Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 – Accenture Global Services vs UASI – Silver Creek Properties (acsensa)

(Kawża T-244/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva acsensa – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti ACCENTURE u accenture – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 26)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2009 (Każ R 802/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Accenture Global Services GmbH u Silver Creek Properties SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Silver Creek Properties SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva acsensa għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 38, 41 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Accenture Global Services GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Ġermaniża ACCENTURE rreġistrata għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 sa 37, 41 u 42; trade mark figurattiva Ġermaniża accenture rreġistrata għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 sa 37, 41 u 42; trade mark verbali Komunitarja ACCENTURE rreġistrata għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 sa 37, 41 u 42; trade mark figurattiva Komunitarja accenture rreġistrata għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 sa 37, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Applikazzjoni għal oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Accenture Global Services GmbH hija kkundannata għal-ispejjeż.