|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/897 |
19.3.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/897 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Marzu 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2107 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u r-Regolament (UE) 2023/2053 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) ġew implimentati l-aħħar fil-liġi tal-Unjoni permezz tar-Regolamenti (UE) 2017/2107 (3), (UE) 2023/2053 (4) u (UE) 2023/2833 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2107, l-ICCAT adottat fil-laqgħat annwali tagħha tal-2017, l-2018, l-2019, l-2021 u l-2022 għadd ta’ miżuri legalment vinkolanti għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd taħt ir-responsabbiltà tagħha. Dawk il-miżuri jikkonċernaw kwistjonijiet koperti, fost l-oħrajn, mir-Regolamenti (UE) 2017/2107 u (UE) 2023/2053. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/2107 jiġi emendat sabiex jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-miżuri tal-ICCAT għat-tonn tropikali, l-alonga tal-Mediterran, l-alonga tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, il-pixxispad tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, il-pixxitondu tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, il-marlin blu, il-marlin abjad, il-pastardella imperjali, u d-dispożizzjonijiet relatati mal-ġbir tad-data għall-pixxivela, il-ġbir tad-data u r-rappurtar dwar il-kastardella, il-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali, il-qbid inċidentali tal-fkieren, is-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti, l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT, ir-responsabbiltajiet tal-osservaturi xjentifiċi u s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), kif ukoll lista aġġornata tal-ispeċijiet tal-ICCAT, prattiki aġġornati ta’ mmaniġġjar u rilaxx sikur għall-fkieren tal-baħar, l-introduzzjoni ta’ standards minimi għall-immaniġġjar sikur u proċeduri ta’ rilaxx ħaj għall-pixxitondu tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, u linji gwida għat-tnaqqis tal-impatt ekoloġiku tal-irkapti biex jinġema’ l-ħut (FADs). |
|
(3) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/2053 jiġi emendat sabiex jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-miżuri tal-ICCAT għall-ġestjoni tat-tonn b’dispożizzjonijiet relatati mad-definizzjonijiet, it-trasferimenti tal-kwoti, il-projbizzjoni taż-żamma, is-sajd rikreattiv, il-listi tal-bastimenti, il-listi tan-nases u tal-farms tal-ħut, ir-reġistru tal-ICCAT tal-farms tal-ħut, ir-rappurtar, it-trasferimenti, l-awtorizzazzjonijiet tat-trasferiment, l-identifikaturi tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ u l-monitoraġġ bil-vidjo tagħhom, il-kontroll tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-operazzjonijiet ta’ ħsad, l-attivitajiet ta’ kontroll tal-ħsad fil-farms wara t-tqegħid fil-gaġeġ, u l-infurzar, kif ukoll il-programmi nazzjonali tal-osservaturi u l-programm tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT, ir-regoli dwar it-trattament tal-ħut mejjet jew mitluf, il-proċedura għall-operazzjonijiet ta’ siġillar tal-gaġeġ tat-trasport, u l-mudell għad-dikjarazzjoni tal-ipproċessar u d-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-atti legali tal-Unjoni sempliċiment jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT fil-liġi tal-Unjoni sabiex ipoġġu lis-sajjieda tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi fuq l-istess livell u sabiex jiżguraw li r-regoli jistgħu jiġu aċċettati minn kulħadd. |
|
(5) |
L-atti delegati previsti f’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jista’ jkun hemm fil-ġejjieni fil-liġi tal-Unjoni permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. |
|
(6) |
Ċerti dispożizzjonijiet tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT x’aktarx li jiġu emendati fil-laqgħat annwali tal-ICCAT li ġejjin minħabba l-introduzzjoni ta’ miżuri tekniċi u ta’ ġestjoni ġodda għas-sajd irregolat skont il-Konvenzjoni ICCAT. Għalhekk, sabiex l-emendi futuri għar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT jiġu implimentati malajr fil-liġi tal-Unjoni qabel il-bidu tal-istaġun tas-sajd, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:
Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (6). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(7) |
In-numru, irreġistrat f’Ġunju 2023, ta’ bastimenti ta’ appoġġ, jenħtieġ li ma jiżdiedx kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni 22-01 tal-ICCAT. Din l-applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipju taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2017/2107 u (UE) 2023/2053 jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2107
Ir-Regolament (UE) 2017/2107 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 5a Limitazzjoni tal-kapaċità għat-tonn tropikali 1. Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pjani annwali tas-sajd u l-pjan annwali tal-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd għat-tonn tropikali. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ġenerali tal-flotta tas-sajd bil-konz u bit-tartarun tal-borża tagħhom tiġi ġestita f’konformità mal-pjan annwali tas-sajd u l-pjan annwali tal-ġestjoni tal-kapaċità imsemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari sabiex jiġi limitat il-qbid tat-tonn tropikali, b’mod konsistenti mal-limiti fuq il-qbid stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni. 3. L-Istati Membri ma għandhomx iżidu n-numru tagħhom ta’ bastimenti ta’ appoġġ min-numri rreġistrati f’Ġunju 2023. 4. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-dati li fihom ikun intuża l-limitu kollu tagħhom fuq il-qbid ta’ speċijiet tat-tonn tropikali. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT minnufih. 5. Għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għall-bastimenti kbar tas-sajd bil-konz (20 metru f’tul totali jew akbar) tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-qabdiet tat-tonn tropikali kull xahar lill-Kummissjoni, u dawn jiżdiedu għal kull ġimgħa meta jkunu nqabdu 80 % tal-limiti tagħhom fuq il-qbid. 6. Kull tliet xhur, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kwantità ta’ tonn tropikali skont l-ispeċi maqbuda mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fi żmien 15-il jum kalendarju mit-tmiem tal-perjodu li matulu jkunu saru l-qabdiet, jiġifieri sal-15 ta’ April, il-15 ta’ Lulju u l-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena u sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara, sakemm din l-informazzjoni ma tintbagħatx kull xahar lill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni, kemm jekk tintbagħat kull tliet xhur kif ukoll jekk tintbagħat fuq bażi ta’ kull xahar, għandha tintbagħat bl-użu tal-format tar-rapport tad-data dwar il-qabdiet aggregati. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sat-30 ta’ April, it-30 ta’ Lulju u t-30 ta’ Ottubru ta’ kull sena u sat-30 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.” |
|
(3) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 6a Projbizzjoni fuq il-qbid skartat ta’ tonn tropikali maqbud minn bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża tal-Unjoni 1. Il-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu għat-tonn tropikali għandhom iżommu abbord, iħottu l-art jew jittrażbordaw fil-port it-tonn tropikali kollu li jinqabad. 2. It-tonn tropikali li jinqabad minn bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża tal-Unjoni ma jistax jiġi skartat matul is-settjatura, ladarba x-xibka tkun magħluqa kompletament u jkun ġie rkuprat aktar minn nofs ix-xibka. Jekk ikun hemm problema teknika bil-proċedura tal-għeluq jew tal-irkupru tax-xibka b’tali mod li dik il-projbizzjoni ma tkunx tista’ tiġi applikata, il-kaptani jew il-membri tal-ekwipaġġ f’isimhom, għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jiġi rilaxxat it-tonn fl-ilma malajr kemm jista’ jkun. 3. B’deroga mill-paragrafu 1, it-tonn tropikali jista’ jiġi skartat fil-każijiet li ġejjin:
4. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jirrapportaw il-qbid skartat kollu osservat lill-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti. L-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapporti dwar il-qbid skartat lill-Kummissjoni bħala parti mid-data tal-Kompiti I u II.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Bastimenti tas-sajd fuq skala kbira li ma jkunux imniżżla fir-reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti awtorizzati sabiex jaqbdu t-tonn tropikali, inkluż bastimenti ta’ appoġġ, ma għandhomx jitħallew jistadu, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jittrasferixxu, jipproċessaw jew jiżbarkaw it-tonn tropikali miż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT jew iwettqu kull tip ta’ appoġġ għal dawk l-attivitajiet, inkluż l-użu u l-irkupru ta’ FADs jew ta’ bagi. L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika f’dawn il-każijiet. 3. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li mhumiex awtorizzati jistadu għat-tonn tropikali skont l-Artikolu 6, jistgħu jitħallew iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jipproċessaw jew jiżbarkaw qabdiet aċċessorji ta’ tonn tropikali f’konformità ma’ limitu massimu fuq il-qabdiet aċċessorji abbord stabbilit għal dawn il-bastimenti. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapport annwali, il-limitu massimu ta’ qbid aċċessorju permess għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u informazzjoni dwar kif jiżguraw il-konformità ma’ dak il-limitu.” |
|
(5) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Lista ta’ bastimenti li jistadu għat-tonn tropikali f’sena partikolari L-Istati Membri għandhom, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, jibagħtu lill-Kummissjoni l-lista tal-bastimenti awtorizzati li jtajru l-bandiera tagħhom li jkunu stadu għat-tonn tropikali fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT jew li jkunu offrew kwalunkwe tip ta’ appoġġ għall-attività tas-sajd (bastimenti ta’ appoġġ) fis-sena kalendarja preċedenti. Għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża, dik il-lista għandha tinkludi wkoll il-bastimenti ta’ appoġġ li jkunu appoġġaw l-attività tas-sajd, irrispettivament mill-bandiera tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, tinnotifika lis-Segretarjat tal-ICCAT bil-listi li tkun irċeviet mingħand l-Istati Membri. Artikolu 8a Età eċċessivament żgħira jew kbira tat-tonn obeż 1. Kif xieraq, kwalunkwe porzjon mhux użat jew żejjed ta’ kwota jew limitu fuq il-qbid annwali ta’ Stat Membru għat-tonn obeż jista’ jiżdied ma’ jew għandu jitnaqqas mill-kwota jew il-limitu fuq il-qbid rilevanti matul jew qabel is-sena ta’ aġġustament f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT fis-seħħ għat-tonn obeż. 2. L-età eċċessivament żgħira massima tat-tonn obeż li Stat Membru jista’ jirriporta fi kwalunkwe sena partikolari ma għandhiex taqbeż l-ammont permess f’dik is-sena partikolari mill-ICCAT.” |
|
(6) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi kwalunkwe ħin ma jkunux attivi fl-istess ħin aktar minn 300 FADs għal kull bastiment b’bagi operazzjonali 5. L-għadd ta’ FADs b’bagi operazzjonali għandu jiġi vverifikat permezz tal-verifika tal-kontijiet tat-telekomunikazzjoni. Tali verifiki għadhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. 6. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jtajjru l-bandiera tagħhom sabiex jużaw FOBs, dment li l-bastiment tas-sajd ikollu jew osservatur jew inkella sistema elettronika ta’ monitoraġġ li tiffunzjona abbord li tkun kapaċi tivverifika t-tip ta’ sett u l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, u li tipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd lill-Kumitat Permanenti tal-ICCAT dwar ir-Riċerka u l-Istatistika.” |
|
(7) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: “2. Meta jużaw jew jiddisinjaw l-FADs, l-Istati Membri għandhom:
3. Kull sena, fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-FADs tagħhom, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-passi meħuda biex jikkonformaw mal-paragrafu 2.” |
|
(8) |
l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 14 Kopertura tal-osservaturi u projbizzjoni tal-użu tal-FAD b’rabta mal-protezzjoni tal-frieħ 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom ma jużawx FADs mitluqa għal perjodu ta’ 15-il jum qabel il-bidu tal-perjodi ta’ għeluq stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati jistadu għat-tonn tropikali jistabbilixxu kopertura minima tal-osservaturi, kif ġej:
Sat-30 ta’ April, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni miġbura mill-osservaturi jew mis-sistema ta’ monitoraġġ elettronika approvata mis-sena ta’ qabel lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Kumitat Permanenti tal-ICCAT dwar ir-Riċerka u l-Istatistika, filwaqt li jittieħed kont tar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 72.” |
|
(11) |
L-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 16 Identifikazzjoni tas-sajd IUU Jekk is-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT jinnotifika lill-Kummissjoni dwar possibbiltà ta’ ksur minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni tal-Artikolu 7(2) jew l-Artikolu 14(1) jew (2), il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kkonċernat. Dak l-Istat Membru għandu minnufih jinvestiga l-każ u, jekk il-bastiment ikun qed jistad b’rabta ma’ oġġetti li jistgħu jaffettwaw l-aggregazzjoni tal-ħut, fosthom l-FADs, matul il-perjodu ta’ għeluq, għandu jeżiġi li l-bastiment jieqaf mis-sajd u, jekk ikun hemm bżonn, li jitlaq minn dik iż-żona mingħajr dewmien. L-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jirrapporta lill-Kummissjoni r-riżultati tal-investigazzjoni tiegħu u l-miżuri korrispondenti li jkunu ttieħdu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istat kostali u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT.”; |
|
(12) |
it-titolu tat-Titolu II, il-Kapitolu II, huwa sostitwit b’dan li ġej: “KAPITOLU II ALONGA
alonga tat-tramuntana u tan-nofsinhar tal-atlantiku ”; |
|
