European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3126

8.5.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11520 — SEFE/WIGA/WIGA GP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3126)

1.   

Fit-30 ta’ April 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SEFE Securing Energy for Europe GmbH (“SEFE”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Azzjoni Klimatika (“BMWK”, il-Ġermanja),

—

WIGA Transport Beteiligungs-GmbH &Co. KG (“WIGA”, il-Ġermanja), attwalment ikkontrollata b’mod konġunt minn SEFE u Wintershall DEA AG (“Wintershall”, il-Ġermanja), u

—

WIGA Verwaltungs-GmbH (“WIGA GP”, il-Ġermanja), attwalment ikkontrollata b’mod konġunt minn SEFE u Wintershall.

SEFE se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ WIGA u WIGA GP.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

SEFE hija fornitur tal-gass naturali b’impronta qawwija fis-suq Ġermaniż. L-oqsma kummerċjali ewlenin ta’ SEFE jinkludu l-provenjenza globali, il-kummerċ u l-bejgħ, it-trasport u l-ħżin tal-gass naturali u tal-LNG,

—

WIGA hija kumpannija holding għal impriżi attivi fl-operat ta’ pipelines għat-trażmissjoni tal-gass bi pressjoni għolja fil-Ġermanja.

—

WIGA GP huwa s-sieħeb ġenerali personalment responsabbli tal-WIGA.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11520 – SEFE / WIGA / WIGA GP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

IL-BELĠJU


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘‘Regolament dwar l-Għaqdiet’’).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3126/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)