|
24.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1085
tat-23 ta’ Lulju 2020
li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-klorpirifos u l-klorpirifos-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 18(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-klorpirifos u l-klorpirifos-metil il-livelli massimi ta’ residwu (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi klorpirifos u klorpirifos-metil ma ġġeddewx bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/18 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/17 (3), rispettivament. |
|
(3) |
L-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva tal-klorpirifos u tal-klorpirifos-metil ġew irrevokati. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs stabbiliti għal dawn is-sustanzi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-bżonn li jiġu adattati ċerti limiti ta’ kwantifikazzjoni (LOQs) għaż-żewġ sustanzi. Dawk il-laboratorji kkonkludew li l-iżvilupp tekniku jippermetti li l-LODs jiġu stabbiliti għal 0,01 mg/kg għall-klorpirifos u l-klorpirifos-metil fil-prodotti kollha. Dawk il-valuri awtomatiċi jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness V skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(5) |
Fil-kuntest tan-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tal-klorpirifos u l-klorpirifos-metil, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat dikjarazzjonijiet dwar il-valutazzjoni tas-saħħa tal-bniedem għal dawk is-sustanzi attivi (4) (5). F’dawk id-dikjarazzjonijiet l-Awtorità kkonfermat in-newrotossiċità tal-iżvilupp taż-żewġ sustanzi attivi fit-tfal u ma setgħetx teskludi potenzjal ġenotossiku minħabba l-esponiment għar-residwi taż-żewġ sustanzi fl-ikel. |
|
(6) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-6 ta’ Awwissu 2020.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/18 tal-10 ta’ Jannar 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorpirifos, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 7, 13.1.2020, p. 14).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/17 tal-10 ta’ Jannar 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorpirifos-metil, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 7, 13.1.2020, p. 11).
(4) Statement on the available outcomes of the human health assessment in the context of the pesticides peer review of the active substance chlorpyrifos. [Dikjarazzjoni dwar l-eżiti disponibbli tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-bniedem fil-kuntest tal-evalwazzjoni bejn il-pari tas-sustanza attiva klorpirifos.] EFSA Journal 2019; 17(5):5809.
(5) Updated statement on the available outcomes of the human health assessment in the context of the pesticides peer review of the active substance chlorpyrifos-methyl. [Dikjarazzjoni aġġornata dwar l-eżiti disponibbli tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-bniedem fil-kuntest tal-evalwazzjoni bejn il-pari tas-sustanza attiva klorpirifos-metil.] EFSA Journal 2019; 17(11):5908.