(13) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 17a Awtorizzazzjonijiet speċifiċi għal bastimenti tal-qbid fuq skala kbira li jistadu l-alonga tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku 1. F’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd lil bastimenti tal-qbid fuq skala kbira li jtajru l-bandiera tagħhom sabiex jistadu l-alonga tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT. 2. Bastimenti tas-sajd fuq skala kbira li ma jkunux imniżżla fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati jistadu l-alonga tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku ma għandhomx jitħallew jistadu, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jittrasferixxu, jipproċessaw jew iħottu l-art l-alonga tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku miż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT. L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika f’dawn il-każijiet. 3. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li mhumiex awtorizzati jistadu l-alonga tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku, skont il-paragrafu 1, jistgħu jitħallew iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jipproċessaw jew iħottu l-art qabdiet aċċessorji ta’ alonga tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku f’konformità ma’ limitu massimu fuq il-qabdiet aċċessorji abbord għal dawn il-bastimenti. Bħala parti mir-rapport annwali, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-limitu massimu ta’ qabdiet aċċessorji li jippermettu għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Artikolu 17b Età eċċessivament żgħira jew kbira tal-alonga tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku 1. Kif xieraq, kwalunkwe porzjon mhux użat jew żejjed ta’ kwota jew limitu fuq il-qbid annwali ta’ Stat Membru għall-alonga tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku jista’ jiżdied ma’ jew għandu jitnaqqas mill-kwota jew il-limitu fuq il-qbid rilevanti matul jew qabel is-sena ta’ aġġustament f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT fis-seħħ għall-alonga tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku. 2. L-età eċċessivament żgħira massima tal-alonga tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku li Stat Membru jista’ jirriporta fi kwalunkwe sena partikolari ma għandhiex taqbeż l-ammont permess f’dik is-sena partikolari mill-ICCAT. Artikolu 17c Reġistru tal-qabdiet tal-alonga tan-Nofsinhar tal-Atlantiku L-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti li jistadu l-alonga tan-Nofsinhar tal-Atlantiku għandhom jirrapportaw il-qabda akkurata u vvalidata tagħhom tal-alonga tan-Nofsinhar tal-Atlantiku lis-Segretarjat tal-ICCAT bħala parti mid-data tal-Kompitu I u tal-Kompitu II imsemmija fl-Artikolu 50. (*1) Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).”;" |
|
(14) |
fit-Titolu II, il-Kapitolu II, tiddaħħal it-taqsima li ġejja: “
Artikolu 17d Sajd rikreattiv għall-alonga tal-Mediterran 1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe projbizzjoni tas-sajd rikreattiv skont il-liġi nazzjonali jew dik tal-Unjoni, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti fis-sajd rikreattiv ma għandhomx jaqbdu, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art aktar minn tliet kampjuni tal-alonga tal-Mediterran għal kull bastiment kuljum. 2. Għandu jkun ipprojbit li tiġi kkummerċjalizzata l-alonga tal-Mediterran maqbuda fis-sajd rikreattiv. 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-ICCAT il-lista tal-bastimenti tas-sajd kollha involuti fis-sajd rikreattiv, awtorizzati li jistadu għall-alonga tal-Mediterran, mill-inqas 15-il jum qabel l-eżerċizzju tal-attivitajiet. Il-bastimenti mhux inklużi f’dik il-lista ma għandhomx ikunu awtorizzati jistadi għall-alonga tal-Mediterran.” |
|
(15) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 18a Awtorizzazzjonijiet speċifiċi għal bastimenti tal-qbid fuq skala kbira li jistadu l-pixxispad tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku 1. F’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2403, l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd lil bastimenti tal-qbid fuq skala kbira li jtajru l-bandiera tagħhom sabiex jistadu l-pixxispad tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT. 2. Bastimenti tas-sajd fuq skala kbira li ma jkunux imniżżla fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati jistadu l-pixxispad tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku ma għandhomx jitħallew jistadu, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jittrasferixxu, jipproċessaw jew iħottu l-art il-pixxispad tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku miż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT. L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika f’dawn il-każijiet. 3. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li mhumiex awtorizzati jistadu l-pixxispad tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku, skont il-paragrafu 1, jistgħu jitħallew iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jipproċessaw jew iħottu l-art qabdiet aċċessorji ta’ pixxispad tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku f’konformità ma’ limitu massimu fuq il-qabdiet aċċessorji abbord għal dawn il-bastimenti. Bħala parti mir-rapport annwali, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-limitu massimu ta’ qabdiet aċċessorji li jippermettu għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Artikolu 18b Età eċċessivament żgħira tal-pixxispad tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku 1. Kwalunkwe porzjon mhux użat ta’ kwota jew limitu fuq il-qbid annwali ta’ Stat Membru għall-pixxispad tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku jista’ jiżdied mal-kwota jew il-limitu fuq il-qbid rilevanti matul jew qabel is-sena ta’ aġġustament f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT fis-seħħ għall-pixxispad tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku. 2. L-età eċċessivament żgħira massima tal-pixxispad tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku li Stat Membru jista’ jirriporta fi kwalunkwe sena partikolari ma għandhiex taqbeż l-ammont permess f’dik is-sena partikolari mill-ICCAT.” |
|
(16) |
it-titolu tat-Titolu II, il-Kapitolu IV, huwa sostitwit b’dan li ġej: “KAPITOLU IV KASTARDELLA, PIXXIVELA, MARLIN BLU, MARLIN ABJAD U PASTARDELLA IMPERJALI ”; |
|
(17) |
L-Artikoli 27 sa 29 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 27 Rilaxx tal-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali li jinqabad ħaj 1. Sa fejn ikun possibbli, il-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiku u l-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża tal-Unjoni għandhom jirrilaxxaw minnufih il-marlin blu (Makaira nigricans), il-marlin abjad (Tetrapturus albidus) u l-pastardella imperjali (Tetrapturus georgei) kollha li jkunu ħajjin mar-ritorn, b’kunsiderazzjoni xierqa għas-sikurezza tal-membri tal-ekwipaġġ, b’mod li jikkawża l-inqas ħsara u li jimmassimizza s-sopravivenza wara r-rilaxx. 2. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-implimentazzjoni tal-istandards minimi għall-proċeduri ta’ trattament sikur u ta’ rilaxx ħaj speċifikati fl-Anness 1 tar-Rakkomandazzjoni 19-05 tal-ICCAT billi jipproduċu linji gwida għall-flotta tagħhom. Għar-rilaxx sikur tal-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali ħajjin li jinqabdu, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, fuq il-gverta tagħhom u b’mod faċilment aċċessibbli għall-membri tal-ekwipaġġ, għandu jkollhom disponibbli dan li ġej: apparat tal-irfigħ, taljatur tal-bolts, żganċatur jew sbokkatur, u taljalenez. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kaptani u l-membri tal-ekwipaġġ tal-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu mħarrġa b’mod adegwat, ikunu konxji minn u jużaw tekniki xierqa ta’ mitigazzjoni, identifikazzjoni, trattament u rilaxx, u jżommu abbord it-tagħmir kollu meħtieġ għar-rilaxx tal-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali f’konformità mal-linji gwida dwar l-istandards minimi għal proċeduri ta’ trattament sikur u ta’ rilaxx ħaj imsemmija fil-paragrafu 2. 4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jimminimizzaw il-mortalità ta’ wara r-rilaxx tal-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali fis-sajd tal-ICCAT tagħhom. 5. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiku u lill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jtajru l-bandiera tagħhom jistadu u jżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art il-marlin blu u l-marlin abjad u l-pastardella imperjali li jkunu mejtin, fi ħdan il-limitu fuq il-qbid tagħhom. Artikolu 28 Ħatt l-art tal-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali lil hinn mill-opportunitajiet tas-sajd Meta Stat Membru jkun eżawrixxa l-kwota tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li l-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali li jinħatt l-art li jkun mejjet meta jinġibed qrib il-bastiment ma jitqiegħedx għall-bejgħ jew jiġi kkummerċjalizzat. Tali ħatt l-art m’għandux jinqata’ mil-limiti fuq il-qbid ta’ dak l-Istat Membru kif stipulat abbażi tal-limitu fuq il-ħatt l-art tal-Unjoni stabbilit fil-paragrafu 2 tar-Rakkomandazzjoni 19-05 tal-ICCAT, dment li tali projbizzjoni tkun spjegata ċar fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 71 ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 29 Sajd rikreattiv tal-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali 1. L-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti li jipparteċipaw fis-sajd rikreattiv tal-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali għandhom iżommu kopertura tal-osservaturi xjentifiċi ta’ 5 % tal-ħatt l-art tal-kompetizzjonijiet tal-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali. 2. Fis-sajd rikreattiv tal-marlin blu għandu japplika daqs minimu għall-konservazzjoni ta’ 251 cm f’tul mix-xedaq t’isfel sal-qasma tad-denb. 3. Fis-sajd rikreattiv tal-marlin abjad u l-pastardella imperjali għandu japplika daqs minimu għall-konservazzjoni ta’ 168 cm f’tul mix-xedaq t’isfel sal-qasma tad-denb. 4. Għandu jkun ipprojbit li jinbiegħu jew jiġu offruti għall-bejgħ il-karkassa sħiħa jew partijiet mill-karkassa tal-marlin blu, il-marlin abjad jew il-pastardella imperjali li jinqabad f’sajd rikreattiv. 5. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li fis-sajd rikreattiv, kwalunkwe ħut rilaxxat għandu jiġi rilaxxat b’mod li jikkawża l-inqas ħsara. Artikolu 29a Ġbir ta’ data għall-pixxivela L-Istati Membri għandhom jiġbru data dwar il-qabdiet ta’ pixxivela, inkluż il-qbid skartat ħaj u mejjet, u għandhom jirrapportaw dik id-data kull sena bħala parti mis-sottomissjoni tad-data tal-Kompitu I u tal-Kompitu II tagħhom, biex jappoġġaw il-proċess ta’ valutazzjoni tal-istokk. Artikolu 29b Ġbir ta’ data u rapportar għall-kastardella, il-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali 1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw programmi ta’ ġbir ta’ data li jiżguraw ir-rapportar ta’ data akkurata dwar il-qbid, l-isforz, id-daqs u l-qbid skartat tal-kastardella lill-ICCAT, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-ICCAT għas-sottomissjoni tad-data tal-Kompitu I u II. 2. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-listi ta’ kontroll tagħhom għall-kastardella kif stipulat fl-Anness 1 tar-Rakkomandazzjoni 18-05 tal-ICCAT, inkluż informazzjoni dwar l-azzjonijiet li jkunu ħadu fl-ambitu domestiku biex jimmonitorjaw il-qabdiet u biex jikkonservaw u jimmaniġġaw il-kastardella. 3. In-nuqqas ta’ rapportar tad-data tal-Kompitu I, inkluż il-qbid skartat mejjet, għall-marlin blu, il-marlin abjad u l-pastardella imperjali f’konformità mar-Riżoluzzjoni 01-06 u r-Rakkomandazzjoni 11-15 tal-ICCAT għandu jirriżulta fi projbizzjoni taż-żamma ta’ dawn l-ispeċijiet.” |
|
(18) |
L-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 33 Pixxitondu tat-Tramuntana tal-Atlantiku (Isurus oxyrinchus) 1. Il-pixxitondu tat-Tramuntana tal-Atlantiku li jinqabad mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandux isirlu ħsara u għandu jiġi rilaxxat fil-baħar minnufih sa fejn ikun prattikabbli, b’kunsiderazzjoni xierqa tas-sikurezza tal-membri tal-ekwipaġġ. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom japplikaw l-istandards minimi għall-proċeduri ta’ trattament sikur u ta’ rilaxx għall-pixxitondu tat-Tramuntana tal-Atlantiku kif stipulat fl-Anness IX. Artikolu 33a Pixxitondu tan-Nofsinhar tal-Atlantiku (Isurus oxyrinchus) 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom japplikaw l-istandards minimi għall-proċeduri ta’ trattament sikur u ta’ rilaxx għall-pixxitondu tan-Nofsinhar tal-Atlantiku kif stipulat fl-Anness IX. 2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull xahar lill-Kummissjoni l-ħatt l-art permissibbli kollu tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, ta’ pixxitondu tan-Nofsinhar tal-Atlantiku. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum minn tmiem ix-xahar kalendarju li fih ikunu saru l-qabdiet. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena l-qbid skartat mejjet, ir-rilaxx ħaj u l-qabdiet totali tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. 3. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti li jkunu qabdu (il-ħatt l-art u l-qbid skartat mejjet) il-pixxitondu tan-Nofsinhar tal-Atlantiku għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-metodoloġija statistika użata biex jiġi stmat il-qbid skartat mejjet u r-rilaxx ħaj. L-Istati Membri b’sajd artiġjanali u fuq skala żgħira għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dwar il-programmi tagħhom ta’ ġbir ta’ data. 4. Bħala parti mis-sottomissjonijiet annwali tagħhom tad-data tal-Kompitu I u tal-Kompitu II, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data rilevanti kollha għall-pixxitondu tan-Nofsinhar tal-Atlantiku, inkluż stimi tal-qbid skartat mejjet u r-rilaxx ħaj bl-użu tal-metodi approvati mill-Kumitat Permanenti tal-ICCAT dwar ir-Riċerka u l-Istatistika. 5. Il-bastimenti tas-sajd li jżommu l-pixxitondu tan-Nofsinhar tal-Atlantiku m’għandhomx jittrażbordaw, parzjalment jew kompletament, il-pixxitondu tan-Nofsinhar tal-Atlantiku li jinqabad b’rabta mas-sajd tal-ICCAT.” |
|
(19) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 36a Ġbir ta’ data għall-klieb il-baħar 1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw programmi ta’ ġbir ta’ data li jiżguraw ir-rapportar akkurat ta’ data dwar il-qbid, l-isforz, id-daqs u l-qbid skartat tal-klieb il-baħar lill-ICCAT, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti għall-forniment tad-data tal-Kompitu I u tal-Kompitu II. 2. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-listi ta’ kontroll tagħhom għall-implimentazzjoni dwar il-klieb il-baħar kif stipulat fl-Anness 1 tar-Rakkomandazzjoni 18-06 tal-ICCAT, inkluż informazzjoni dwar l-azzjonijiet li jkunu ħadu fl-ambitu domestiku biex jimmonitorjaw il-qabdiet u biex jikkonservaw u jimmaniġġaw il-klieb il-baħar.” |
|
(20) |
l-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 44a Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti Meta l-bastimenti tas-sajd ikunu installaw apparat ta’ lokalizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom ikun operazzjonali b’mod permanenti u kontinwu, u li l-informazzjoni tinġabar u tiġi trażmessa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mill-inqas darba fis-siegħa għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u mill-inqas darba kull sagħtejn għall-bastimenti l-oħra kollha li jistadu l-ispeċijiet tal-ICCAT. Fil-każ ta’ ħsara teknika jew nuqqas ta’ tħaddim tal-apparat ta’ lokalizzazzjoni mgħammar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-apparat għandu jissewwa jew jinbidel mill-aktar fis possibbli u f’kwalunkwe każ mill-inqas fi żmien xahar minn meta dan iseħħ, dment li l-bastiment ikun għadu jopera fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni m’għandhomx jibdew vjaġġ tas-sajd jekk l-apparat ta’ lokalizzazzjoni ma jkunx issewwa jew inbidel.”; |
|
(22) |
