajiet tal-għeneb awtorizzati għall-IĠP Flevoland kif inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku, u hija aġġornament b’riżultat tal-prattika.

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni:

Żdiedu seba’ varjetajiet oħra mal-lista ta’ varjetajiet awtorizzati għal din l-IĠP, jiġifieri:

Pinot Grigio

Accent N

Allegro N

Bolero N

Saphira N

Divicio N

Divona B

Raġunijiet: Qegħdin jiġu żviluppati varjetajiet ġodda ta’ għeneb u dawn qegħdin jiżdiedu mal-katalgu tal-varjetajiet tal-OIV wara perjodu twil ta’ żvilupp u proċeduri estensivi ta’ awtorizzazzjoni, meta jiġu awtorizzati. Jekk dawn il-varjetajiet jiġu inklużi fil-katalgu tal-varjetajiet tal-OIV, jistgħu jkunu eliġibbli wkoll biex jiżdiedu mal-lista ta’ varjetajiet awtorizzati għal din l-IĠP.

Din l-emenda hija emenda standard għaliex ma tikkonċernax l-isem tal-IĠP, il-kategorija tal-prodott, ir-rabta jew ir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Limburg

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - indikazzjoni ġeografika protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid spumanti

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semispumanti

9.

Inbid semispumanti bil-gass

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Kategorija tal-inbid 1: inbid

DESKRIZZJONI QASIRA

—

Karatteristiċi organolettiċi

L-inbejjed bojod huma friski u għandhom togħma qawwija ta’ frott, b’noti veġetali u primarjament tropikali.

L-inbejjed ħomor huma robusti u kkaratterizzati minn frott iswed.

Karatteristiċi analitiċi

Id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE / fl-ordnijiet ministerjali Netherlandiżi japplikaw fir-rigward tal-karatteristiċi li ġejjin:

—

Qawwa alkoħolika totali massima

—

Aċidità volatili massima

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

—

Arrikkiment, deaċidifikazzjoni u aċidifikazzjoni massimi wara l-approvazzjoni

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

6,5

Aċidità totali minima

59,85 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Kategorija tal-inbid 4: inbid spumanti

3.   Kategorija tal-inbid 5: inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Kategorija tal-inbid 8: inbid semispumanti

5.   Kategorija tal-inbid 9: inbid semispumanti bil-gass

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

GĦENEB ABJAD => ħsad, għażla, għasir, irfinar minn qabel, fermentazzjoni, irfinar/tqaddim, ibbottiljar

GĦENEB AĦMAR => ħsad, għażla, tisħiq/tneħħija taz-zkuk, fermentazzjoni primarja, għasir, fermentazzjoni malolattika, irfinar/tqaddim, ibbottiljar

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Għeneb abjad

100 ettolitru għal kull ettaru

2.

Għeneb aħmar

85 ettolitru għal kull ettaru

3.

Għeneb Dornfelder

100 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-Provinċja ta’ Limburg, delimitata mill-fruntieri provinċjali stabbiliti f’konformità mal-Kostituzzjoni.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Accent N

Acolon

Allegro N

Auxerrois B

Bacchus B

Baco Noir

Baron N

Bianca B

Birstaler Muskat

Bolero N

Bronner B

Cabaret Noir N (VB-91-26-4)

Cabernet Blanc B (VB-91-26-1)

Cabernet Cantor N

Cabernet Carbon N

Cabernet Carol N

Cabernet Cortis

Cabernet Cubin

Cabernet Dorio

Cabernet Dorsa

Cabernet Franc N

Cabernet Jura

Cabernet Mitos

Cabernet Sauvignon

Cabertin N (VB-91-26-17)

Calandro N

Calardis Blanc B

Carmenere

Chardonnay B

Dakapo

Divicio N

Divona B

Domina N

Dornfelder N

Dunkelfelder N

Excelsior

Faber B

Felicia B

Florental N

Frühburgunder N

Gamaret N

Gamay N

Gewürztraminer Rs

Golubok N

Hegel

Helios

Hibernal B

Huxelrebe B

Hölder B

Johanniter B

Juwel B

Kerner B

Kernling B

Landal N

Laurot N

Léon Millot N

Maréchal Foch N

Melody

Merlot

Merzling B

Meunier N

Monarch

Morio Muscat B

Muscaris B

Muscat Blanc

Muscat Blue

Müller Thurgau B

Orion B

Ortega B

Palatina

Phoenix B

Pinot Grigio

Pinot Gris G

Pinot Blanc B

Pinot Noir N

Pinotin N

Plantet N

Polo Muscat B

Portugiezer N

Prior N

Rayon d’Or B

Reberger

Regent N

Reichensteiner B

Riesling B

Rinot B

Rondo N

Roter Elbling Rs

Ruländer G

Saphira N

Satin Noir N (VB-91-26-29)

