31994L0059



Official Journal L 315 , 08/12/1994 P. 0018 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0240
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0240


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 59/94/KE

tat-2 ta' Diċembru 1994

li temenda għat-tielet darba l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE dwar l-eżami għat-Trichinae (Trichinelle spiralis) ma’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' laħam frisk li ġej minn majjal domestiku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar l-eżami għat-trichinae (trichinelle spiralis) ma’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' laħam frisk li ġej minn majjal domestiku [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/321/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha,

Billi studji riċenti wrew il-bżonn li jkunu modifikati ċerti metodi ta' spezzjoni biex tinstab it-trichinae fil-laħam taż-żiemel; billi l-Kumitat Xjentifiku Veterinarju approva metodi alternattivi tal-iffriżar għall-inattivazzjoni tat-trichinae; billi l-affidibbilità ta' dawn il-metodi fil-fehma tal-protezzjoni tas-saħħa hija ekwivalenti għal dik tal-metodi li jeżistu; billi ż-żidiet xierqa għandhom, għalhekk, isiru għall-Anness I tad-Direttiva 77/96/KEE;

Billi, sabiex ikun iffaċilitat l-iffriżar tal-laħam, il-pajjiżi li mhumiex membri u l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħżlu bejn il-metodi tal-iffriżar li hemm provvediment dwarhom;

Billi l-Kumitat Xjentifiku Veterinarju rrakkomanda li ċerti adattamenti u żidiet tekniċi għandhom jsiru għal metodi ta' l-eżaminazzjoni tat-trichinae applikati bħalissa, partikolarment għall-eżami tal-laħam taż-żiemel, u rigward il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu mħarsa mil-laboratorji mqabbda biex isibu t-trichinae;

Billi l-miżuri stabbiliti f'din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 77/96/KEE hija hawnhekk emendata kif ippreżentata fl-Anness.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1995. Huma għandhom javżaw minufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bl-imsemmija riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir l-imsemmija riferenza għandhom ikun stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 1994.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 67.

[2] ĠU L 133, tas-17.5.1989, p. 33.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi tad-Direttiva 77/96/KEE huma emendati kif ġej:

A. L-Anness I VII (C) huwa emendat kif ġej:

1. Fil-punt 1 fit-8 inċiż "5g" huwa mibdul bi "7g".

2. Wara l-punt 3, il-punt 4 il-ġdid li ġej huwa imdaħħal:

"4. L-Użu tal-filtri tal-Membrana

Kull filtru tal-membrana polikarbonat ma jistax jintuża għal aktar minn ħames darbiet. Il-filtru għandu jiddawwar bejn kull użu. Barra minn hekk il-filtru għandu jkun ċċekkjat wara kull użu għal xi ħsarat li ma jħalluħx li jkun tajjeb biex jintuża aktar."

3. Il-punt 4 isir in-numru 5, u n-numru 5 isir in-numru 6.

B. L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

1. Wara l-intestatura "L-iffriżar tal-laħam" is-subtitolu ġdid "I. Il-Metodu 1" huwa mdaħħal.

2. Wara s-seba’ paragrafu, it-test li ġej huwa miżjud:

"II. Metodu 2

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-paragrafi 1 sa 5 tal-metodu 1 għandhom ikunu mħarsa, u l-għaqdiet taż-żmien-u-t-temperatura li ġejjin ikunu applikati:

1. Il-laħam b’dijametru jew ħxuna sa 15-il ċm irid ikun iffriżat skond waħda mill-għaqdiet

- taż-żmien-u-t-temperatura li ġejjin:- 20 ġurnata fi 15 °C,

- 10 ġranet fi 23 °C,

- 6 ġranet fi 29 °C.

2. Il-laħam b’dijametru jew ħxuna ta’ bejn 15-il ċm u 50ċm irid ikun iffriżat skond waħda

- mill-għaqdiet taż-żmien-u-t-temperatura li ġejjin:- 30 ġurnata fi 15 °C,

- 20 ġurnata fi 25 °C,

- 12-il ġurnata fi 29 °C.