fl-Artikolu 54, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. In-notifika msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tirrifletti l-format u t-tqassim stabbiliti mis-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(23) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 58a Is-saħħa u s-sikurezza tal-osservaturi fil-programm ta’ osservazzjoni reġjonali tal-ICCAT għat-trażbord fuq il-baħar 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom li jkollu osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord ikun mgħammar b’tagħmir ta’ sikurezza xieraq għal kull vjaġġ fl-intier tiegħu, inkluż dan li ġej:
2. Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord għandu jiżviluppa u jimplimenta pjan ta’ azzjoni ta’ emerġenza (“EAP”) li għandu jiġi segwit f’każ li osservatur imut, jiġi nieqes jew ikun preżunt li waqa’ l-baħar, li jkun qed ibati minn mard jew korriment serji li jheddu s-saħħa, s-sikurezza jew il-benesseri tal-osservatur, jew jekk ikun ġie attakkat, intimidat, mhedded jew ingħata fastidju. Dan l-EAP għandu jinkludi, fost oħrajn, l-elementi stipulati fl-Anness 1 tar-Rakkomandazzjoni 19-10 tal-ICCAT. 3. Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord għandu jissottometti EAP lill-Kummissjoni, biex jintbagħat lill-ICCAT sabiex jittella’ fuq is-sit web tal-ICCAT. EAP ġdid jew emendat għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni biex jintbagħat lill-ICCAT sabiex jittella’ fuq is-sit web tal-ICCAT meta jsir disponibbli. 4. Bastiment tas-sajd tal-Unjoni m’għandux ikun eliġibbli biex ikollu osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord ħlief jekk ikun ippreżenta EAP. Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni tidentifika xi inkonsistenzi mal-istandards stipulati fl-Anness 1 tar-Rakkomandazzjoni 19-10 tal-ICCAT abbażi tal-informazzjoni fl-EAP, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-preżenza ta’ osservatur fuq bastiment tal-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat għandha tiġi posposta sakemm l-inkonsistenza tkun ġiet indirizzata b’mod suffiċjenti.” |
|
(24) |
L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:
|
|
(25) |
L-Artikolu 63 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 63 Responsabbiltajiet tal-osservaturi xjentifiċi 1. Kull Stat Membru għandu jeħtieġ li l-osservaturi jwettqu, b’mod partikolari, il-kompiti li ġejjin:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-osservaturi:
3. Il-kaptan tal-bastiment li lilu jiġi assenjat l-osservatur għandu:
4. Kull Stat Membru għandu:
|
|
(26) |
fl-Artikolu 66, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. Kull Stat Membru għandu jispezzjona, kull sena, mill-anqas 5 % tal-operazzjonijiet ta’ żbark u ta’ trażbord imwettqa minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi fil-portijiet deżinjati tiegħu. 5. L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jikkunsidraw u jaġixxu fuq rapporti ta’ ksur minn spetturi ta’ Stat tal-port fuq bażi simili għar-rapporti mill-ispetturi tagħhom stess, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2403.” |
|
(27) |
fit-Titolu III, Kapitolu VII, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 66a Ilmiħ ta’ bastimenti 1. Permezz ta’ operazzjonijiet ta’ spezzjoni u sorveljanza mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT, l-Istati Membri għandhom jiġbru kemm jista’ jkun informazzjoni meta bastiment tas-sajd tal-Unjoni, bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz jew bastiment mingħajr nazzjonalità jintlemaħ jistad jew b’xi mod involut f’attivitajiet relatati mas-sajd (eż. trażbord) u jkun preżunt li jkun involut f’sajd IUU. 2. L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar l-ilmiħ ta’ bastimenti f’konformità mal-iskeda ta’ informazzjoni dwar l-ilmiħ stipulata fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni 19-09 tal-ICCAT. 3. Meta jintlemaħ bastiment skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat (“l-Istat Membru li jilmaħ”) għandu, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat, jinnotifika u jipprovdi kwalunkwe immaġni rreġistrata tal-bastiment lill-awtoritajiet xierqa tal-Istat Membru tal-bandiera jew ta’ PKK jew ta’ bandiera mhux ta’ PKK tal-bastiment li jkun intlemaħ, u:
|
|
(28) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 69a Bastimenti IUU L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti inklużi fil-lista tal-IUU tal-ICCAT ma jkunux awtorizzati li jħottu l-art, jittrażbordaw, jerġgħu jfornu l-fjuwil, jerġgħu jfornu jew jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali oħra.”; |
|
(29) |
fl-Artikolu 71(1), id-data “l-20 ta’ Awwissu” hija sostitwita b’“l-1 ta’ Awwissu”; |
|
(30) |
l-Artikolu 73(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(31) |
l-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament; |
|
(32) |
l-Anness VI huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(33) |
it-test li jinsab fl-Anness III għal dan ir-Regolament jiżdied bħala Annessi IX u X. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) 2023/2053
Ir-Regolament (UE) 2023/2053 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Ir-riport tat-tonn ħaj mhux maqtul minn qabdiet ta’ snin ta’ qabel fi ħdan farm tal-ħut jista’ jkun permess biss jekk l-Istat Membru jiżviluppa sistema msaħħa ta’ kontroll u jirrapporta dan lill-Kummissjoni. Dik is-sistema għandha tifforma parti integrali mill-pjan ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni annwali tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14 u għandha tinkludi tal-inqas il-miżuri stabbiliti skont l-Artikolu 56c, 56d u 61.” |
|
(3) |
l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Riport tal-kwoti mhux użati 1. Ir-riport awtomatiku tal-kwota mhux użata m’għandux ikun permess. 2. Stat Membru jista’ jitlob li jittrasferixxi perċentwal massimu ta’ 5 % tal-kwota annwali tiegħu minn sena għas-sena ta’ wara. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi dik it-talba fil-pjanijiet annwali tiegħu dwar is-sajd u dwar il-ġestjoni tal-kapaċità li għandhom jiġu inklużi fil-pjan tal-Unjoni dwar is-sajd u l-ġestjoni tal-kapaċità għall-approvazzjoni mill-ICCAT.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. It-trasferimenti tal-kwoti bejn l-Unjoni u l-PKK l-oħrajn għandu jsir biss jekk l-Istati Membri u l-PKK ikkonċernati jkunu awtorizzaw dan minn qabel. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-Segretarjat tal-ICCAT bil-kwantità tal-kwoti kkonċernati qabel it-trasferiment tal-kwoti.” |
|
(5) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 14 Pjan annwali ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jibgħat il-pjan rispettiv tiegħu lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-pjan tiegħu skont:
|
|
(6) |
L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 16(1), il-punt (c), huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej: “4. B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, jekk il-kundizzjonijiet tat-temp jipprevjenu l-operazzjonijiet tas-sajd, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istaġuni tas-sajd imsemmija f’dawk il-paragrafi jitwessgħu b’għadd ekwivalenti ta’ jiem mitlufa sa 10 ijiem. 5. Is-sajd għat-tonn għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti tal-qbid kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena bl-eċċezzjoni taż-żona delimitata mill-Punent ta’ 10 °W u tat-Tramuntana ta’ 42 °N.” |
|
(9) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 21a Projbizzjoni taż-żamma tat-tonn abbord il-bastimenti ta’ appoġġ Il-bastimenti ta’ appoġġ ma għandhomx iżommu abbord jew jittrasportaw it-tonn.”; |
|
(10) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri jistgħu jallokaw, fejn xieraq, kwota speċifika għas-sajd rikreattiv. It-tonn mejjet li jista’ jkun hemm għandu jitqies fit-tali allokazzjoni, fosthom fil-kuntest tas-sajd ta’ qbid u rilaxx. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwota allokata għas-sajd rikreattiv meta jippreżentaw il-pjanijiet tas-sajd tagħhom.” |
|
(11) |
l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 28a Listi u reġistru tal-farms tal-ħut 1. Bħala parti mill-pjan tas-sajd tiegħu, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni elettronikament, lista ta’ farms tal-ħut awtorizzati li joperaw għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Dik il-lista għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk il-farms tal-ħut ikunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn tal-ICCAT. 2. Il-farms tal-ħut li ma jkunux imniżżlin fir-reġistru ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn tal-ICCAT ma għandhomx jitqiesu li huma awtorizzati joperaw għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. 3. L-ebda attività tat-trobbija tal-ħut, inkluż l-għalf għal skopijiet ta’ tismin jew ħsad, ma għandha tiġi awtorizzata barra mill-koordinati ġeografiċi approvati għall-attivitajiet tat-trobbija. 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda, tnaqqis jew modifika fil-listi tagħhom tal-farms tal-ħut. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti tali bidliet lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien. 5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ebda tonn ma jitqiegħed f’farm tal-ħut mhux elenkat fir-reġistru ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn tal-ICCAT u li dawk il-farms tal-ħut ma jirċevux tonn minn bastimenti li mhumiex inklużi fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu kwalunkwe operazzjoni fil-farms tal-ħut li ma humiex irreġistrati fir-reġistru ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn tal-ICCAT.” |
|
(15) |
fl-Artikolu 33, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess għall-port skont id-dritt internazzjonali dwar bastimenti tas-sajd f’diffikultà jew f’każ ta’ forza maġġuri.” |
|
(16) |
l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
fl-Artikolu 35, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni impenjati f’attivitajiet ta’ trażbord, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT u jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera tagħhom mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara d-data tat-trażbord fil-port. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jittrażbordaw il-ħut, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT f’konformità mal-format stipulat fl-Anness V. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT għandha tkun marbuta mal-eBCD biex tiġi ffaċilitata l-kontroverifika tad-data li jkun hemm fiha.” |
|
(18) |
l-Artikolu 36 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 36 Rapporti dwar il-qabdiet ippreżentati mill-Istati Membri Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapporti dwar il-qabdiet kull ġimagħtejn. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu d-data meħtieġa skont l-Artikolu 32 fir-rigward ta’ tunnari u bastimenti tal-qbid. L-informazzjoni għandha tkun imqassma skont it-tip ta’ rkaptu. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien.”; |
|
(19) |
l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:
|
|
(20) |
l-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
l-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:
|
|
(23) |
L-Artikolu 42 huwa emendat kif ġej:
|
|
(24) |
l-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:
|
|
(25) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 43a Trasferimenti volontarji u ta’ kontroll 1. Jekk ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera msemmija fl-Artikolu 43 ma tissodisfax l-istandards minimi għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X, u b’mod partikolari jekk il-kwalità u ċ-ċarezza tagħha ma jkunux biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu ttrasferiti, l-operatur donatur jista’ jwettaq trasferimenti volontarji. 2. Jekk ma jkun sar l-ebda trasferiment volontarju, jew jekk, minkejja t-trasferiment volontarju, ikun għadu mhux possibbli li jiġi ddeterminat l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu trasferiti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut tal-operatur donatur għandha tordna trasferiment ta’ kontroll, li għandu jiġi ripetut sakemm il-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tippermetti li jiġi ddeterminat l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu trasferiti. 3. It-trasferimenti volontarji u ta’ kontroll għandhom jitwettqu f’gaġġa vojta. L-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu trasferiti, kif determinat matul it-trasferiment volontarju jew ta’ kontroll validu, għandu jintuża biex jimtela l-ġurnal ta’ abbord, l-ITD u t-taqsimiet rilevanti tal-eBCD. 4. Is-separazzjoni tal-gaġġa tat-trasport mill-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża, mit-tunnara jew mill-gaġġa tal-farm tal-ħut ma għandhiex issir sakemm l-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża, jew li jkun preżenti fil-farm tal-ħut jew fit-tunnara, ikun wettaq il-kompiti rilevanti. 5. Jekk il-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tat-trasferimenti volontarji xorta ma tippermettix li jiġi ddeterminat l-għadd ta’ individwi li jkunu qed jiġu trasferiti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur tista’ tippermetti s-separazzjoni tal-gaġeġ tat-trasport mill-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża, mit-tunnara jew mill-farm tal-ħut. F’każ bħal dan, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur għandha tordna li l-bibien tal-gaġeġ tat-trasport ikkonċernati jiġu ssiġillati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Anness XVa, u tirrikjedi li t-trasferimenti ta’ kontroll jitwettqu f’ħin u f’post determinati, fil-preżenza tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut ikkonċernat. 6. Fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut ma jkunux jistgħu jkunu preżenti fit-trasferiment tal-kontroll, it-trasferiment tal-kontroll għandu jseħħ fil-preżenza ta’ osservatur reġjonali tal-ICCAT. F’dak il-każ, l-operatur tal-farm tal-ħut li jkun is-sid tal-individwi tat-tonn li jkun qed jiġi trasferiti għandu jkun responsabbli għall-assenjar tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT għall-fini tal-verifika tat-trasferiment tal-kontroll.” |
|
(26) |
L-Artikolu 44 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 44 Investigazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur 1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur għandhom jinvestigaw il-każijiet kollha fejn:
Il-marġni ta’ żball ta’ 10 % imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jiġi espress bħala perċentwal taċ-ċifri tal-operatur donatur. Fil-bidu ta’ investigazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK tal-bastimenti tal-irmunkar ikkonċernati dwar l-investigazzjoni u tiżgura li ma jkun permess l-ebda trasferiment minn jew lejn il-gaġġa tat-trasport ikkonċernata sakemm tintemm l-investigazzjoni. Fejn applikabbli, l-investigazzjoni għandha tinkludi l-analiżi tar-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera rilevanti kollha. Ħlief fil-każ ta’ forza maġġuri, investigazzjoni bħal din għandha tintemm qabel il-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ fil-farm tal-ħut u fi kwalunkwe każ fi żmien 96 siegħa mill-bidu tal-investigazzjoni. Sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjoni, ma għandux ikun awtorizzat it-tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsima rilevanti tal-eBCD ma għandhiex tiġi vvalidata. 2. Għall-operazzjonijiet kollha ta’ trasferiment fejn tkun meħtieġa reġistrazzjoni bil-vidjokamera, differenza ta’ aktar minn 10 % fl-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu trasferiti rrappurtati mill-operatur donatur fl-ITD u l-għadd iddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-operatur donatur għandu jikkostitwixxi nuqqas potenzjali ta’ konformità tal-bastiment tas-sajd, tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut ikkonċernat.” |
