12.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1803

tat-8 ta’ Ottubru 2021

li tistabbilixxi l-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-ammont minimu ta’ appoġġ għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali

(notifikata bid-dokument C(2021) 7330)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi stabbilit il-qafas finanzjarju għar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1755, kif ukoll l-ammont minimu ta’ riżorsi li għandhom jintefqu f’konformità mal-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Għal raġunijiet ta’ programmazzjoni, l-ammonti provviżorji globali allokati lil kull Stat Membru għandhom jingħataw fi prezzijiet attwali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-ammont minimu ta’ appoġġ li għandu jintefaq skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/1755, huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Elisa FERREIRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1.


ANNESS

Ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-ammont minimu ta’ appoġġ għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali, fi prezzijiet attwali (EUR)

Stat Membru

Ammont relatat mal-fatturi msemmija fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1755

Allokazzjoni proviżorja totali

Ammont minimu li għandu jintefaq skont l-Artikolu 4(4) għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali

Kummerċ fi prodotti u servizzi mar-Renju Unit

Ħut maqbud fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tar-Renju Unit

Reġjuni tal-fruntieri marittimi mar-Renju Unit

BE - il-Belġju

316 706 222

57 189 523

12 678 212

386 573 957

27 060 177

BG - il-Bulgarija

15 372 864

 

 

15 372 864

 

CZ - iċ-Ċekja

54 918 029

 

 

54 918 029

 

DK - id-Danimarka

117 758 311

157 240 967

 

274 999 278

19 249 949

DE - il-Ġermanja

601 249 670

45 350 387

 

646 600 057

22 675 194

EE - l-Estonja

6 615 616

 

 

6 615 616

 

IE - l-Irlanda

981 398 620

111 246 161

72 557 344

1 165 202 125

55 623 080

EL - il-Greċja

38 631 153

 

 

38 631 153

 

ES - Spanja

268 490 849

3 956 201

 

272 447 050

 

FR - Franza

451 211 542

132 283 310

152 056 411

735 551 263

51 488 588

HR - il-Kroazja

7 190 532

 

 

7 190 532

 

IT - L-Italja

146 769 412

 

 

146 769 412

 

CY - Ċipru

52 056 350

 

 

52 056 350

 

LV - il-Latvja

10 946 343

 

 

10 946 343

 

LT - il-Litwanja

12 154 122

30 451

 

12 184 573

 

LU - il-Lussemburgu

128 475 124

 

 

128 475 124

 

HU - l-Ungerija

57 157 852

 

 

57 157 852

 

MT - F’Malta

44 322 261

 

 

44 322 261

 

NL - in-Netherlands

710 099 858

139 984 996

36 229 783

886 314 637

62 042 025

AT - l-Awstrija

27 711 512

 

 

27 711 512

 

PL - il-Polonja

172 161 964

1 471 297

 

173 633 261

 

PT - il-Portugall

81 358 331

28

 

81 358 359

 

RO - ir-Rumanija

43 162 623

 

 

43 162 623

 

SI - is-Slovenja

5 257 380

 

 

5 257 380

 

SK - is-Slovakkja

36 307 747

 

 

36 307 747

 

FI - il-Finlandja

23 242 037

 

 

23 242 037

 

SE - l-Iżvezja

129 734 726

7 698 879

 

137 433 605

 

Total UE27

4 540 461 050

656 452 200

273 521 750

5 470 435 000

238 139 013