|
12.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/57 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2318
tat-8 ta' Diċembru 2015
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmijin fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid xi sottodiviżjoni oħra magħha u li tkun stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni bi skop li jiġu applikati xi tariffi jew miżuri oħra marbutin mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), għar-raġunijiet li jidhru fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li nħarġet dwar l-oġġetti kkonċernati f'dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi applikata mid-detentur bi qbil mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun iffissat għal tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi applikata bi qbil mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Artikolu (l-hekk imsejħa “arm sleeve għas-smartphone”) magħmul fil-biċċa l-kbira mid-drapp. Dan jikkonsisti f'pocket għall-mowbajl b'ċinga tal-lakstu biex torbot il-mowbajl man-naħa ta' fuq tad-driegħ. Fin-naħa ta' wara ta' dan il-pocket ikun hemm xaqq minn fejn jiddaħħal il-mowbajl. Fin-naħa ta' quddiem ikun hemm rettangolu trasparenti tal-plastik. Ir-rettangolu trasparenti huwa mdawwar b'rita ta' plastik ċellulari li tgħatti wkoll il-quddiem tat-tarf qasir taċ-ċinga tal-lakstu. In-naħa ta' wara ta' dan l-oġġett u l-parti l-fissa taċ-ċinga huma magħmulin minn drapp li fih il-gomma (is-saffi ta' barra tad-drapp jagħlqu bejniethom saff gomma ċellulari). Ma' din iċ-ċinga tkun imwaħħla strixxa tipo Velcro li tiddaħħal minn żewġ toqob fit-tarf il-qasir, u b'hekk tista' tiġi aġġustata għad-daqs tan-naħa ta' fuq tad-driegħ. (Ara l-istampi A u B) (*1) |
4202 92 98 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1(1) tat-Taqsima XI, in-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 42 u l-kliem tal-kodiċi NM 4202 , 4202 92 u 4202 92 98 . L-oġġett huwa maħsub biex jinżamm ġo fih oġġett speċifiku (mowbajl, smartphone). Għaldaqstant għandu l-istess karatteristiċi ġenerali ta' kontenitur bħal tal-kontenituri li hemm speċifikati fil-kliem tal-intestatura 4202 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 4202 ). B'hekk hija eskluża l-klassifikazzjoni bħala oġġetti tad-drapp immanifatturati tal-intestatura 6307 . Għalhekk, dan l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 4202 92 98 taħt kontenituri bil-wiċċ ta' barra magħmul mid-drappijiet. |
|
|
|
|
Stampa A |
Stampa B |
(*1) L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.