|
(27) |
fil-Kapitolu V, it-Taqsima 6, jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 45a Emendi għall-ITDs u l-eBCDs wara spezzjonijiet fuq il-baħar jew investigazzjonijiet Jekk, wara spezzjoni fuq il-baħar jew investigazzjoni, id-differenza fl-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu trasferiti tinstab li tkun aktar minn 10 % għal dik iddikjarata fl-ITD u fl-eBCD, l-eBCD għandu jiġi emendat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur biex jirrifletti r-riżultat ta’ dik l-ispezzjoni jew dik l-investigazzjoni.”; |
|
(28) |
fil-Kapitolu V, it-Taqsima 7, jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 45b Dispożizzjonijiet ġenerali 1. Kull Stat Membru tal-farm tal-ħut għandu jinnomina awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-koordinazzjoni tal-ġbir u l-verifika tal-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ imwettqa fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, għall-kontroll tal-attivitajiet fil-farms tal-ħut li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, u għar-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera u tat-tunnara u tal-PKK tal-bastimenti jew tat-tunnari li qabdu t-tonn fil-gaġeġ u l-kooperazzjoni magħhom. 2. L-attivitajiet kollha tas-sajd tat-tonn u tal-farms tal-ħut għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll stipulat fil-pjan ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni annwali mressaq taħt l-Artikolu 14. 3. L-Istati Membri involuti fl-attivitajiet relatati mat-tqegħid fil-gaġeġ għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw biex jiżguraw li l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn maħsuba għat-tqegħid fil-gaġeġ ikunu preċiżi, konsistenti mal-ammonti tal-qabdiet irrapportati mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew l-operatur tat-tunnara, u ddikjarati fit-taqsimiet rilevanti tal-eBCD. 4. L-Istati Membri tal-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li f’kull ħin l-operaturi tal-farms tal-ħut iżommu pjan skematiku preċiż tal-farms tal-ħut tagħhom, li jindika n-numri uniċi ta’ identifikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 45c, tal-gaġeġ kollha u l-pożizzjoni individwali tagħhom fil-farm tal-ħut. Dak il-pjan għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut f’kull ħin għall-finijiet ta’ kontroll u tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT li jkun intbagħat fil-farm tal-ħut. Kwalunkwe aġġornament tal-pjan skematiku għandu jkun soġġett għal notifika minn qabel lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm. Il-pjan skematiku għandu jiġi aġġornat kull meta l-għadd jew id-distribuzzjoni tal-gaġeġ tal-farm tal-ħut jiġu modifikati. 5. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u l-operatur tal-farm għandhom iżommu l-informazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-materjal kollha relatati mal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ imwettqa fil-farms tal-ħut taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha għal mill-inqas tliet snin, u jżommu l-informazzjoni sakemm tkun meħtieġa għal skopijiet ta’ infurzar. Dan l-obbligu għandu japplika mutatis mutandis għall-operaturi tal-farms tal-ħut fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ imwettqa fil-farms tal-ħut tagħhom. Artikolu 45c Numru uniku ta’ identifikazzjoni 1. Qabel il-bidu tal-kampanja tas-sajd għat-tonn, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tassenja numru uniku ta’ identifikazzjoni (“numru tal-gaġġa”) lil kull gaġġa assoċjata ma’ farms tal-ħut taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha, inkluż dawk il-gaġeġ użati għat-trasport tal-ħut lejn il-farm tal-ħut. 2. In-numri tal-gaġeġ għandhom jinħarġu f’konformità ma’ sistema ta’ numerazzjoni unika li tinkludi tal-inqas il-kodiċi alfa-3 li jikkorrispondi għall-Istat Membru tal-farm tal-ħut, segwit minn tliet numri. In-numri tal-gaġeġ għandhom ikunu permanenti u ma għandhomx ikunu trasferibbli minn gaġġa għal oħra. 3. In-numri tal-gaġeġ għandhom jiġu ttimbrati jew miżbugħin fuq żewġ naħat opposti taċ-ċirku tal-gaġġa u ‘l fuq mil-linja tal-ilma, b’kulur li jikkuntrasta mal-isfond li fuqu huma miżbugħin jew ittimbrati, u għadhom ikunu viżibbli u leġibbli fi kwalunkwe ħin għal skopijiet ta’ kontroll. L-għoli tal-ittri u n-numri għandu jkun mill-inqas 20 cm bi ħxuna tal-linja ta’ mill-inqas 4 cm. 4. B’deroga mill-paragrafu 3, għandhom ikunu permessi metodi alternattivi biex jiġi mmarkat in-numru tal-gaġġa fuq il-gaġġa, sakemm dawn joffru l-istess garanzija ta’ viżibbiltà, leġġibilità u invjolabbiltà. Artikolu 45d Awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ 1. Kull operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ għandha tkun soġġetta għall-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 4. 2. L-operatur tal-farm tal-ħut għandu jitlob awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ li għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut. L-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tinnotifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara jew tal-PKK, u għandha titlob konferma li l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ tista’ tiġi awtorizzata. 4. Fi żmien tlett ijiem tax-xogħol, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut jew tal-PKK li l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ ikkonċernata tista’ tiġi awtorizzata jew għandha tiġi rrifjutata. Fil-każ ta’ ċaħda, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandha tispeċifika r-raġunijiet għal dik iċ-ċaħda. Iċ-ċaħda għandha tinkludi l-ordni ta’ rilaxx konsegwenti. 5. L-Istat Membru tal-farm għandu joħroġ l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ immedjatament wara li jirċievi l-konferma mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara ikkonċernata. Fin-nuqqas ta’ dik il-konferma, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut ma għandhiex tawtorizza l-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ. 6. L-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ ma għandhomx ikunu awtorizzati jekk is-sett sħiħ ta’ informazzjoni meħtieġ skont il-paragrafu 2 ma jakkumpanjax il-ħut soġġett għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ. 7. Sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 44 imwettqa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara, l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex tkun awtorizzata u t-taqsimiet rilevanti dwar l-informazzjoni dwar il-qbid u l-informazzjoni dwar il-kummerċ għall-kummerċ ta’ ħut ħaj tal-eBCD ma għandhomx jiġu vvalidati. 8. Jekk l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ ma tkunx inħarġet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-farm tal-ħut fi żmien xahar wara t-talba mill-operatur tal-farm tal-ħut għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tordna u tipproċedi biex tirrilaxxa l-ħut kollu li jinsab fil-gaġġa tat-trasport ikkonċernata, f’konformità l-Anness XII. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara kkonċernata u lis-Segretarjat tal-ICCAT bir-rilaxx.” |
|
(29) |
l-Artikolu 46 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 46 Ċaħda ta’ awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ 1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandha tirrifjuta li tapprova t-tqegħid fil-gaġeġ jekk tqis li:
2. Jekk l-Istat Membru li jkun responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara jirrifjuta li japprova t-tqegħid fil-gaġeġ, huwa għandu:
Artikolu 46a Tqegħid fil-gaġeġ 1. Mal-wasla tal-bastiment tal-irmunkar qrib il-farm tal-ħut, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li dak il-bastiment tal-irmunkar jinżamm f’distanza minima ta’ mil nawtiku minn kwalunkwe faċilità tal-farm tal-ħut sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tkun fiżikament preżenti. Il-pożizzjoni u l-attività tal-bastiment tal-irmunkar għandhom jiġu mmonitorjati f’kull ħin. 2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut ma għandhiex tawtorizza il-bidu tat-tqegħid fil-gaġeġ mingħajr il-preżenza ta’ dik l-awtorità u tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT jew qabel ma jimtlew u jiġu vvalidati t-taqsimiet rilevanti dwar l-informazzjoni dwar il-qbid u l-informazzjoni dwar il-kummerċ għall-kummerċ ta’ ħut ħaj tal-eBCD mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-PKK tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara. 3. L-ankraġġ tal-gaġeġ tat-trasport fil-farm tal-ħut bħala gaġeġ tal-farms tal-ħut, mingħajr rilokazzjoni tal-ħut biex tkun tista’ tiġi rreġistrata kamera sterjoskopika għandu jkun ipprojbit. 4. Wara t-trasferiment tal-individwi tat-tonn mill-gaġġa tal-irmunkar għall-gaġġa tal-farm tal-ħut, l-awtorità ta’ kontroll tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li l-gaġeġ tal-farm tal-ħut li jkun fihom l-individwi tat-tonn jiġu ssiġillati l-ħin kollu. It-tneħħija tas-siġillar għandha tkun possibbli biss fil-preżenza tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u wara l-awtorizzazzjoni tagħha. L-awtorità ta’ kontroll tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tistabbilixxi protokolli għall-issiġillar tal-gaġeġ tal-farms tal-ħut, li għandhom jiżguraw l-użu ta’ siġilli uffiċjali u li dawk is-siġilli jitqiegħdu b’tali mod li jipprevjenu l-ftuħ tal-bibien mingħajr ma jinkisru s-siġilli. 5. L-Istati Membri tal-farm tal-ħut għandhom jiżguraw li l-qabdiet tat-tonn jitqiegħdu f’gaġeġ jew f’sensiela ta’ gaġeġ separati u mqassmin abbażi tal-Istat Membru jew il-PKK ta’ oriġini u s-sena tal-qbid. Madankollu, jekk it-tonn ikun inqabad fil-kuntest ta’ operazzjoni konġunta tas-sajd, il-qabdiet ikkonċernati għandhom jitqiegħdu f’gaġeġ separati jew f’sensiela ta’ gaġeġ u jinqasmu abbażi tal-operazzjoni konġunta tas-sajd u s-sena tal-qbid. 6. Il-ħut għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel it-22 ta’ Awwissu ta’ kull sena, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut ma jipprovdux raġunijiet validi għal dan, inkluż forza maġġuri, li għandhom jingħataw mar-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ meta dan jitressaq. Fi kwalunkwe każ, il-ħut ma għandux jitqiegħed fil-gaġeġ wara s-7 ta’ Settembru ta’ kull sena. L-iskadenzi ta’ hawn fuq ma japplikawx fil-każ ta’ trasferimenti bejn il-farms tal-ħut.” |
|
(30) |
l-Artikolu 47 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 47 Dokumentazzjoni dwar il-qabdiet tat-tonn Għandu jkun ipprojbit għall-Istati Membri tal-farms tal-ħut li jawtorizzaw il-gaġġa tat-tonn li ma tkunx akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa mill-ICCAT fil-qafas tal-programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid tar-Regolament (UE) 2023/2833 (*2). Id-dokumentazzjoni għandha tkun preċiża u kompluta, u għandha tiġi vvalidata mill-Istat Membru jew mill-PKK tal-bandiera tal-bastimenti tal-qbid jew tal-Istat Membru jew tal-PKK tat-tunnara tal-qbid. (*2) Ir-Regolament (UE) 2023/2833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn (Thunnus thynnus) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 (ĠU L, 2023/2833, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2833/oj).”;" |
|
(31) |
l-Artikolu 48 jitħassar; |
|
(32) |
l-Artikoli 49 sa 52 jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 49 Reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ minn kameras tal-kontroll u dikjarazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ 1. L-Istati Membri tal-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ jiġu mmonitorjati mill-awtoritajiet ta’ kontroll tagħhom bl-użu ta’ kameras kemm konvenzjonali kif ukoll sterjoskopiċi. Għandhom isiru reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera għal kull attività ta’ tqegħid fil-gaġeġ f’konformità ma l-istandards minimi għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X. 2. Jekk il-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ta’ kontroll użata biex jiġu ddeterminati l-għadd u l-piż ta’ individwi tat-tonn fil-gaġeġ ma tikkonformax mal-istandards minimi għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tordna kontroll tat-tqegħid fil-gaġeġ sakemm ikun possibbli li jiġu ddeterminati l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn. Ir-ripetizzjoni tal-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fil-gaġeġ. 3. F’każ ta’ kontroll tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li l-gaġġa tal-farm tal-ħut donatur tkun issiġillata u li l-gaġġa ma tkunx tista’ tiġi mmanipulata qabel l-operazzjoni l-ġdida tat-tqegħid fil-gaġeġ. Il-gaġeġ tar-farm tal-ħut riċevitur użati fil-gaġeġ ta’ kontroll għandhom ikunu vojta. 4. Meta titlesta l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li l-osservatur reġjonali tal-ICCAT ikollu aċċess immedjat għar-reġistrazzjonijiet kollha bil-vidjokamera tal-kontroll u jitħalla jagħmel kopja biex ilesti l-kompitu tal-analiżi ta’ dawk ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera f’ħin jew f’post ieħor. 5. L-Istati Membri tal-farm tal-ħut għandhom jiżguraw li, għal kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ, l-operatur tal-farm tal-ħut jippreżenta dikjarazzjoni tal-ICCAT dwar it-tqegħid fil-gaġeġ fi żmien ġimgħa wara li tkun saret l-operazzjoni attwali tat-tqegħid fil-gaġeġ, billi juża l-mudell stipulat fl-Anness XIV. Artikolu 50 Tnedija tal-investigazzjonijiet u twettiq tagħhom 1. Fejn, għal operazzjoni tal-qbid waħda, ikun hemm differenza ta’ aktar minn 10 % bejn l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jitqiegħdu fil-gaġeġ kif ikkomunikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut f’konformità mal-Artikolu 51(3), mill-għadd irrappurtat fl-eBCD jew fl-ITD bħala maqbuda u/jew trasferiti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandha tniedi investigazzjoni biex tiddetermina l-piż preċiż tal-qbid li għandu jitnaqqas mill-kwota nazzjonali tat-tonn. 2. B’appoġġ għall-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandha titlob l-informazzjoni komplementari kollha u r-riżultati tal-analiżi rilevanti tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera u tal-farm tal-ħut li kienu involuti fl-operazzjoni tat-trasport u tat-tqegħid fil-gaġeġ ikkonċernata. 3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inkluż l-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti li kienu involuti fit-trasport tal-ħut, għandhom jikkooperaw b’mod attiv, inkluż permezz tal-iskambju tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħhom. 4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandha tikkonkludi l-investigazzjoni fi żmien xahar minn meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tkun ikkomunikat ir-riżultati tat-tqegħid fil-gaġeġ. 5. Differenza akbar minn 10 % bejn l-għadd ta’ individwi tat-tonn irrappurtati bħala maqbuda mill-bastiment jew mit-tunnara kkonċernati u l-għadd iddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara bħala riżultat tal-investigazzjoni għandha tikkostitwixxi nuqqas potenzjali ta’ konformità tal-bastiment jew tat-tunnara kkonċernati. 