<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-266/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0266</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:384">EU:C:2020:384</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200514">14.5.2020</DATE> – Kawża C‑266/19</HT></P><P>EIS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/83/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)(c) u (h) u (4)</KEYWORD><KEYWORD>Punt A, Anness I</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ rtirar</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-kummerċjant dwar il-kundizzjonijiet, it-terminu u l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu, għall-kummerċjant, li jindika n-numru tat-telefon tiegħu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>jekk disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑266/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20190307">7 ta’ Marzu 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20190329">29 ta’ Marzu 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">EIS GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">TO,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan (Relatur), President tal-Awla, C. Toader u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal EIS GmbH, minn A. Rinkler, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Valero u M. Kellerbauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(c) u (h) u (4) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 304, p. 64</REF.DOC.OJ>), moqri flimkien mal-punt A tal-Anness I tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn EIS GmbH, kumpannija Ġermaniża ta’ bejgħ online, u TO, wieħed mill-kompetituri tagħha, rigward it-talba, imressqa minn TO, li jeżerċita l-attività kummerċjali tiegħu bħala persuna fiżika, kontra EIS, li twaqqaf il-prattika kummerċjali tagħha li tikkonsisti li ma tindikax in-numru tat-telefon tagħha fis-sit internet tagħha fl-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 5, 7 u 34 tad-Direttiva 2011/83 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(4)</NO.P><TXT>[…] L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-kuntratti tal-konsumatur mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju hija meħtieġa għall-promozzjoni ta’ suq intern realment tal-konsumatur li jsib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-impriżi […].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>[…] [A]rmonizzazzjoni sħiħa tal-informazzjoni tal-konsumatur u d-dritt ta’ reċess [rtirar] f’kuntratt mill-bogħod u dawk li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju se jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u għat-tħaddim aħjar tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>L-armonizzazzjoni sħiħa ta’ wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti. Kemm il-konsumaturi kif ukoll il-kummerċjanti għandhom ikunu jistgħu jorbtu fuq qafas regolatorju uniku bbażat fuq kunċetti legali definiti b’mod ċar li jirregolaw ċerti aspetti ta’ kuntratti fl-Unjoni tan-negozju dirett lejn il-konsumatur. L-effett ta’ tali armoniżżazzjoni għandu jkun li jinqerdu l-ostakli mnissla mill-frammentazzjoni tar-regoli u biex jitlesta s-suq intern f’dan il-qasam. Dawk l-ostakli jistgħu jinqerdu biss billi jitwaqqfu regoli uniformi fil-livell tal-Unjoni. Barra dan il-konsumaturi għandhom igawdu minn livell komuni għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur informazzjoni ċara u komprensibbli qabel ma l-konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod jew kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju, kuntratt li ma jkunx kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew kwalunkwe offerta korrispondenti. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti konklużi bejn konsumaturi u kummerċjanti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Iinformazzjoni tal-konsumatur u dritt ta’ reċess [rtirar] għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jinkludi l-Artikoli 6 sa 16 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u komprensibbli:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit u n-numru tat-telefon, tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, fejn ikun disponibbli, biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b’mod effikaċi miegħu u, jekk applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f’ismu jkun qed jaġixxi;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>f’każ li jeżisti dritt ta’ reċess [rtirar], il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ tali dritt skont l-Artikolu 11(1), kif ukoll il-formola standard ta’ reċess [rtirar] stabbilita fl-Anness I(B);</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 tista’ tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess [rtirar] stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant ikun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 jekk ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur mimlija kif suppost.