26.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/838

tal-10 ta’ Mejju 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fi ħdan is-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta’ espertili jistgħu jintgħażlu bħala membri tal-Grupp ta’ Esperti skont l-Artikolu 301 tal-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)

Skont l-Artikolu 301(3) tal-Ftehim, il-Partijiet iridu jaqblu dwar lista ta’ mill-inqas 15-il persuna b’għarfien espert dwar il-kwistjonijiet koperti mill-Kapitolu 13 tat-Titolu IV tal-Ftehim (“Kapitolu 13”) li jistgħu jintgħażlu bħala membri tal-Grupp ta’ Esperti biex jeżaminaw kwalunkwe kwistjoni li taqa’ taħt il-Kapitolu 13 li ma tkunx ġiet indirizzata b’mod sodisfaċenti permezz ta’ konsultazzjonijiet governamentali.

(3)

L-Unjoni ppreżentat l-ismijiet ta’ ħames esperti, filwaqt li l-Ukranja pprovdiet l-isemijiet ta’ tliet esperti. L-Ukrajna impenjat ruħha li tipprovdi l-ismijiet taż żewġ esperti oħra sal-31 ta’ Diċembru 2021. Il-Partijiet qablu dwar ħames esperti li ma għandhom in-nazzjonalità tal-ebda waħda mill-Parijiet u li jistgħu jservu bħala President tal-Grupp ta’ Esperti skont l-Artikolu 301 tal-Ftehim.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 13, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ukrajna fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta’ esperti li jistgħu jintgħażlu bħala membri tal-Grupp ta’ Esperti skont l-Artikolu 301 tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ukrajna stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta’ esperti li jistgħu jintgħażlu bħala membri tal-Grupp ta’ Esperti skont l-Artikolu 301 tal-Ftehim, għandha tiġi bbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ukrajna (2).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  Ara d-dokument ST 7733/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.