6. Il-marġni ta’ żball ta’ 10 % imsemmi fil-paragrafi 1 u 5 għandu jingħata bħala perċentwal taċ-ċifri rrappurtati mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd jew mir-rappreżentant tal-kaptan, jew mill-operatur tat-tunnara jew mir-rappreżentat tal-operatur tat-tunnara, u għandu jkun applikabbli fil-livell tal-operazzjoni individwali tat-tqegħid fil-gaġeġ. 7. L-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandu jiddetermina l-piż tat-tonn li għandu jitnaqqas mill-kwota nazzjonali tiegħu tat-tonn filwaqt li jqis il-kwantitajiet fil-gaġeġ, ikkalkulati f’konformità ma l-Anness XI, li jiżgura li l-piż fil-gaġeġ jiġi kkalkulat abbażi tar-relazzjoni bejn it-tul u l-piż għall-ħut selvaġġ, u l-mortalitajiet irrapportati, f’konformità mal-Anness XIII. 8. Madankollu, fejn l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tikkonkludi li individwi tat-tonn jintilfu kif definit fl-Anness XIII, il-piż tal-ħut mitluf għandu jitnaqqas mill-kwota tal-Istat Membru f’konformità mal-Anness XIII, billi jiġi applikat il-piż individwali medju waqt it-tqegħid fil-gaġeġ ikkomunikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut, għall-għadd ta’ individwi tat-tonn fil-qabda kif determinat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tat-tunnara li jirriżulta mill-analiżi tagħha tal-ewwel reġistrazzjoni bil-vidjokamera tat-trasferiment fil-kuntest tal-investigazzjoni. 9. Minkejja l-paragrafu 8, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera involut fit-trasport tal-ħut lejn il-farm tal-ħut tad-destinazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tat-tunnara tista’ tiddeċiedi li ma tnaqqasx mill-kwota tal-Istat Membru l-ħut iddeterminat fl-investigazzjoni bħala ħut mitluf, meta t-telf ġie ddokumentat kif suppost bħala “forza maġġuri” mill-operatur (jiġifieri, stampi tal-gaġġa bil-ħsara, rapporti meteoroloġiċi), l-informazzjoni rilevanti ġiet ikkomunikata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur immedjatament wara l-avveniment u t-telf ma rriżultax f’mortalitajiet magħrufa. Artikolu 51 Miżuri u programmi biex jiġu ddeterminati l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn li qed jitqiegħdu fil-gaġeġ 1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiddetermina l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn li qed jitqiegħdu fil-gaġeġ, billi tanalizza r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ta’ kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ ipprovduti mill-operatur tal-farm tal-ħut. Biex iwettqu dik l-analiżi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fl-Anness XI. 2. Meta jkun hemm differenza ta’ aktar minn 10 % bejn l-għadd jew il-piż determinat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u ċ-ċifri korrispondenti rrappurtati fid-dikjarazzjoni tal-ICCAT dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tniedi investigazzjoni biex tidentifika r-raġunijiet għad-diskrepanza u, kif xieraq, taġġusta l-għadd u/jew il-piż tal-individwi tat-tonn li jkunu tqiegħdu fil-gaġeġ. Dak il-marġni ta’ żball ta’ 10 % għandu jiġi espress bħala perċentwal taċ-ċifri pprovduti mill-operatur tal-farm tal-ħut. 3. Wara li titlesta operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ jew, fil-każ ta’ operazzjoni konġunta tas-sajd jew ta’ tunnari tal-istess Stat Membru, l-aħħar operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ assoċjata ma’ dik l-operazzjoni konġunta tas-sajd jew ma’ dawk it-tunnari, l-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandu jikkomunika r-riżultati tal-programm sterjoskopiku msemmi fl-Anness XI lill-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara jew lill-PKK f’konformità mat-Taqsima B, il-punt 2, tal-Anness XI. 4. L-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandu wkoll jibgħat ir-riżultati tal-programm sterjoskopiku msemmi fil-paragrafu 3 lill-entità li tkun qed topera l-programm tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT f’isem l-ICCAT. 5. Il-programm sterjoskopiku imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jitwettaq f’konformità mal-proċeduri stipulati fl-Anness XI. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi biss jekk l-ICCAT tkun approvathom matul il-laqgħa annwali tagħha. 6. Kull Stat Membru tal-farm tal-ħut għandu jissottometti l-proċeduri u r-riżultati relatati mal-programm sterjoskopiku jew metodi alternattivi imsemmija fil-paragrafu 5 lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena sabiex jiġu trażmessi lill-SCRS sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena. 7. It-tonn kollu li jmut waqt operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ għandu jiġi rrappurtat mill-operatur tal-farm tal-ħut, f’konformità mal-Anness XIII. 8. L-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandu joħroġ ordni ta’ rilaxx, f’konformità mal-proċeduri stipulati fl-Anness XII, għall-kwantitajiet imqegħdin fil-gaġeġ li jaqbżu l-kwantitajiet iddikjarati bħala maqbudin u ttrasferiti, jekk:
L-ammont żejjed għandu jiġi rrilaxxat fil-preżenza tal-awtoritajiet ta’ kontroll. 9. Ir-riżultati tal-programm sterjoskopiku għandhom jintużaw biex jiġi deċiż jekk hemmx bżonn isiru r-rilaxxi u d-dikjarazzjonijiet dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsimiet rilevanti tal-BCD għandhom jimtlew kif xieraq. Meta tkun inħarġet ordni ta’ rilaxx, l-operatur tal-farm tal-ħut għandu jitlob li awtorità nazzjonali ta’ kontroll u osservatur reġjonali tal-ICCAT jkunu preżenti biex jimmonitorjaw ir-rilaxx. Artikolu 52 Rilaxx assoċjat ma’ operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ 1. Id-determinazzjoni tal-ħut li jrid jiġi rilaxxat għandha ssir f’konformità mat-Taqsima B, il-punt 3, tal-Anness XI. 2. Jekk il-piż tat-tonn li jitqiegħed fil-gaġeġ jaqbeż dak li kien iddikjarat bħala maqbud u/jew trasferit, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandha toħroġ ordni ta’ rilaxx u tibgħatha mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut ikkonċernat. L-ordni ta’ rilaxx għandha tinħareġ f’konformità mat-Taqsima B, il-punt 3, tal-Anness XI, filwaqt li jitqies il-kumpens possibbli fil-livell tal-operazzjoni konġunta tas-sajd jew tat-tunnara, f’konformità mat-Taqsima B, il-punt 5, tal-Anness XI. 3. L-operazzjoni ta’ rilaxx għandha titwettaq f’konformità mal-protokoll stipulat fl-Anness XII.” |
|
(33) |
jitħassru l-Artikoli 53 sa 55; |
|
(34) |
jiżdiedu t-taqsimiet li ġejjin: “
Artikolu 56a Ħsad 1. Bastimenti għall-ipproċessar li jkunu biħsiebhom joperaw f’farms tal-ħut jew f’tunnari għandhom jibagħtu notifika minn qabel lill-Istat Membru tal-farm tal-ħut jew tat-tunnari mill-inqas 48 siegħa qabel il-wasla tal-bastiment fiż-żona tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara. In-notifika minn qabel għandha tinkludi tal-inqas id-data u l-ħin stmat tal-wasla u informazzjoni dwar jekk il-bastiment għall-ipproċessar għandux tonn abbord, u, jekk iva, għandha tipprovdi dettalji dwar il-merkanzija, inkluż kwantitajiet f’piż ipproċessat u piż ħaj u d-dettalji tal-oriġini (farm tal-ħut jew tunnara u l-Istat Membru jew PKK) tat-tonn abbord. 2. Kwalunkwe operazzjoni ta’ ħsad f’farms tal-ħut jew f’tunnari għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Istat Membru tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara. Għal dak l-għan, l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara li jkun biħsiebu jaħsad it-tonn għandu jippreżenta talba għall-awtorizzazzjoni lill-Istat Membru tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara tiegħu, kif applikabbli, li għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
3. Ħlief għal individwi tat-tonn li jkunu waslu biex imutu, l-ebda operazzjoni ta’ ħsad ma għandha tiġi awtorizzata qabel ma jkunu ġew iddeterminati r-riżultati tal-użu tal-kwota f’konformità mal-Artikolu 50(7) sa (9) u jkunu twettqu r-rilaxxi assoċjati. 4. L-operazzjonijiet ta’ ħsad ma għandhomx iseħħu mingħajr il-preżenza ta’ osservatur nazzjonali fil-każ tat-tunnari, jew osservatur reġjonali tal-ICCAT fil-każ ta’ ħsad fil-farms tal-ħut. Għall-ħut ikkunsinnat lil bastimenti għall-ipproċessar, l-osservatur nazzjonali jew l-osservatur reġjonali tal-ICCAT jista’ jwettaq il-kompiti rilevanti tiegħu mill-bastimenti għall-ipproċessar. 5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandhom jivverifikaw u jagħmlu kontroverifika tar-riżultati tal-operazzjonijiet kollha tal-ħsad li jsiru fil-farms tal-ħut u fit-tunnari fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, billi jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha fil-pussess tagħhom. L-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti tal-Istati Membri tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandhom jispezzjonaw l-operazzjonijiet kollha tal-ħsad tat-tonn destinat għall-bastimenti għall-ipproċessar u perċentwal tal-bqija tal-operazzjonijiet tal-ħsad ibbażat fuq analiżi tar-riskju. 6. Meta d-destinazzjoni tat-tonn hija bastiment għall-ipproċessar, il-kaptan tal-bastiment għall-ipproċessar jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jimla dikjarazzjoni tal-ipproċessar. Meta t-tonn maħsud ikun ser jinħatt l-art direttament fil-port, l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandu jimla dikjarazzjoni tal-ħsad. Id-dikjarazzjonijiet tal-ipproċessar u tal-ħsad għandhom jiġu vvalidati mill-osservatur nazzjonali jew l-osservatur reġjonali tal-ICCAT preżenti fl-operazzjoni tal-ħsad. 7. Id-dikjarazzjonijiet tal-ipproċessar u tal-ħsad għandhom jintbagħtu b’email lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-farm tal-ħut fi żmien 48 siegħa mill-operazzjoni tal-ħsad bl-użu tal-mudell stipulat fl-Anness XVb.
Artikolu 56b Trasferimenti ġewwa l-farm tal-ħut 1. It-trasferiment ġewwa l-farm tal-ħut ma għandux iseħħ mingħajr l-awtorizzazzjoni u l-preżenza tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut. Kull trasferiment għandu jiġi rreġistrat minn kameras ta’ kontroll biex jiġi kkonfermat l-għadd ta’ individwi tat-tonn trasferiti. Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun konformi mal-istandards minimi għall-proċeduri tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha timmonitorja u tikkontrolla dawk it-trasferimenti u għandha tiżgura li kull trasferiment ġewwa l-farm tal-ħut jiġi rreġistrat fis-sistema tal-eBCD. 2. Minkejja d-definizzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ fl-Artikolu 5, il-punt 30, ir-rilokazzjoni tal-individwi tat-tonn bejn żewġ postijiet differenti fl-istess farm tal-ħut (trasferiment ġewwa l-farm tal-ħut) bl-użu ta’ gaġġa tat-trasport, ma għandhiex titqies bħala tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-Taqsima 7. 3. Waqt trasferimenti ġewwa l-farm tal-ħut, ir-raggruppament mill-ġdid ta’ ħut tal-istess oriġini tal-bandiera u l-istess operazzjoni konġunta tas-sajd, jista’ jiġi awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut, dment li jinżammu t-traċċabbiltà u l-applikabbiltà tar-rati ta’ tkabbir tal-SCRS. 4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u l-operatur tal-farm tal-ħut għandhom iżommu r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera minn trasferimenti ġewwa l-farm tal-ħut li jsiru fil-farms tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tagħha għal minimu ta’ tliet snin u jżommu l-informazzjoni sakemm ikun meħtieġ għal finijiet ta’ infurzar. Artikolu 56c Riport 1. Qabel il-bidu tal-istaġuni tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew bit-tunnara li jkun imiss, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tivvaluta bir-reqqa t-tonn ħaj riportat fil-farms tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tagħha. Għal dak il-għan, it-tonn ħaj ikkonċernat għandu jiġi ttrasferit għal gaġeġ vojta u mmonitorjat permezz ta’ kameras ta’ kontroll, sabiex jiġu ddeterminati l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn trasferit. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, ir-riport tat-tonn minn snin u gaġeġ fejn ma sar l-ebda ħsad għandu jiġi kkontrollat kull sena bl-applikazzjoni tal-proċedura ta’ kontroll għal għarrieda stipulata fl-Artikolu 56e. 3. It-tonn ħaj li jkun ġie riportat għandu jitqiegħed f’gaġeġ separati jew f’sensiela ta’ gaġeġ fil-farm tal-ħut u jitqassam abbażi tal-operazzjoni konġunta tas-sajd jew tal-istess Stat Membru tat-tunnara jew tal-PKK tal-oriġini u tas-sena tal-qbid. 4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tal-kontroll mit-trasferimenti tal-valutazzjoni tar-riporti tkun konformi mal-istandards minimi rilevanti għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X u li d-determinazzjoni tal-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn riportati tkun f’konformità mat-Taqsima A tal-Anness XI. 5. Sakemm l-SCRS jiżviluppa algoritmu biex jikkonverti t-tul f’piż għal ħut imsemmen jew imrobbi, jew it-tnejn, id-determinazzjoni tal-piż tal-individwi tal-ħut riportati għandha ssir bl-użu tat-tabelli tar-rati tat-tkabbir l-aktar aġġornati prodotti mill-SCRS. 6. Differenza fl-għadd ta’ individwi tat-tonn bejn l-għadd li jirriżulta mill-valutazzjoni tar-riporti u l-għadd mistenni wara l-ħsad għandha tiġi investigata kif suppost mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u rreġistrata fis-sistema tal-eBCD. Fil-każ ta’ għadd żejjed, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tordna r-rilaxx tal-għadd korrispondenti ta’ individwi tat-tonn. L-operazzjoni ta’ rilaxx għandha titwettaq f’konformità mal-Anness XII. Ma għandux ikun permess kumpens għad-differenzi bejn gaġeġ differenti fil-farm tal-ħut. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tista’ tippermetti marġni ta’ żball sa mhux iktar minn 5 % bejn l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jirriżulta mill-valutazzjoni tar-riport u l-għadd ta’ individwi mistennija li jkunu preżenti fil-gaġġa. 7. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u l-operatur tal-farm tal-ħut għandhom iżommu r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti minn valutazzjonijiet tar-riporti mwettqa ġewwa l-farms tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tagħha għal minimu ta’ tliet snin u għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun meħtieġ għal finijiet ta’ infurzar. Artikolu 56d Dikjarazzjoni ta’ riport annwali 1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-farm tal-ħut għandhom jimlew u jibagħtu, mehmuża mal-pjan rivedut għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut, dikjarazzjoni ta’ riport annwali lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem wara t-tmiem tal-valutazzjoni tar-riport. Din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi tal-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni ta’ riport annwali lis-Segretarjat tal-ICCAT fi żmien 15-il jum wara t-tmiem tal-operazzjoni ta’ valutazzjoni tar-riport. 2. Ir-rapport tas-sistema sterjoskopika, fejn applikabbli, għandu jiġi mehmuż mad-dikjarazzjoni tar-riport annwali. Artikolu 56e Kontrolli għal għarrieda 1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha twettaq kontrolli għal għarrieda fil-farms tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tagħha. Il-kontrolli għal għarrieda minimi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru fil-farms tal-ħut bejn il-ħin tat-tlestija tal-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ u l-ewwel tqegħid fil-gaġeġ tas-sena ta’ wara. Tali kontrolli għandhom jinvolvu t-trasferimenti obbligatorji tal-individwi tat-tonn kollha minn gaġeġ tal-farm tal-ħut għal gaġeġ oħra tal-farm tal-ħut sabiex l-għadd ta’ individwi tat-tonn ikun jista’ jingħadd permezz ta’ reġistrazzjonijiet bil-vidjokameras tal-kontroll. 