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tifforma parti integrali tal-kuntratti mill-bogħod jew dawk lil hinn mill-post tan-negozju u ma għandhiex tkun modifikata għajr jekk mhux bil-ftehim espliċitu tal-partijiet kuntrattwali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/83, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [rtirar], jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess [rtirar], il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni ta’ reċess [rtirar] mill-kuntratt. Għal dan il-għan, il-konsumatur jista’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>juża formola standard ta’ reċess [rtirar] kif stipulata fl-Anness I(B); jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra tad-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Anness I ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Informazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [rtirar], jinkludi punt A, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Mudell ta’ istruzzjonijiet dwar ir-reċess<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [rtirar], u punt B, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Formola standard ta’ reċess<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [rtirar].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punt A ta’ dan l-Anness I jinkludi b’mod partikolari l-istruzzjonijiet li l-kummerċjant għandu jsegwi sabiex jikkomunika lill-konsumatur l-informazzjoni standardizzata dwar id-dritt ta’ rtirar tiegħu u, b’mod iktar partikolari, l-istruzzjoni li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-punt B tal-imsemmi Anness I jinkludi taqsima fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Lil [Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-kummerċjant].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 312d tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>BGB<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Obbligi ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>F’kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju u f’kuntratti mill-bogħod, il-kummerċjant għandu jinforma lill-konsumatur konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 246a tal-[Einführungsgesetz zum Bürgerlichen Gesetzbuche (il-Liġi li Tintroduċi l-Kodiċi Ċivili)]. L-indikazzjonijiet ipprovduti mill-kummerċjant fl-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu jagħmlu parti integrali mill-kuntratt, ħlief fil-każ ta’ ftehim speċifiku kuntrarju tal-partijiet.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 246a tal-Liġi li Tintroduċi l-Kodiċi Ċivili (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>EGBGB<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Obbligi ta’ informazzjoni dwar il-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju u l-kuntratti mill-bogħod, bl-eċċezzjoni tal-kuntratti dwar is-servizzi finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="246A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kummerċjant għandu, skont l-Artikolu 312d(1) tal-BGB, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur l-informazzjoni li ġejja:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>l-identità tiegħu, pereżempju l-isem kummerċjali tiegħu, kif ukoll l-indirizz tal-post fejn huwa stabbilit, in-numru tat-telefon tiegħu u, jekk ikun il-każ, in-numru tal-faks tiegħu u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, kif ukoll, jekk ikun il-każ, l-indirizz u l-identità tal-kummerċjant li f’ismu qiegħed jaġixxi,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="246A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk il-konsumatur għandu dritt ta’ rtirar skont l-Artikolu 312g(1) tal-BGB, il-kummerċjant għandu jinforma lill-konsumatur:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>dwar il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċedura għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar konformement mal-Artikolu 355(1) tal-BGB u mal-formola standard ta’ rtirar li tinsab fl-Anness 2,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>In-negozjant jista’ jissodisfa dawn l-obbligi ta’ informazzjoni billi jissottometti l-formola tal-istruzzjoni ta’ revoka li tinsab fl-Anness 1, li tkun ġiet kompluta korrettament u fil-forma ta’ test.