21.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL AFGHANISTAN/1/2010

tat-18 ta' Mejju 2010

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL Afghanistan ad interim

(2010/292/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afghanistan) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, b'mod konformi mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal finijiet ta' kontroll politiku u ta' tmexxija strateġika tal-missjoni EUPOL Afghanistan, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tal-Viċi Kap attwali tal-Missjoni il-Kap Supretendent Nigel THOMAS, bħala Kap tal-Missjoni ad interim mill-31 ta' Mejju 2010 sal-ħatra sussegwenti ta' Kap tal-Missjoni ġdid,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kap Supretendent Nigel THOMAS huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan mill-31 ta' Mejju 2010 sal-ħatra sussegwenti ta' Kap tal-Missjoni ġdid.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-ħatra sussegwenti ta' Kap tal-Missjoni ġdid.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

C. FERNÁNDEZ-ARIAS


(1)   ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.