It-temperatura tal-kamra tar-refriġerazzjoni ma tridx tkun ogħla mill-livell tat-temperatura magħżula ta’ l-inattivazzjoni. Għandha titkejjel bi strumenti termoelettriċi kalibrati u mkejla kontinwament. Ma tistax titkejjel direttament minn fejn tgħaddi arja kiesħa. L-istrumenti jridu jinżammu msakkra. Il-grafika għandha tinkludi n-numri rilevanti mir-reġistru ta’ l-ispezzjoni tal-laħam mal-importazzjoni u d-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-iffriżar, u jridu jinżammu għal sena wara li jitħejjew.

III. Metodu 3

Kontroll fuq it-temperatura fiċ-ċentru tal-biċċiet tal-laħam.

1. Il-għaqdiet tal-żmien-u-t-temperatura jkunu applikati meta t-temperatura hija kkontrollata fiċ- ċentru tal-biċċiet tal-laħam u l-kondizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 6 huma mwettqa:

- 106 siegħat fi 18 °C,

- 82 siegħa fi 21 °C,

- 63 siegħa fi 23,5 °C,

- 48 siegħa fi 26 °C,

- 35 siegħa fi 29 °C,

- 22 siegħa fi 32 °C,

- 8 siegħat fi 35 °C,

- siegħa fi 37 °C.

2. Il-laħam li jinġieb diġa iffriżat irid jinżamm f’din il-kondizzjoni.

3. Il-kunsinni fil-kamra tar-refriġerazzjoni jridu jinżammu separati u msakkra.

4. Id-data u l-ħin meta kull kunsinna tinġieb fil-kamra tar-refriġerazzjoni trid tkun irrekordjata.

5. It-tagħmir tekniku u l-provvista ta’ l-enerġija tal-kamra tar-refriġerazzjoni trid tkun tali li tassigura li t-temperatura riferuta fil-paragrafu 1 tintlaħaq malajr ħafna u tinżamm fil-partijiet kollha tal-laħam.

6. It-temperatura għandha titkejjel bi strumenti termoelettriċi kalibrati u mkejjla kontinwament. Is-sonda tat-termometru għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-biċċa kkalibrata tal-laħam ta’ qies mhux iżgħar mill-eħxen biċċa laħam li se tkun iffriżata. Din il-biċċa laħam kalibrata għandha titqiegħed fl-inqas post favorevoli fil-kamra ta’ l-iffriżar, mhux viċin it-tagħmir li jkessaħ jew direttament minn fejn tgħaddi l-arja kiesħa. L-istrumenti jridu jinżammumsakkra. Il-listi jridu jinkludu n-numri rilevanti mir-reġistru ta’ l-ispezzjoni tal-laħam ma’ l-importazzjoni u d-data u l-ħin tal-bidu u t-tmieim tal-iffriżar, u jridu jinżammu għal sena wara li jitħejjew."

C. L-Anness V li ġej huwa miżjud:

"

L-ANNESS V

L-ispezzjoni u l-iffriżar tal-laħam taż-żiemel

1. L-ispezzjoni

L-ispezzjoni tal-laħam taż-żiemel għandha ssir skond il-metodu tad-diġestjoni msemmi fl- L-Anness I bil-modifiki li ġejjin:

- Kampjuni ta' mill-inqas 10g għandhom jittieħdu mill-muskolu ta' l-ilsien jew mill-muskolu tax-xedaq. Fin-nuqqas tal-muskolu ta' l-ilsien jew il-muskolu tax-xedaq, kampjun ta' l-istess daqs għandu jittieħed mill-kolonna tad-dijaframma fit-transizzjoni tal-parti muskolari. Il-muskolu għandu jkun nadif minn nsiġ u xaħam.

- Kampjun ta' 5g huwa diġerit għall-ispezzjoni jekk id-diġestjoni artifiċjali tal-kampjuni kollettivi skond l-Annessi I, Nri. III sa VII hija applikata. Għal kull diġerit, it-toqol totali tal- muskoli taħt l-eżami ma jridx jeċċedi l-100g għall-metodi III, IV, V u VI fl-Anness I jew 35g għal metodu VII fl-Anness I.

- Fil-każ ta' riżultat pożittiv kampjun ieħor ta' 10g għandu jittieħed għall-eżami indipendenti suċċessiv.

2. Iffriżar tal-laħam taż-żiemel

Biex tinqatel it-trichinae bl-iffriżar, il-laħam taż-żiemel irid jgħaddi minn trattament tal-kesħa skond wieħed mill-metodi deskritti fl-L-Anness IV.

"

--------------------------------------------------