31997R1278



Official Journal L 175 , 03/07/1997 P. 0006 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1278/97

tat-2 ta’ Lulju 1997

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 577/97 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistabbilixxi l-istandards għax-xaħmijiet li jiddelku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 tal-5 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-istandards għax-xaħam li jiddellek [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 tat-2 ta’ Lulju 1987 dwar il-protezzjoni tad- denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [2], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 577/97 ta’ l-1 ta’ April 1997 jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistabbilixxi l-istandards għax-xaħamijiet li jiddellku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [3] li jistabbilixxi r-regoli għall-indikazzjoni tal-kontenut ta’ xaħam tax-xaħamijiet li jiddellku;

Billi d-deroga fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 577/97 kienet provduta biex tiġi assigurata l-amministrazzjoni xierqa tas-suq tal-butir; billi din id-disposizzjoni, sa ċertu limitu, tiffaċilita l-ittikkettjar tal-prodott mill-prodittur, billi huwa għalhekk xieraq li tiġi applikata l-istess deroga għal-marġerina u taħlit;

Billi jirriżulta mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 li d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ fl-Anness li jinsab ma’ dak ir-Regolament iridu jiġu riservati għall-prodotti li jikkonformaw mal-kriterji stabbilitha fih; billi, bħala konsegwenza kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 577/97, il-marki tal-kummerċ li jużaw dawk id-deskrizzjonijiet jistgħu jkomplu jintuzaw għall-prodotti biss li jikkonformaw ma’ dawk il-kriterji; billi, b’żieda, bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 1898/87, l-użu tad-deskrizzjoni tal-bejgħ ‘butir’ huwa riservat għall-prodotti tal-ħalib;

Billi, ma’ l-Adeżjoni tat-tlett Stati Membri ġodda fl-1 ta’ Jannar 1995, ebda disposizzjoni ma ġiet magħmula fir-Regolamenti (KEE) Nru 1898/87 u (KE) Nru 2991/94 għal xi perjodu transitorju għall-marki tal-kummerċ li fihom id-deskrizzjoni riservata tal-bejgħ ‘butir’ u wżata għall-prodotti li ma jikkonformawx mal-kriterji stabbilita; billi, wara li ngħata kont għall-isforz ekonomiku akbar li hu involut fl-adattazzjoni, din is-sitwazzjoni hija ta’ ħsara għall-operaturi li huma d-detenturi ta’ dawk il-marki rregistrati tal-kummerċ; billi trid għalhekk issir disposizzjoni minn issa għall-perjodu ta’ transizzjoni biex jistgħu jadattaw għas-situazzjoni l-ġdida; billi l-marki rreġistrati tal-kummerċ biss li juzaw id-deskrizzjoni tal-bejgħ ‘butir’ huma kkonċernati;

Billi l-kumitati relevanti ta’ ġestjoni ma tawx opinjonijiet fil-limiti ta’ żmien stabbilit mill-Presidenti tagħhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 577/97 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 2(2), ‘prodotti imsemmija fit-Taqsima A (1) ta’ l-Anness’ hija sostitwita bi ‘prodotti imsemmija fit-Taqsimiet A (1), B (1) u C (1) ta’ l-Anness’;

2. l-Artikolu 5a li ġej huwa miżjud:

"Artikolu 5a

Fejn marka tal-kummerċ reġistrata fl-Awstrija, il-Finlandja jew fl-Isvezja qabel 1 ta’ Jannar 1995 u li tuża d-deskrizzjoni tal-bejgħ "butir" imsemmija fit-Taqsima A (1) ta’ l-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2991/94 kienet applikata qabel dik id-data għal prodotti li ma jikkonformawx mat-Taqsima A (1) ta’ l-Anness, tista’ tkompli tiġi applikata għal dawk il-prodotti għall-perjodu transitorju ta’ 10 snin mid-data imsemmija hawn fuq."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Lulju 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 316, tad-9.12.1994, p. 2.

[2] ĠU L 182, tat-3.7.1987, p. 36.

[3] ĠU L 87, tat-2.4.1997, p. 3.

--------------------------------------------------