2. Kull Stat Membru tal-farm tal-ħut għandu jistabbilixxi għadd minimu ta’ kontrolli għal għarrieda li għandhom jitwettqu f’kull farm tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tiegħu. L-għadd ta’ kontrolli għal għarrieda għandu jkopri tal-inqas 10 % tal-għadd ta’ gaġeġ f’kull farm tal-ħut wara t-tlestija tal-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ, b’tal-inqas kontroll wieħed għal kull farm tal-ħut u ttondjat ‘il fuq fejn meħtieġ. L-għażla tal-gaġeġ li jridu jiġu kkontrollati għandha tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskju. L-ippjanar għal kontrolli għal għarrieda li għandhom jitwettqu għandu jkun rifless fil-pjan ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14. 3. Għalkemm mhux obbligatorju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tista’ tagħti lill-farms tal-ħut ikkonċernati avviż ta’ massimu ta’ jumejn kalendarji minn qabel li ser isir kontroll għal għarrieda. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tikkomunika biss il-gaġeġ magħżula lill-operatur tal-farm tal-ħut mal-wasla fil-farm tal-ħut ikkonċernat. 4. L-operaturi tal-farms tal-ħut għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa biex jiffaċilitaw il-kontrolli għal għarrieda u, fejn jingħata avviż minn qabel, għandhom jiżguraw li jkun hemm il-mezzi kollha sabiex il-kontrolli għal għarrieda jkunu jistgħu jitwettqu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut fi kwalunkwe ħin, u fi kwalunkwe gaġġa fil-farm tal-ħut. 5. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tagħmel ħilitha biex tnaqqas iż-żmien bejn l-ordni tal-kontrolli għal għarrieda u d-data meta jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ kontroll. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-operatur tal-farm tal-ħut ma jkollux il-possibbiltà li jimmanipula l-gaġeġ ikkonċernati qabel isir il-kontroll għal għarrieda. 6. Wara l-kontroll għal għarrieda, kwalunkwe differenza bejn l-għadd ta’ individwi ta’ tonn determinat mill-kontrolli għal għarrieda u l-għadd mistenni li jkun preżenti fil-gaġġa għandha tiġi investigata u rreġistrata kif suppost fis-sistema tal-eBCD. Fil-każ ta’ għadd żejjed, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tordna r-rilaxx tal-għadd korrispondenti ta’ individwi tat-tonn. L-operazzjoni ta’ rilaxx għandha titwettaq f’konformità mal-Anness XII. Ma għandux ikun permess kumpens għad-differenzi bejn gaġeġ differenti fil-farm tal-ħut. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tista’ tippermetti marġni ta’ żball ta’ 5 % bejn l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jirriżulta mill-valutazzjoni tar-riport u l-għadd ta’ individwi mistennija li jkunu preżenti fil-gaġġa. 7. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha żżomm ir-reġistrazzjonijiet kollha bil-vidjokamera mill-kontrolli għal għarrieda mwettqa ġewwa l-farms tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tagħha għal minimu ta’ tliet snin u għandha żżomm l-informazzjoni sakemm ikun meħtieġ għal finijiet ta’ infurzar. 8. Ir-riżultati tal-kontrolli għal għarrieda għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT qabel il-bidu tal-istaġun ġdid tas-sajd bit-tartarun tal-borża applikabbli għal kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 17, għat-trażmissjoni lill-Kumitat ta’ Konformità tal-ICCAT. Artikolu 56f Trasferimenti bejn il-farms tal-ħut 1. It-trasferiment ta’ individwi tat-tonn ħaj bejn żewġ farms tal-ħut differenti ma għandux iseħħ mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut ikkonċernat. 2. It-trasferiment mill-gaġġa tal-farm tal-ħut donatur għall-gaġġa tat-trasport għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 6 inkluż reġistrazzjoni bil-vidjokamera biex tikkonferma l-għadd ta’ individwi tat-tonn trasferiti, it-tlestija tal-ITD u l-verifika tal-operazzjoni minn osservatur reġjonali tal-ICCAT. 3. Minkejja l-paragrafu 2, f’każijiet fejn gaġġa tal-farm tal-ħut għandha tiġi ttrasportata kollha kemm hi lejn il-farm tal-ħut tad-destinazzjoni, ma għandux ikun meħtieġ li l-operazzjoni tiġi rreġistrata bil-vidjokamera u l-gaġġa għandha tiġi ttrasportata ssiġillata lejn il-farm tal-ħut tad-destinazzjoni. 4. It-tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn fil-farm tal-ħut tad-destinazzjoni għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti għall-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ stipulati fl-Artikoli 46a u 49 u l-Artikolu 51(1), (2) u (7), inkluż reġistrazzjonibil-vidjokamera biex tikkonferma l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn fil-gaġeġ u l-verifika tal-operazzjoni minn osservatur reġjonali tal-ICCAT. Id-determinazzjoni tal-piż għall-individwi tat-tonn li jitqiegħed fil-gaġeġ minn farm tal-ħut ieħor ma għandhiex tapplika sakemm l-SCRS ikun żviluppa algoritmu biex jikkonverti t-tul f’piż għal ħut imsemmen jew imrobbi jew it-tnejn.”; |
|
(35) |
l-Artikolu 57 huwa emendat kif ġej:
|
|
(36) |
fl-Artikolu 59, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Spezzjonijiet fil-każ ta’ suspett ta’ ksur ”; |
|
(37) |
L-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 61 Infurzar Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 89 sa 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u b’mod partikulari, għad-dmir tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri xierqa ta’ infurzar b’rabta ma’ bastiment tas-sajd, l-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandu jieħu l-miżura xierqa ta’ infurzar b’rabta ma’ farm tal-ħut, fejn ikun ġie stabbilit, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli li l-farm tal-ħut ma jkunx konformi ma l-Artikoli 45b sa 52 ta’ dan ir-Regolament. Il-miżuri jistgħu jinkludu, skont il-gravità tar-reat u f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni jew it-tneħħija tal-farm tal-ħut mil-lista nazzjonali tal-farms tal-ħut u/jew l-impożizzjoni ta’ pieni finanzjarji.”; |
|
(38) |
fl-Artikolu 66, il-paragrafu 1 huwa emendat b’dan li ġej:
|
|
(39) |
l-Anness VIII huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
|
(40) |
l-Anness XIII huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
|
(41) |
it-test li jidher fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala Annessi XVa u XVb. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Marzu 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU C 365, 23.9.2022, p. 55.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Frar 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar, 2024.
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2023/2833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn (Thunnus thynnus) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 (ĠU L, 2023/2833, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2833/oj).
ANNESS I
“ANNESS I
Speċi tal-ICCAT
|
Familja |
Isem bil-Latin |
Isem bil-Malti |
|
Scombridae |
Acanthocybium solandri |
Pizzintun tal-istrixxi |
|
Allothunnus fallai |
Tonn irqiq |
|
|
Auxis rochei |
Żgamirru |
|
|
Auxis thazard |
Tumbrell |
|
|
Euthynnus alletteratus |
Kubrita |
|
|
Gasterochisma melampus |
Tonn farfett |
|
|
Katsuwonus pelamis |
Palamit |
|
|
Orcynopsis unicolor |
Plamtu bla rigi |
|
|
Sarda sarda |
Plamtu |
|
|
Scomberomorus brasiliensis |
Pizzintun tal-Brażil |
|
|
Scomberomorus cavalla |
Kavall sultan |
|
|
Scomberomorus maculatus |
Pizzintun tat-tbajja’ |
|
|
Scomberomorus regalis |
Pizzintun irjali tal-Atlantiku |
|
|
Scomberomorus tritor |
Pizzintun tal-Punent tal-Afrika |
|
|
Thunnus alalunga |
Alonga |
|
|
Thunnus albacares |
Tonna safra |
|
|
Thunnus atlanticus |
Tonna sewda |
|
|
Thunnus maccoyii |
Tonna tan-Nofsinhar |
|
|
Thunnus obesus |
Tonn obeż |
|
|
Thunnus thynnus |
Tonna |
|
|
Istiophoridae |
Istiophorus albicans |
Pixxivela tal-Atlantiku |
|
Makaira indica |
Marlin iswed |
|
|
Makaira nigricans |
Marlin blu |
|
|
Tetrapturus albidus |
Marlin abjad |
|
|
Tetrapturus belone |
Pastardella |
|
|
Tetrapturus georgii |
Pastardella imperjali |
|
|
Tetrapturus pfluegeri |
Pastardella munqarha twil |
|
|
Xiphiidae |
Xiphias gladius |
Pixxispad |
|
Alopiidae |
Alopias superciliosus |
Pixxivolpi għajnu kbira |
|
Alopias vulpinus |
Pixxivolpi |
|
|
Carcharhinidae |
Carcharhinus falciformis |
Kelb il-baħar ħariri |
|
Carcharhinus galapagensis |
Kelb il-baħar tal-Galapagos |
|
|
Carcharhinus longimanus |
Kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku |
|
|
Prionace glauca |
Ħuta kaħla |
|
|
Lamnidae |
Carcharodon carcharias |
Kelb abjad |
|
Isurus oxyrinchus |
Pixxitondu |
|
|
Isurus paucus |
Pixxitondu tal-pinna twila |
|
|
Lamna nasus |
Pixxiplamtu |
|
|
Sphyrnidae |
Sphyrna lewini |
Kurazza rara |
|
Sphyrna mokarran |
Kurazza kbira |
|
|
Sphyrna zygaena |
Kurazza komuni |
|
|
Rhincodontidae |
Rhincodon typus |
Kelb balena |
|
Pseudocarchariidae |
Pseudocarcharias kamoharai |
Kelb kukkudrill |
|
Cetorhinidae |
Cetorhinus maximus |
Gabdoll |
|
Dasyatidae |
Pteroplatytrygon violacea |
Boll vjola |
|
Mobulidae |
Manta alfredi |
Mhux Applikabbli (1) |
|
Manta birostris |
Manta ġiganta |
|
|
Mobula hypostoma |
Mobula minuri |
|
|
Mobula japonica |
Mhux Applikabbli (1) |
|
|
Mobula mobular |
Baqra |
|
|
Mobula tarapacana |
Mobula taċ-Ċilì |
|
|
Mobula thurstoni |
Mobula denbha lixx |
(1) Isem komuni mhux disponibbli.
ANNESS II
“ANNESS VI
Prattiki ta’ trattament u rilaxx sikuri għall-fkieren tal-baħar
A. Trattament u rilaxx sikuri mit-tartarun tal-borża
|
1. |
Kull meta fekruna tal-baħar tidher fix-xibka, għandhom isiru l-isforzi raġonevoli kollha biex il-fekruna tal-baħar tiġi salvata qabel ma titħabbel fix-xibka. |
|
2. |
Fekruna tal-baħar qatt ma għandha tittella’ minn ġol-ilma billi tinġibed il-lenza tas-sajd li tkun imqabbda magħha jew imħabbla fiha. |
|
3. |
F’każ li fekruna tal-baħar titħabbel waqt it-tkebbib tax-xibka, it-tkebbib tax-xibka għandu jitwaqqaf malli l-fekruna toħroġ mill-ilma; il-fekruna għandha tinħall mingħajr ma titweġġa’ qabel ma terġa’ tibda titkebbeb ix-xibka. |
|
4. |
F’każ li, minkejja l-miżuri meħuda, fekruna tal-baħar tittella’ aċċidentalment abbord il-bastiment u tkun ħajja u attiva, jew mejta, il-fekruna tal-baħar għandha tiġi rilaxxata malajr kemm jista’ jkun. |
|
5. |
Jekk fekruna tal-baħar tittella’ abbord il-bastiment u tkun f’koma jew inattiva, għandha tiġi ppruvata r-risuxxitazzjoni f’konformità mat-Taqsima C. |
B. Trattament u rilaxx sikuri mill-konz
|
1. |
Meta jkun prattikabbli, u jekk l-operatur jew il-membri tal-ekwipaġġ abbord ikunu mħarrġa b’mod xieraq, fkieren tal-baħar f’koma għandhom jittellgħu abbord immedjatament. |
|
2. |
Malli tintlemaħ fekruna tal-baħar, il-veloċità tal-bastiment u tar-rukkell tal-lenza għandha titnaqqas u d-direzzjoni tal-bastiment tiġi aġġustata biex timxi lejn il-fekruna tal-baħar, filwaqt li titnaqqas it-tensjoni fuq il-lenza. |
|
3. |
Fekruna tal-baħar qatt ma għandha tittella’ minn ġol-ilma billi tinġibed il-lenza tas-sajd li tkun imqabbda magħha jew imħabbla fiha. |
|
4. |
Jekk fekruna tal-baħar tkun kbira wisq jew igganċjata b’tali mod li tipprekludi t-tlugħ sikur mingħajr ma tikkawża aktar ħsara jew korriment lill-fekruna tal-baħar, għandhom jintużaw taljalenez biex jaqtgħu l-lenza u jitneħħew kemm jista’ jkun lenez qabel tinħeles il-fekruna tal-baħar. |
|
5. |
Jekk fekruna tal-baħar tiġi osservata li tkun inqabdet b’sunnara jew tħabblet ma’ rkaptu tal-konz waqt l-operazzjonijiet tal-ġbid, l-operatur tal-bastiment għandu jieqaf immedjatament mill-operazzjonijiet tal-ġbid sakemm il-fekruna tal-baħar titneħħa mill-irkaptu tal-konz jew tittella’ abbord il-bastiment. |
|
6. |
Jekk fekruna tal-baħar tinqabad b’sunnara esternament jew is-sunnara tkun kompletament viżibbli, is-sunnara għandha titneħħa mill-fekruna tal-baħar malajr u bir-reqqa kemm jista’ jkun. Jekk sunnara ma tkunx tista’ titneħħa mill-fekruna tal-baħar (eż. tkun inbelgħet jew qiegħda fis-saqaf tal-ħalq), il-lenza għandha tinqata’ kemm jista’ jkun qrib is-sunnara. |
|
7. |
Fkieren tal-baħar ħajjin għandhom jiġu rilaxxati lura l-baħar wara li jiġu ttrattati bil-mod li ġej:
|
|
8. |
Jekk il-fekruna tal-baħar mtella’ abbord il-bastiment tkun f’koma jew inattiva, għandha tiġi ppruvata r-risuxxitazzjoni f’konformità mat-Taqsima C. |
C. Risuxxitazzjoni għal fekruna tal-baħar abbord
|
1. |
Meta tiġi ttrattata fekruna tal-baħar, għandhom isiru tentattivi biex l-annimal jinżamm mill-qoxra, filwaqt li jiġi evitat ir-reġjun tar-ras u l-għonq, u l-flippers. |
|
2. |
Għandu jkun hemm insistenza biex jitneħħa jew jinħa;ll kwalunkwe oġġett barrani mill-fekruna tal-baħar, bħal kwalunkwe oġġetti tal-plastik, xibka, jew snanar imqabbdin, eċċ. |
|
3. |
Il-fekruna tal-baħar għandha titqiegħed fuq il-qoxra tal-qiegħ tagħha (plastron) sabiex il-fekruna tal-baħar tkun dritta ‘l fuq, iżolata b’mod sikur u mmobilizzata fuq wiċċ artab, bħal tajer tal-karozzi mingħajr rimm, kuxxin tad-dgħajsa jew ħabel imkebbeb. L-iskop primarju tal-wiċċ artab huwa li jgħolli l-fekruna tal-baħar mill-gverta biex jgħin fit-trażżin tagħha. Għolli s-saqajn ta’ wara tagħha mill-inqas 6 pulzieri (15-il cm) għal perjodu ta’ 4 sa 24 siegħa. Il-grad tal-elevazzjoni jiddependi fuq id-daqs tal-fekruna; elevazzjonijiet ogħla huma meħtieġa għal fkieren tal-baħar akbar. Perjodikament, bandal il-fekruna tal-baħar bil-mod mix-xellug għal-lemin u mil-lemin għax-xellug billi żżomm it-tarf ta’ barra tal-qoxra (karapaċa) u erfa’ naħa waħda madwar 3 pulzieri (8 cm) imbagħad alterna lin-naħa l-oħra. Miss l-għajn bil-mod u oqros id-denb (test tar-rifless) perjodikament biex tara jekk hemmx rispons. |
|
4. |
Il-fkieren tal-baħar li jkunu qed jiġu risuxxitati għandhom jitqiegħdu fid-dell u jinżammu niedja jew umdużi iżda taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom jitqiegħdu f’kontenitur li fih l-ilma. Xugaman imxarrab bl-ilma mqiegħed fuq ir-ras, il-karapaċa u l-flippers huwa l-aktar metodu effettiv biex iżżomm fekruna tal-baħar niedja. |
|
5. |
Fkieren tal-baħar li jerġgħu jieħdu l-ħajja u jsiru attivi għandhom jiġu rilaxxati minn fuq il-poppa tad-dgħajsa biss meta l-irkaptu tas-sajd ma jkunx qed jintuża (jiġifieri ma jkunx qed jiġi ssettjat jew miġbud b’mod attiv), meta l-ingranaġġ tal-magna jkun f’pożizzjoni newtrali, u f’żoni fejn mhux probabbli li jerġgħu jinqabdu jew isofru korriment minn bastimenti. |
|
6. |
Il-fkieren tal-baħar li jonqsu milli jirrispondu għat-test tar-rifless jew jonqsu milli jiċċaqilqu fi żmien 4 sigħat (sa 24 siegħa, jekk possibbli) għandhom jiġu ritornati fl-ilma bl-istess mod bħal dak għall-fkieren tal-baħar li jiċċaqilqu b’mod attiv. |
ANNESS III
“ANNESS IX
Standards minimi għal trattament sikur u proċeduri ta’ rilaxx ħaj għall-pixxitondu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku
Dan l-Anness jistabbilixxi standards minimi għal prattiki ta’ trattament sikur għall-pixxitondu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Atlantiku, u jinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi kemm għas-sajd bil-konz kif ukoll għas-sajd bil-tartarun tal-borża.
