European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1848

3.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2024/1848

tad-26 ta' Ġunju 2024

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1745 (EUNAVFOR MED IRINI/3/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta' Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI).

(2)

Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI (“Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE”).

(3)

Fit-23 ta' Settembru 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1745 (2), li taħtar lill-Viċi Ammirall Stefano TURCHETTO bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mill-1 ta’ Ottubru 2021.

(4)

Fis-17 ta' Mejju 2024, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Viċi Ammirall Valentino RINALDI biex jieħu post il-Viċi Ammirall Stefano TURCHETTO bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mid-19 ta' Lulju 2024.

(5)

Fit-23 ta' Mejju 2024, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Valentino RINALDI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

(7)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1745 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Valentino RINALDI huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mid-19 ta' Lulju 2024.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1745 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Lulju 2024.

Magħmul fi Brussell, id-26 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1745 tat-23 ta’ Settembru 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (ĠU L 350, 4.10.2021, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1848/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)