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="246A.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kummerċjant huwa obbligat ukoll li jinforma lill-konsumatur dwar</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>li l-konsumatur ma għandux id-dritt ta’ rtirar skont il-punti 1, 2, 5 u 7 sa 13 tal-Artikolu 312g(2) tal-BGB, li jipprovdi li l-konsumatur ma jistax jirrevoka d-dikjarazzjoni ta’ volontà tiegħu,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-Gesetz gegen den unlauteren Wettbewerb (il-Liġi kontra l-Kompetizzjoni Żleali), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>UWG<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Il-prattiki kummerċjali żleali huma illegali […].<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 (11) tal-UWG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Iwettaq att ta’ kompetizzjoni żleali, b’mod partikolari, kull min</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>jikser dispożizzjoni legali li, fost oħrajn, hija intiża sabiex tirregola l-aġir fis-suq fl-interess tal-operaturi tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20141229">29 ta’ Diċembru 2014</DATE>, EIS indirizzat intimazzjoni lil TO, il-kompetitur tagħha fil-bejgħ ta’ prodotti erotiċi fuq l-internet, fejn talbitu jieqaf mill-prattika kummerċjali tiegħu li tikkonsisti b’mod partikolari fil-komunikazzjoni ta’ informazzjoni irregolari dwar id-dritt tal-konsumaturi li jeżerċitaw id-dritt ta’ rtirar tagħhom wara l-konklużjoni ta’ kuntratt. Fil-kuntest ta’ din l-intimazzjoni, EIS ordnat lil TO sabiex jibagħtilha <HT TYPE="ITALIC">strafbewehrte Unterlassungserklärung</HT> (impenn taħt piena ta’ pagamenti ta’ penalità), li permezz tiegħu dan tal-aħħar jimpenja ruħu li jieqaf minn din il-prattika taħt piena ta’ sanzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150108">8 ta’ Jannar 2015</DATE>, TO kkomunika tali impenn lil EIS. Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150112">12 ta’ Jannar 2015</DATE>, huwa bagħatilha, min-naħa tiegħu, intimazzjoni sabiex twaqqaf il-prattika kummerċjali tagħha li kienet tikkonsisti li ma tindikax in-numru tat-telefon fis-sit internet tagħha fl-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>EIS adixxiet lil-Landgericht Arnsberg (il-Qorti Reġjonali ta’ Arnsberg, il-Ġermanja) b’rikors intiż sabiex jiġi deċiż li TO ma kellux bażi sabiex jitlob il-waqfien tal-prattika kummerċjali msemmija fl-ittra ta’ intimazzjoni tiegħu tat-<DATE ISO="20150112">12 ta’ Jannar 2015</DATE>. Permezz ta’ kontrotalba, TO talab li EIS tiġi kkundannata twaqqaf il-prattika msemmija f’din l-intimazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, il-Landgericht Arnsberg (il-Qorti Reġjonali ta’ Arnsberg) ċaħdet ir-rikors ta’ EIS u laqgħet il-kontrotalba ta’ TO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20170810">10 ta’ Awwissu 2017</DATE>, l-Oberlandesgericht Hamm (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Hamm, il-Ġermanja), essenzjalment ċaħdet l-appell ippreżentat minn EIS kontra l-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>EIS ippreżentat appell fuq punt ta’ liġi quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), kontra s-sentenza ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li s-soluzzjoni tal-kawża prinċipali tiddependi fuq il-punt dwar jekk l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar tal-konsumatur li EIS tipprovdi fis-sit internet tagħha tiksirx l-ewwel sentenza tal-Artikolu 312d(1) tal-BGB kif ukoll il-punt 1 tal-ewwel sentenza tat-tieni<?PAGE NO="6"?> subparagrafu tal-Artikolu 246a(1) tal-EGBGB, u t-tieni sentenza, tal-EGBGB, moqri flimkien mal-Anness 1 tal-EGBGB, u jekk, konsegwentement, din l-informazzjoni hijiex antikompetittiva, fis-sens tal-Artikolu 3 u tal-punt 11 tal-Artikolu 4 tal-UWG. F’dan ir-rigward, hija tindika li l-imsemmija dispożizzjonijiet jittrasponu fid-dritt Ġermaniż l-Artikolu 6(1)(h) u (4) tad-Direttiva 2011/83, moqri flimkien mal-Parti A tal-Anness I tagħha u li għalhekk għandhom jiġu interpretati b’mod konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, EIS setgħet tirrikorri għall-informazzjoni standardizzata fuq l-irtirar, li tinsab fil-punt A tal-Anness I tad-Direttiva 2011/83. Madankollu, EIS ma indikatx in-numru tat-telefon tagħha, minkejja li kellha linja telefonika għall-finijiet tal-attività tal-impriża tagħha. Madankollu, EIS indikat in-numru tat-telefon tagħha fil-kuntest tal-indikazzjonijiet legali li