Sauvignac B (Cal 6-04)

Sauvignon Blanc B

Sauvignon Soyhieres B (VB-32-7)

Sauvitage B

Scheurebe B

Schönburger Rs

Seyval B

Siegerrebe Rs

Silcher B

Sirius

Solaris

Souvignier Gris

Saint Laurent

Staufer

Sylvaner B

Syrah

Tempranillo

Villaris B

Viognier B

Würzer B

Zweigeltrebe N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Żona ġeografika: deskrizzjoni u klima

L-għoljiet fin-Nofsinhar ta’ Limburg iffurmaw permezz ta’ interazzjoni taċ-ċaqliq tettoniku, tas-sedimentazzjoni u tal-erożjoni. Fit-tarf tax-Xlokk hemm għoljiet, li l-ogħla fosthom, il-Vaalserberg, hija madwar 323 m ogħla min-NAP (Livell Normali ta’ Amsterdam), bil-ġebel tal-ġir, il-ġebel tar-ramel jew it-tafal mill-perjodu Kretaċju, normalment miksi bit-trab ġulġlieni, fin-Nofsinhar u fix-Xlokk. Fin-Nofsinhar saċ-Ċentru u sat-Tramuntana ta’ Limburg, tul il-Maas, hemm tafal, trab ġulġlieni u ramel fluvjali, ħafna drabi fuq ramel u żrar fluvjali. Lejn in-Nofsinhar u ċ-Ċentru il-ħamrija tikkonsisti prinċipalment minn loess, li jalterna mat-trab ġulġlieni fuq ir-ramel u ż-żrar fluvjali, u fiċ-Ċentru u fit-Tramuntana tikkonsisti minn ramel fin u ġulġlieni (geest).

Il-klima hija kkaratterizzata minn:

—

xita medja ta’ 808 mm/sena

—

1 561 siegħa ta’ xemx fis-sena (Maastricht)

—

temperatura medja ta’ 10,2 °C għas-sena kollha u 17,5 °C matul is-sajf

—

differenza ta’ 9,3 °C bejn it-temperaturi ta’ matul il-jum u ta’ matul il-lejl f’Settembru

8.2.   Rabta kawżali

Il-klima tagħmilha possibbli li jinkiseb rendiment ogħla, b’sajran suffiċjenti. Is-sajran tal-għeneb huwa espress fi nbid abjad frisk u b’togħma qawwija ta’ frott u b’noti primarjament tropikali u fi nbid aħmar ikkaratterizzat minn frott iswed.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Regoli tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Żona viċin ħafna għall-produzzjoni tal-inbid

Fir-rigward taż-żona tal-produzzjoni għall-produzzjoni tal-inbid (vinifikazzjoni), il-provinċji Netherlandiżi kollha huma definiti bħala fil-qrib ħafna.

L-inbid bażi, kollu jew parti minnu, magħmul fiż-żona koperta mill-IĠP jew f’żona viċin ħafna jista’ jiġi bbottiljat minn kuntrattur bħala inbid semispumanti jew spumanti.

Dan jista’ jsir barra miż-żona tal-IĠP jew miż-żona fil-qrib ħafna filwaqt li jżomm id-denominazzjoni tal-IĠP. F’dak il-każ, il-bottiljatur irid jiġi indikat fuq it-tikketta wkoll, possibbilment bl-użu ta’ numru tal-kodiċi (ibbottiljat minn............. għal.............).

Qafas legali:

Regoli tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-isem li ġej ta’ żona iżgħar li taqa’ fiż-żona koperta bl-IĠP Limburg jista’ jintuża flimkien mal-isem Limburg, sakemm mill-inqas 85 % tal-għeneb użat ikun ġej minn din iż-żona:

—

Zuid-Limburg

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.rvo.nl/sites/default/files/2023-06/BGA_Limburg_productdossier_2023.pdf

(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/898/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)