Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – JanSport Apparel vs UASI (BUILT TO RESIST)
(Kawża T‑80/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BUILT TO RESIST – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar‑Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal‑Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 24-29, 41-47)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1090/2006-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat‑trade mark verbali BUILT TO RESIST bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
JanSport Apparel Corp. |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali nazzjonali BUILT TO RESIST għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 16, 18 u 25 — Applikazzjoni Nru 2937522 |
|
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni rrifjutata |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
JanSport Apparel Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż. |