Dawn l-istandards minimi huma xierqa għal pixxitondu ħaj meta jiġi rilaxxat, sew jekk taħt politiki ta’ ebda żamma kif ukoll jekk volontarjament. Dawn l-istandards minimi ma jissostitwixxu l-ebda regola tas-sikurezza aktar stretta li setgħet ġiet stabbilita skont il-liġi nazzjonali.
|
1. |
Is-sikurezza l-ewwel: Dawn l-istandards minimi għandhom jitqiesu fid-dawl tas-sikurezza u l-prattikabbiltà għall-membri tal-ekwipaġġ. Is-sikurezza tal-membri tal-ekwipaġġ għandha dejjem tiġi l-ewwel. Bħala minimu, il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jilbsu ingwanti xierqa u jevitaw li jaħdmu viċin il-ħalq tal-klieb il-baħar. |
|
2. |
Taħriġ: Il-materjali tat-taħriġ huma disponibbli għall-Istati Membri fit-tliet lingwi uffiċjali tal-ICCAT. |
|
3. |
Metodu ta’ rilaxx: Sa fejn ikun prattikabbli, il-klieb il-baħar kollha li jkunu qed jiġu rilaxxati għandhom jibqgħu fl-ilma l-ħin kollu sakemm ma jkunx meħtieġ li jittellgħu klieb il-baħar għall-identifikazzjoni tal-ispeċi. Dan jinkludi l-qtugħ tal-lenza biex jinħeles il-kelb il-baħar waqt li jkun għadu fl-ilma, bl-użu ta’ taljaturi tal-bolts jew żganċaturi biex ineħħu s-sunnara jekk possibbli, jew jaqtgħu l-lenza kemm jista’ jkun qrib is-sunnara (titħalla l-inqas lenza mdendla kemm jista’ jkun possibbli). |
|
4. |
Kun ippreparat: L-għodod għandhom jiġu ppreparati minn qabel (eż. bragi tal-kanvas jew tax-xibka, streċers għall-ġarr jew l-irfigħ, xibka jew grilja b’malji kbar biex tkopri bokkaporti jew hoppers fis-sajd bit-tartarun tal-borża u tagħmir tal-qtugħ bil-manek twal u żganċaturi fis-sajd bil-konz, elenkati taħt it-Taqsima E). |
A. Rakkomandazzjonijiet ġenerali għas-sajd kollu
|
1. |
Jekk dan jista’ jsir bla periklu operazzjonali, waqqaf il-bastiment jew naqqas sostanzjalment il-veloċità tiegħu. |
|
2. |
Meta l-kelb il-baħar jitħabbel (fi xbieki, lenza tas-sajd, eċċ.), jekk ikun sikur li tagħmel dan, aqta’ b’attenzjoni x-xibka jew il-lenza biex jinħeles il-kelb il-baħar u jiġi rilaxxat fil-baħar malajr kemm jista’ jkun mingħajr l-ebda tħabbil imwaħħal miegħu. |
|
3. |
Fejn ikun fattibbli, u filwaqt li żżomm il-kelb il-baħar fl-ilma, ipprova kejjel it-tul tal-kelb il-baħar. |
|
4. |
Biex tevita l-gdim, poġġi oġġett, bħal ħuta jew lasta kbira jew arblu tal-injam, f’ħalqu. |
|
5. |
Jekk, għal kwalunkwe raġuni, kelb il-baħar irid jinġieb fuq il-gverta, imminimizza allura l-ħin li tieħu biex terġa’ titfgħu lura fl-ilma biex iżżid iċ-ċans tas-sopravivenza tiegħu u jitnaqqsu r-riskji għall-membri tal-ekwipaġġ. |
B. Prattiki speċifiċi ta’ trattament sikur għas-sajd bil-konz
|
1. |
Ġib il-kelb il-baħar kemm jista’ jkun qrib il-bastiment mingħajr ma tpoġġi tensjoni żejda fuq il-brazzol biex tevita l-possibbiltà li ganċ rilaxxat jew il-qtugħ ta’ brazzol ikunu jistgħu jisparaw ganċ, piżijiet u partijiet oħra lejn il-bastimenti u l-membri tal-ekwipaġġ b’veloċità kbira. |
|
2. |
Orbot l-aktar naħa l-bogħod tal-konz prinċipali mad-dgħajsa biex kwalunkwe rkaptu li jkun fadal fl-ilma jiġbed il-lenza u l-kelb il-baħar. |
|
3. |
Jekk igganċjat, u s-sunnara tkun viżibbli fil-ġisem jew fil-ħalq, uża żganċatur jew taljatur tal-boltijiet b’manku twil biex tneħħi l-ponta mgħawġa lura tas-sunnara, u mbagħad neħħi s-sunnara. |
|
4. |
Jekk ma jkunx possibbli li tneħħi s-sunnara jew is-sunnara ma tkunx jidher, aqta’ l-lenza tat-traċċa (jew brazzol, gwida) kemm jista’ jkun viċin is-sunnara (idealment tħalli l-inqas materjal ta’ lenza u/jew gwida kemm jista’ jkun u mingħajr piżijiet imwaħħla mal-kelb il-baħar). |
C. Prattiki speċifiċi ta’ trattament sikur għas-sajd bit-tartarun tal-borża
|
1. |
Jekk fit-tartarun tal-borża: Skennja x-xibka kemm jista’ jkun ‘il quddiem biex tara kwalunkwe kelb il-baħar kmieni sabiex tkun tista’ tirreaġixxi malajr. Evita li terfa’ l-klieb il-baħar fix-xibka lejn it-tarjola motorizzata. Naqqas il-veloċità tal-bastiment biex tnaqqas it-tensjoni tax-xibka u ħalli l-kelb il-baħar imħabbel jitneħħa mix-xibka. Jekk meħtieġ, uża tagħmir li jaqta’ biex taqta’ x-xibka. |
|
2. |
Jekk fil-braga jew fuq il-gverta: Uża xibka tal-merkanzija b’malji kbar mibnija apposta jew braga tal-kanvas jew apparat simili. Jekk jippermetti l-arranġament tal-bastiment, il-klieb il-baħar jistgħu wkoll jiġu rilaxxati billi titbattal il-braga direttament fuq hopper u rampa tar-rilaxx miżmuma f’angolu li tkun konnessa ma’ fetħa fir-railing tal-gverta ta’ fuq, mingħajr il-ħtieġa li jitgħollew jew jiġu manipulati mill-membri tal-ekwipaġġ. |
D. Rakkomandazzjonijiet speċifiċi u prattiki speċifiċi ta’ trattament sikur għas-sajd kollu
|
1. |
Sa fejn ikun prattikabbli, terfax il-klieb il-baħar mill-ilma bl-użu tal-brazzol, speċjalment jekk imqabbda bis-sunnara, sakemm ma jkunx meħtieġ li jintrefgħu klieb il-baħar għall-identifikazzjoni tal-ispeċi. |
|
2. |
Terfax il-klieb il-baħar bl-użu ta’ wajers jew kejbils irqaq, jew mid-denb biss. |
|
3. |
Tolqotx kelb il-baħar ma’ xi wiċċ, pereżempju biex tneħħi l-annimal mil-lenza. |
|
4. |
Tipprovax tneħħi xi sunnara li tkun inbelgħet fil-fond u ma tkunx viżibbli. |
|
5. |
Tipprovax tneħħi sunnara billi tiġbed il-brazzol b’mod qawwi. |
|
6. |
Taqtax id-denb jew kwalunkwe parti oħra tal-ġisem. |
|
7. |
Taqtax u ttaqqabx toqob fil-kelb il-baħar. |
|
8. |
Tinfidx kelb il-baħar b’gaffa u tagħtihx bis-sieq, u ddaħħalx idejk fil-qasmiet tal-garġi. |
|
9. |
Tesponix il-kelb il-baħar għax-xemx għal perjodi estiżi. |
|
10. |
Tkebbibx subgħajk, idejk jew dirgħajk mal-lenza meta ttella’ kelb il-baħar fuq id-dgħajsa (jista’ jirriżulta f’korriment serju). |
E. Għodod utli għat-trattament u r-rilaxx sikur:
|
(a) |
ingwanti (il-ġilda tal-kelb il-baħar hija ħarxa; jiżguraw it-trattament sikur tal-kelb il-baħar u jipproteġu l-idejn tal-membri tal-ekwipaġġ mill-gdim); |
|
(b) |
xugaman jew drapp (xugaman jew drapp imxarrba fl-ilma baħar jistgħu jitqiegħdu fuq għajnejn il-kelb il-baħar biex jikkalmawh); |
|
(c) |
żganċatur (eż. żganċatur tad-denb tal-ħanżir, taljaturi tal-boltijiet jew tnalji li jaqtgħu); |
|
(d) |
xedd tal-klieb il-baħar jew streċer (jekk meħtieġ); |
|
(e) |
ħabel tal-irmonk (biex jintrabat kelb il-baħar igganċjat jekk jeħtieġ li jitneħħa mill-ilma); |
|
(f) |
manka tal-ilma mielaħ (jekk ikun antiċipat li jista’ jkun meħtieġ aktar minn 5 minuti biex kelb il-baħar jiġi rilaxxat, imbagħad poġġi pajp f’ħalqu sabiex jintefa’ l-ilma baħar fih b’mod moderat; ara li l-pompa tal-gverta tkun ilha taħdem għal diversi minuti qabel tpoġġiha f’ħalq il-klieb il-baħar); |
|
(g) |
apparat jew metodu tal-kejl (eż. immarka arblu, gwida u galleġġant, jew tejp tal-kejl); |
|
(h) |
skeda tad-data għar-reġistrazzjoni tal-qabda kollha; |
|
(i) |
irkaptu għall-ittikkettar (jekk applikabbli). |
ANNESS X
Linji gwida għat-tnaqqis tal-impatt ekoloġiku tal-Fads fis-Sajd tal-ICCAT
1.
Il-parti tal-istruttura tal-FAD li tkun f’wiċċ il-baħar ma għandhiex tkun mgħottija jew, jekk tkun mgħottija, għandha tkun mgħottija biss b’materjal li jkollu l-inqas riskju li jitħabblu fih speċijiet aċċessorji.
2.
Il-komponenti ta’ taħt il-wiċċ tal-FAD għandhom ikunu komposti esklużivament minn materjal li ma jitħabbilx (eż. ebda ħbula jew kanvas).
3.
Meta jiġu ddisinjati l-FADs, l-użu ta’ materjali bijodegradabbli għandu jkun prijoritizzat.