jinsabu fis-sit internet tagħha, kif ukoll, b’mod ċar u leġġibbli, fil-parti ta’ isfel tal-paġna prinċipali tal-imsemmi sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li EIS, sa fejn hija ma tikkonkludix kuntratti bit-telefon, issostni li ma hijiex obbligata tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi linja telefonika sabiex tippermettilhom jinvokaw, jekk ikun il-każ, id-dritt ta’ rtirar tagħhom fir-rigward ta’ kuntratti konklużi mill-bogħod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk numru tat-telefon huwiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-istruzzjonijiet li għandhom jiġu segwiti sabiex tiġi kkompletata l-informazzjoni standardizzata dwar l-irtirar konformement mal-punt A tal-Anness I tad-Direttiva 2011/83, meta l-kummerċjant jindika n-numru tat-telefon tiegħu fil-kuntest tal-indikazzjonijiet legali jew meta jippreżentah b’mod ċar u leġġibbli fuq il-paġna prinċipali tas-sit internet tiegħu. F’dan ir-rigward, hija tqis li għalkemm il-kummerċjant ma jippreċiżax b’mod ċar li dan in-numru ma huwiex intiż sabiex jintuża sabiex isiru dikjarazzjonijiet dwar l-irtirar tal-kuntratt, l-imsemmi numru tat-telefon għandu jitqies bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-punt A tal-Anness I tad-Direttiva 2011/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li ċ-ċirkustanza li l-kummerċjant ma jużax in-numru tat-telefon użat għall-finijiet tal-attività tal-impriża tiegħu sabiex jikkonkludi kuntratti mill-bogħod ma teskludix id-disponibbiltà ta’ dan in-numru tat-telefon sabiex jirċievi dikjarazzjonijiet ta’ rtirar min-naħa tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li din il-kawża tikkonċerna unikament il-kwistjoni tar-riċezzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-konsumaturi dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar tagħhom, b’differenza mill-kawża li fiha l-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja domandi li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83 u li tat lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Amazon EU</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-649/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:576">EU:C:2019:576</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar l-obbligi ta’ informazzjoni prekuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1)</NO.P><TXT>Numru tat-telefon huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-istruzzjonijiet għall-ikkompletar tal-formola mudell tal-informazzjoni dwar id-drittijiet għall-irtirar b’mod konformi mal-[punt] A tal-Anness I tad-Direttiva 2011/83/UE jekk il-kummerċjant jindika dan in-numru tat-telefon fil-kuntest tal-informazzjoni legali jew jekk jippreżentah b’mod ċar u espliċitu fuq il-paġna prinċipali tas-sit internet tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Numru tat-telefon huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-istruzzjonijiet għall-ikkompletar tal-formola mudell tal-informazzjoni dwar id-drittijiet għall-irtirar b’mod konformi mal-[punt] A tal-Anness I tad-Direttiva 2011/83/UE, jekk il-kummerċjant, minkejja li juża l-linja telefonika għan-negozju, ma jużax din il-linja sabiex jikkonkludi kuntratti mill-bogħod u għalhekk lanqas ma jagħmilha disponibbli għall-finijiet tal-annullament ta’ kuntratti mill-bogħod, jiġifieri sabiex jirċievi dikjarazzjonijiet ta’ rtirar?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, minn naħa, jekk l-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn in-numru tat-telefon ta’ kummerċjant jidher fis-sit internet tiegħu u jintuża għall-finijiet tal-attività tal-impriża tiegħu, dan in-numru għandux jitqies bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u, min-naħa l-oħra, jekk l-Artikolu 6(1)(c) u (h), kif ukoll il-paragrafu 4 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-punt A tal-Anness I tagħha għandux jiġi interpretat fis-sens li n-negozjant, li jipprovdi lill-konsumatur, qabel ma dan ikun marbut b’kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju tiegħu, l-informazzjoni dwar il-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar, billi f’dan ir-rigward ikollu rikors għall-informazzjoni standardizzata li tinsab fl-imsemmi punt A tal-Anness I, huwiex obbligat li jsemmi numru tat-telefon, b’mod li dan il-konsumatur ikun jista’ jikkomunikalu d-deċiżjoni possibbli tiegħu li jagħmel użu minn dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83, qabel ma l-konsumatur ikun marbut b’kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju jew b’offerta tal-istess tip, il-kummerċjant għandu