24.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2017/1934 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

(2017/C 358/06)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2017/1934 (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għadhom jissodisfaw il-kriterju mniżżel fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea u għalhekk għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri, kif imġedda bid-Deċiżjoni (PESK) 2017/1934.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni konċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuni konċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn qabel it-30 ta’ Ġunju 2018, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha titqies mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 u fir-raba’ u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 273, 24.10.2017, p. 10.