ANNESS IV
“ANNESS VIII
Programmi ta’ osservaturi
I. Programm ta’ osservaturi nazzjonali
|
1. |
Il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali għandhom ikunu, b’mod ġenerali, li jimmonitorjaw il-konformità tal-bastimenti tas-sajd u tan-nases ma’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
Meta jiġi stazzjonat abbord bastiment tal-qbid, l-osservatur nazzjonali għandu jirreġistra u jirrapporta dwar l-attività tas-sajd, inkluż b’mod partikolari, dan li ġej:
|
|
3. |
Meta jkunu stazzjonati fuq bastiment tal-irmunkar, l-osservaturi nazzjonali għandhom:
|
|
4. |
Meta jkun stazzjonat fuq tunnara l-osservatur nazzjonali għandu:
|
|
5. |
L-osservatur nazzjonali għandu jwettaq ukoll ħidma xjentifika, bħall-ġbir tad-data kollha meħtieġa mill-Kummissjoni, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-SCRS. |
II. Programm ta’ osservaturi reġjonali tal-ICCAT
|
1. |
Kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-operaturi tal-farms tat-tonn u tat-tunnari u l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża, jew ir-rappreżentanti tal-kaptani li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jibagħtu osservatur reġjonali tal-ICCAT, kif stabbilit fl-Artikolu 39. |
|
2. |
L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jinħatru kull sena qabel l-1 ta’ April jew malli jkun prattiku, u għandhom jitqiegħdu fil-farms tat-tonn, fuq it-tunnari u abbord il-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri li jimplimentaw il-programm tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT. Għandha tinħareġ karta ta’ osservatur reġjonali tal-ICCAT għal kull osservatur. |
|
3. |
Iż-żewġ partijiet involuti għandhom jiffirmaw kuntratt li jelenka d-drittijiet u d-dmirijiet bejn l-osservatur reġjonali tal-ICCAT u l-kaptan tal-bastiment tas-sajd jew tal-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara. |
|
4. |
Għandu jiġi stabbilit manwal tal-programm ta’ osservazzjoni tal-ICCAT. |
A. Kwalifiki tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT
L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandu jkollhom il-kwalifiki li ġejjin biex iwettqu l-kompiti tagħhom:
|
(a) |
biżżejjed esperjenza biex ikunu jistgħu jidentifikaw l-ispeċijiet tal-ħut u l-irkaptu tas-sajd; |
|
(b) |
għarfien sodisfaċenti tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-ICCAT, u tal-linji gwida marbutin mat-taħriġ tal-ICCAT; |
|
(c) |
il-ħila li josservaw l-affarijiet u li jirreġistrawhom b’mod preċiż; |
|
(d) |
il-kapaċità li janalizzaw ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera; |
|
(e) |
sa fejn ikun possibbli, għarfien sodisfaċenti tal-lingwa tal-Istat Membru tal-bandiera, tal-farms tat-tonn jew tat-tunnari jew tal-PKK fejn ikunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom. |
B. Obbligi tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT
|
1. |
L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom:
|
|
2. |
L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jittrattaw bħala kunfidenzjali t-tagħrif kollu dwar l-operazzjonijiet tas-sajd u tat-trasferiment imwettqa mill-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, il-farms tat-tonn u t-tunnara, u jaċċettaw dan ir-rekwiżit bil-miktub bħala kundizzjoni biex jinħatru bħala osservatur reġjonali tal-ICCAT. |
|
3. |
L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK tal-farm tal-ħut li taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jkun jaqa’ l-bastiment, il-farm tal-ħut jew it-tunnara li għalih l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT ikunu assenjati. |
|
4. |
L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jirrispettaw il-ġerarkija u r-regoli ġenerali tal-imġiba li japplikaw għall-persunal kollu li jaħdem fuq il-bastimenti, fil-farms tal-ħut u fit-tunnara, dment li dawn ir-regoli ma jxekklux id-dmirijiet tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT fil-kuntest ta’ dan il-programm, jew l-obbligi tal-persunal tal-bastimenti, tal-farms tal-ħut u tat-tunnara stipulati f’dan l-Anness. |
C. Kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT
|
1. |
Il-kompiti tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu, b’mod partikulari, li:
|
D. Obbligi tal-Istati Membri tal-bandiera, tat-tunnara u tal-farm tal-ħut
|
1. |
L-Istati Membri tal-bandiera, tal-farm tal-ħut u tat-tunnara għandhom jiżguraw li, b’mod partikolari, l-osservatur reġjonali tal-ICCAT:
|
|
2. |
L-Istati Membri tal-bandiera, tat-tunnara u tal-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li l-kaptani, l-ekwipaġġ,u is-sidien tal-farms tal-ħut, tat-tunnara tal-bastimenti ma jostakolawx, ma jintimidawx, ma jindaħlux, ma jinfluwenzawx u ma jxaħħmux jew jippruvaw ixaħħmu lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT waqt it-twettiq tal-kompiti ta’ osservatur reġjonali tal-ICCAT. |
|
3. |
L-Istati Membri tal-bandiera, tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut għandhom jingħataw, b’mod konsistenti ma’ kwalunkwe rekwiżit applikabbli dwar il-kunfidenzjalità tad-data, kopji tad-data mhux ipproċessata, is-sommarji u r-rapporti kollha relatati mal-vjaġġ tas-sajd. Ir-rapporti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jintbagħtu lill-Kumitat ta’ Konformità u lill-SCRS. |
|
4. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera, tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara fejn l-osservatur reġjonali tal-ICCAT ikun qed jipprovdi servizzi ta’ osservatur, jistgħu jitolbu li l-osservatur jiġi sostitwit jekk ikollhom evidenza li l-osservatur reġjonali tal-ICCAT ma jissodisfax l-obbligi, jew ma jwettaqx il-kompiti, stipulati f’dan ir-Regolament b’mod adegwat. Kwalunkwe każ bħal dan għandu jiġi rrappurtat lill-Panel 2. |
E. Miżati u organizzazzjoni
|
1. |
L-ispejjeż għall-implimentazzjoni tal-programm tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jiġu ffinanzjati mill-operaturi tal-farms tal-ħut u tat-tunnara u mis-sidien tal-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża. Il-miżata għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-ispejjeż totali tal-programm u titħallas f’kont speċjali tas-Segretarjat tal-ICCAT li jintuża għall-implimentazzjoni tal-programm tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT. |
|
2. |
L-ebda osservatur reġjonali tal-ICCAT ma għandu jiġi assenjat f’bastiment, f’tunnara jew f’farm tal-ħut li għalih ma jkunux tħallsu l-miżati meħtieġa skont dan l-Anness. |
ANNESS V
“ANNESS XIII
Trattament tal-ħut mejjet jew mitluf
A. Reġistrazzjoni ta’ tonn mejjet jew mitluf
|
1. |
L-għadd ta’ individwi tat-tonn li jmutu matul kwalunkwe operazzjoni regolata skont dan ir-Regolament għandu jiġi rrappurtat mill-operatur donatur, fil-każ ta’ operazzjoni ta’ trasferiment u trasport assoċjat, jew mill-operatur tal-farm tal-ħut, fil-każ ta’ operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ jew attivitajiet ta’ trobbija fil-gaġeġ, u għandu jitnaqqas mill-kwota rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
2. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “ħut mitluf” tfisser l-individwi tat-tonn neqsin li, wara d-differenzi potenzjali misjuba matul l-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament, ma ġewx iġġustifikati bħala mortalitajiet. |
B. Trattament ta’ ħut li jmut matul il-qbid u l-ewwel trasferiment
|
1. |
L-individwi tat-tonn li jmutu matul il-qbid u l-ewwel trasferiment minn bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew tunnara għandhom jiġu rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew fir-rapport tal-qabdiet ta’ kuljum tat-tunnara, u għandhom jiġu rrappurtati fl-ITD u fit-taqsima 4 (Informazzjoni dwar it-trasferimenti) tal-eBCD. |
|
2. |
L-eBCD għandu jingħata lill-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar bit-taqsimiet 2 (Informazzjoni dwar il-qbid), 3 (Informazzjoni dwar il-kummerċ) u 4 (Informazzjoni dwar it-trasferimenti) inkluż is-subtaqsimiet dwar “ħut mejjet” mimlija. |
|
3. |
It-Taqsima 2 (Informazzjoni dwar il-qbid) tal-eBCD għandha tinkludi kull individwu tat-tonn maqbud. Il-kwantitajiet totali rrappurtati fit-taqsimiet 3 (Informazzjoni dwar il-kummerċ) u 4 (Informazzjoni dwar it-trasferimenti) tal-eBCD (inkluż is-subtaqsimiet dwar “ħut mejjet”) għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet irrapportati fit-taqsima 2 (Informazzjoni dwar il-qbid) tagħhom, wara li jitnaqqsu l-mortalitajiet kollha osservati bejn il-qbid u t-tlestija tat-trasferiment. |
|
4. |
Mal-eBCD għandu jkun hemm l-ITD f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
|
5. |
Kopja tal-eBCD li tkun tinkludi t-taqsima 8 (intitolata “Tagħrif dwar il-kummerċ”) għandha timtela u tintbagħat lill-kaptan tal-bastiment awżiljarju li jkun qed iġorr it-tonn mejjet lejn l-art (jew inkella din għandha tinżamm abbord il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara jekk dan it-tonn jinħatt direttament l-art). Kopja tal-ITD għandha takkumpanja lil dak il-ħut mejjet u l-parti tal-eBCD. |
|
6. |
Il-kwantitajiet ta’ ħut mejjet għandhom jitniżżlu fl-eBCD tal-bastiment tal-qbid li jkun qabadhom jew, fil-każ tal-operazzjonijiet konġunti tas-sajd (“JFOs”), jew fl-eBCD tal-bastimenti tal-qbid parteċipanti jew ta’ bastiment li jtajjar bandiera oħra li jkunu qed jieħdu sehem fl-operazzjoni konġunta tas-sajd. |
C. Trattament ta’ ħut li jmut jew li jintilef matul trasferimenti u operazzjonijiet ta’ trasport ulterjuri
|
1. |
Il-kaptani tal-bastimenti tal-irmunkar għandhom jirrappurtaw, bl-użu tal-mudell previst fit-Taqsima F, l-individwi kollha tat-tonn li jmutu matul it-trasport. Il-kaptan tal-bastiment tal-irmonk għandu jimla linji individwali kull darba li jiġi identifikat ħut mejjet jew mitluf. |
|
2. |
F’każ ta’ trasferimenti ulterjuri, il-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar donatur għandu jipprovdi l-oriġinal tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar li jkun qed jirċievi t-tonn, filwaqt li jżomm kopja abbord għad-durata kollha tal-kampanja. |
|
3. |
Mal-wasla ta’ gaġġa tat-trasport fil-farm tal-ħut tad-destinazzjoni, il-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar għandu jibgħat is-sett sħiħ ta’ rapporti ta’ ħut mejjet billi juża l-mudell previst fit-Taqsima F lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut jew tal-PKK responsabbli għall-farm tal-ħut. |
|
4. |
Għall-fini tal-użu tal-kwota li għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru tal-bandiera jew tat-tunnara, il-piż tal-ħut li jmut jew li jintilef matul it-trasport għandu jiġi evalwat kif ġej:
|
D. Trattament ta’ ħut li jmut waqt operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ
Il-ħut li jmut waqt l-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ għandu jiġi rrappurtat mill-operatur tal-farm tal-ħut fid-dikjarazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn li jmutu waqt operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ jiġu rrappurtati fis-subtaqsima rilevanti tat-taqsima 6 (Informazzjoni dwar it-trobbija fil-gaġeġ) tal-eBCD.
E. Trattament ta’ ħut li jmut jew li jintilef matul attivitajiet ta’ trobbija fil-gaġeġ
Ħut mejjet jew mitluf f’farms tal-ħut jew dawk li jisparixxu minn farms tal-ħut, inkluż ħut allegatament misruq jew maħrub, għandu jiġi rrappurtat mill-operatur tal-farm tal-ħut lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut immedjatament wara li wieħed jinduna bil-ħut mejjet jew mitluf. Ir-rapport tal-operatur tal-farm tal-ħut għandu jkun akkumpanjat mill-evidenza ta’ sostenn meħtieġa (eż. ilment imressaq dwar il-ħut misruq, rapport tal-ħsara f’każ ta’ ħsara fil-gaġġa). Wara li tirċievi tali rapport, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tapplika l-bidliet meħtieġa jew il-kanċellazzjoni tal-eBCD ikkonċernat (wara l-iżviluppi meħtieġa fis-sistema tal-eBCD).
F. Mudell ta’ rappurtar
|
Rappurtar ta’ ħut li jmut matul trasferimenti u operazzjonijiet ta’ trasport ulterjuri |
||
|
Bastiment tal-irmunkar |
Isem |
|
|
Nru tal-ICCAT u bandiera |
|
|
|
Nru tal-ITD u Nru tal-gaġġa |
|
|
|
Firma tal-kaptan |
|
|
|
Bastiment(i) tal-qbid / tunnara |
Isem il-bastiment(i) / tunnara |
|
|
Numru tal-ICCAT u Nru tal-JFO |
|
|
|
Numru/i tal-eBCD |
|
|
|
Bastiment tal-irmonk preċedenti (jekk ikun hemm) |
Isem |
|
|
Nru tal-ICCAT u bandiera |
|
|
|
Nru tal-ITD u Nru tal-gaġġa |
|
|
|
Numru totali ta’ BFT rrappurtat mejjet (*1) |
|
|
|
Farm tal-ħut destinatarju |
PKK / Isem / Numru tal-ICCAT |
|
|
Data |
Numru ta’ BFT mejjet |
Firma tal-kaptan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI |
|
|
(*1) F’każ ta’ trasferimenti ulterjuri, il-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar donatur għandu jibgħat ir-rapport oriġinali dwar il-mortalità lill-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar riċevitur.
ANNESS VI
“ANNESS XVa
Proċedura għall-operazzjonijiet tas-siġillar tal-gaġeġ tat-trasport
1.
Qabel l-użu tagħhom fuq bastiment bit-tartarun tal-borża, tunnara, jew bastiment tal-irmonk, l-entità li topera l-programm ta’ osservaturi reġjonali tal-ICCAT u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu minimu ta’ 25 siġill tal-ICCAT lil kull osservatur reġjonali tal-ICCAT u osservaturi nazzjonali taħt ir-responsabbiltà tagħhom, rispettivament u jżommu rekord tas-siġilli pprovduti u użati.
2.
L-operatur donatur għandu jkun responsabbli għall-issiġillar tal-gaġeġ. Għal dan il-għan, mill-inqas tliet siġilli, imqiegħda b’tali mod li jipprevjenu l-ftuħ tal-bibien mingħajr ma jitkissru s-siġilli, għandhom jitqiegħdu fuq kull bieba tal-gaġġa.
3.
L-operazzjoni tas-siġill għandha tiġi rreġistrata b’vidjokamera mill-operatur donatur u għandha tippermetti l-identifikazzjoni tas-siġilli u l-verifika li s-siġilli tqiegħdu kif suppost. Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun konformi mal-istandards minimi għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X. Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera kkonċernata għandha takkumpanja l-ħut sal-farm tal-ħut tad-destinazzjoni. Kopja tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tinżamm abbord il-bastimenti donaturi jew fuq it-tunnara u għandha tkun aċċessibbli għal skopijiet ta’ kontroll fi kwalunkwe ħin matul il-kampanja tas-sajd. Kopja tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun disponibbli għall-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew fuq it-tunnara, jew għall-osservatur nazzjonali fuq il-bastiment tal-irmonk riċevitur, għat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK, jew lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT preżenti fit-trasferiment tal-kontroll sussegwenti.
4.
Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tat-trasferiment tal-kontroll sussegwenti għandha tinkludi l-operazzjoni tat-tneħħija tas-siġillar, li għandha titwettaq b’tali mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-siġilli u l-verifika li s-siġilli ma ġewx imbagħbsa.
ANNESS XVb
Mudell għad-dikjarazzjoni tal-ipproċessar u d-dikjarazzjoni tal-ħsad
|
Ipproċessar / Ħsad (immarka b’ċirku) |
|
Data tal-ħsad (j/m/s): / / |
|
Farm / Tunnara (immarka b’ċirku) |
|
Numru(i)tal-gaġġa/gaġeġ: |
|
Għadd ta’ individwi maħsuda: |
|
Piż ħaj f’kg tat-tonn maħsud: |
|
Piż ipproċessat f’kg tat-tonn maħsud: |
|
Numru(i) tal-eBCD assoċjati mat-tonn maħsud: |
|
Dettalji tal-bastimenti awżiljarji involuti fl-operazzjoni: Isem: Bandiera: Numru ta’ reġistrazzjoni tal-ICCAT: |
|
Destinazzjoni tat-tonn maħsud (esportazzjoni, suq lokali, oħrajn) (jekk jogħġbok immarka b’ċirku) Fil-każ ta’ oħrajn, jekk jogħġbok speċifika: |
|
Validazzjoni mill-osservatur nazzjonali jew mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT, kif xieraq: Isem l-Osservatur: Numru tal-ICCAT: Firma: |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/897/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)