jipprovdih, b’mod ċar u komprensibbli, bl-informazzjoni li tikkonċerna l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit kif ukoll in-numru tat-telefon tiegħu, in-numru tal-faks tiegħu u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, meta dawn ikunu disponibbli, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkuntattjah malajr u jikkomunika miegħu b’mod effiċjenti u, jekk ikun il-każ, l-indirizz ġeografiku kif ukoll l-identità tal-kummerċjant li f’ismu jkun qiegħed jaġixxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 6(1)(h) ta’ din id-direttiva, meta jeżisti d-dritt ta’ rtirar, il-kummerċjant huwa obbligat li jibgħat lill-konsumatur, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet, it-terminu u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt, konformement mal-Artikolu 11(1) tal-imsemmija direttiva, kif ukoll il-formola standard ta’ rtirar li tinsab fil-punt B tal-Anness I tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2011/83, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1)(h) sa (j) tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ informazzjoni standard dwar l-irtirar li tinsab fil-punt A tal-Anness I ta’ din id-direttiva. Huwa ppreċiżat ukoll li l-kummerċjant huwa meqjus li osserva l-obbligi ta’ informazzjoni stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 6(1)(h) sa (j), jekk huwa jkun ipprovda l-imsemmija informazzjoni lill-konsumatur, ikkompletata b’mod korrett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-punt A tal-Anness I tad-Direttiva 2011/83 jinkludi b’mod partikolari l-istruzzjonijiet li l-kummerċjant għandu jsegwi sabiex jikkomunika lill-konsumatur l-informazzjoni standardizzata dwar id-dritt ta’ rtirar tiegħu u, b’mod iktar partikolari, l-istruzzjoni li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Amazon EU</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑649/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:576">EU:C:2019:576</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta, essenzjalment, li l-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens, minn naħa, li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-kummerċjant, qabel ma jikkonkludi ma’ konsumatur kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, imsemmi fil-punti 7 u 8 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, li jipprovdi, fiċ-ċirkustanzi kollha, in-numru tat-telefon tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija dispożizzjoni ma timplikax obbligu għall-kummerċjant li jistabbilixxi linja telefonika sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jikkuntattjawh u timponi li dan in-numru jiġi kkomunikat biss fil-każijiet fejn dan il-kummerċjant diġà jkollu dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni mal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, f’din is-sentenza, li għalkemm l-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83 ma jiddeterminax in-natura preċiża tal-mezz ta’ komunikazzjoni li għandu jiġi stabbilit mill-kummerċjant, din id-dispożizzjoni neċessarjament tobbliga lill-kummerċjant li jagħmel<?PAGE NO="8"?> disponibbli lil kull konsumatur mezz ta’ komunikazzjoni li jippermetti lil dan tal-aħħar li jikkuntattjah malajr u li jikkomunika miegħu b’mod effikaċi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Amazon EU</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-649/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:576">EU:C:2019:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Obbligu inkundizzjonat li jagħmel disponibbli lill-konsumatur, fiċ-ċirkustanzi kollha, numru tat-telefon sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-kummerċjant jidher sproporzjonat, b’mod partikolari fil-kuntest ekonomiku tal-operat ta’ ċerti impriżi, b’mod partikolari l-iżgħar impriżi, li jistgħu jfittxu li jnaqqsu l-ispejjeż operattivi tagħhom billi jorganizzaw il-bejgħ jew il-provvista ta’ servizzi mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Amazon EU</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑649/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:576">EU:C:2019:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata fil-punti 33 sa 35 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-kummerċjant li jikkonkludi ma’ konsumatur kuntratt permezz ta’ sit internet u li ma jużax, għal dan il-għan, it-telefon, filwaqt li jkollu linja telefonika għall-bżonnijiet tal-ġestjoni tal-aspetti l-oħra tal-attività tal-impriża tiegħu, ma huwiex, bħala prinċipju, obbligat li jikkomunika n-numru mogħti lil din il-linja telefonika