|
12.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1795
tal-11 ta’ Ottubru 2021
li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi għat-terbuthylazine f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għat-terbuthylazine, il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/618 (2) emenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 billi stabbilixxa l-MRLs tat-terbuthylazine fil-qamħirrum ħelu, fil-qamħirrum u fis-sorgu b’mod żbaljat fil-livell ta’ 0,01 mg/kg minflok 0,02 mg/kg, li huwa l-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ) korrett. L-LOQ ta’ 0,02 mg/kg huwa konformi mal-opinjoni motivata tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE)Nru 396/2005 (3). |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(4) |
Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet tal-infurzar, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data bħar-Regolament (UE) 2021/618. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-6 ta’ Novembru 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/618 tal-15 ta’ April 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għad-diclofop, il-fluopyram, l-ipconazole u t-terbuthylazine f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 55).
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for terbuthylazine according to Article 12 of Regulation (EC) Nru 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(1): 5980.
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hu kkoreġut kif ġej:
|
|
Fil-kolonna “terbuthylazine (R) (F)”, il-livelli massimi ta’ residwi għall-kodiċi numru 0234000 “qamħirrum ħelu”, 0500030 “qamħirrum” u 0500080 “sorgu” jinbidlu bil-valuri li ġejjin:
|