|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1609 |
11.3.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Marzu 2025
li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Irlanda
(C/2025/1609)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2027. |
|
(2) |
B’riżultat tar-riżenja tas-Sur Marcus BREATHNACH, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvernijiet. |
|
(3) |
Il-Gvern tal-Irlanda ddeżinja kandidat għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Diarmaid SMYTH huwa maħtur membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol minflok is-Sur Marcus BREATHNACH għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
T. SIEMONIAK
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 23).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1609/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)