lil dan il-konsumatur, meta jiddeċiedi li jirrikorri għall-informazzjoni standard li tinsab fil-punt A tal-Anness I tad-Direttiva 2011/83, li hija intiża li tiffaċilita lill-imsemmi konsumatur l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, f’sitwazzjoni fejn in-numru tat-telefon tal-kummerċjant jidher fis-sit internet tiegħu b’tali mod li tissuġġerixxi, f’għajnejn il-konsumatur medju, jiġifieri konsumatur normalment informat u raġonevolment attent u avżat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Romano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑143/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:701">EU:C:2019:701</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), li dan il-kummerċjant juża dan in-numru għall-finijiet tal-kuntatti tiegħu mal-konsumaturi, l-imsemmi numru għandu jitqies bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> sabiex jikkuntattja dan il-kummerċjant, fis-sens tal-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, meta n-numru tat-telefon huwa indikat fis-sit internet fit-taqsima intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Kuntatt<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Sa fejn, fil-każ imsemmi fil-punt preċedenti, in-numru tat-telefon tal-kummerċjant għandu jitqies bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83, u fejn dan il-kummerċjant jiddeċiedi li jinkludi, fis-sit internet tiegħu, l-informazzjoni standardizzata dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar tal-konsumatur, riprodotta fil-punt A tal-Anness I ta’ din id-direttiva, l-imsemmi numru tat-telefon għandu jitqies bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ukoll fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni u għandu jidher fost din l-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija konformi mal-għanijiet tad-Direttiva 2011/83. Fil-fatt, mill-Artikolu 1 tagħha, moqri fid-dawl tal-premessi 4, 5 u 7 tagħha jirriżulta li din id-direttiva hija intiża sabiex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi billi tiggarantixxi l-informazzjoni tagħhom u s-sigurtà tagħhom fit-tranżazzjonijiet mal-kummerċjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, id-domandi magħmula għandhom jiġu risposti li l-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn in-numru tat-telefon ta’ kummerċjant jidher fis-sit internet tiegħu b’tali mod li tissuġġerixxi, f’għajnejn il-konsumatur medju, jiġifieri konsumatur normalment informat u raġonevolment attent u avżat, li dan il-kummerċjant juża dan in-numru tat-telefon għall-finijiet tal-kuntatti tiegħu mal-konsumaturi, l-imsemmi numru tat-telefon għandu jitqies bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. F’tali każ, l-Artikolu 6(1)(c) u (h) kif ukoll (4) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-punt A tal-Anness I tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kummerċjant li jipprovdi lill-konsumatur, qabel ma dan ikun marbut b’kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, l-informazzjoni dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar, billi jirrikorri għal dan il-għan għall-informazzjoni standardizzata li tinsab fl-imsemmi punt A tal-Anness I, huwa obbligat li jsemmi l-istess numru tat-telefon f’din l-informazzjoni, b’mod li dan il-konsumatur ikun jista’ jikkomunikalu d-deċiżjoni possibbli tiegħu li jagħmel użu minn dan id-dritt permezz tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn in-numru tat-telefon ta’ kummerċjant jidher fis-sit internet tiegħu b’tali mod li tissuġġerixxi, f’għajnejn il-konsumatur medju, jiġifieri konsumatur normalment informat u raġonevolment attent u avżat, li dan il-kummerċjant juża dan in-numru tat-telefon għall-finijiet tal-kuntatti tiegħu mal-konsumaturi, l-imsemmi numru tat-telefon għandu jitqies bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. F’tali każ, l-Artikolu 6(1)(c) u (h) kif ukoll (4) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-punt A tal-Anness I tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kummerċjant li jipprovdi lill-konsumatur, qabel ma dan ikun marbut b’kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, l-informazzjoni dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar, billi jirrikorri għal dan il-għan għall-informazzjoni standardizzata li tinsab fl-imsemmi punt A tal-Anness I, huwa obbligat li jsemmi l-istess numru tat-telefon, b’mod li dan il-konsumatur ikun jista’ jikkomunikalu d-deċiżjoni possibbli tiegħu li jagħmel użu minn dan id-dritt permezz tiegħu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>