|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/842 |
12.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/842
tal-11 ta’ Marzu 2024
li jimponi miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament SPĠ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Wara investigazzjoni ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 22 tar-Regolament SPĠ, fis-17 ta’ Jannar 2019 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/67 (2) li jimponi miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward tal-importazzjonijiet tar-ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 1006 30 27, 1006 30 48, 1006 30 67 u 1006 30 98, li permezz tiegħu l-Kummissjoni introduċiet mill-ġdid id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjonijiet tar-ross Indica għal perjodu ta’ sena segwit minn tnaqqis progressiv fir-rata tad-dazju applikabbli għal perjodu ta’ sentejn (“ir-Regolament inkwistjoni”). |
1.1. Is-sentenza fil-Kawża T-246/19
|
(2) |
Ir-Renju tal-Kambodja u l-Federazzjoni tar-Ross tal-Kambodja kkontestaw ir-Regolament inkwistjoni fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem il-“Qorti Ġenerali”). |
|
(3) |
Permezz tas-sentenza tagħha tad-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-246/19 Ir-Renju tal-Kambodja u l-Federazzjoni tar-Ross tal-Kambodja vs Il-Kummissjoni (“is-Sentenza”), il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/67 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward tal-importazzjonijiet tar-ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma. |
|
(4) |
Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta llimitat b’mod arbitrarju l-ambitu tal-investigazzjoni tagħha dwar id-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni biss għat-taħħana tar-ross Indica mitħun jew nofsu mitħun ipproċessat minn ross bil-ħliefa mkabbar jew maħsud fl-Unjoni. Id-definizzjoni żbaljata ta’ produtturi tal-Unjoni ivvizzjat ukoll l-analiżi tal-eżistenza ta’ diffikultajiet serji, peress li l-Kummissjoni eskludiet uħud mill-produtturi tal-Unjoni mill-valutazzjoni tad-dannu. |
|
(5) |
Il-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll li l-Kummissjoni ma pproduċietx provi sal-istandard rekwiżit fir-rigward tal-aġġustamenti magħmula fil-kuntest tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz. |
|
(6) |
Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u l-obbligu li tiddivulga l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali jew id-dettalji li fuqhom huma bbażati. B’mod partikolari, il-Kummissjoni naqset milli tiddivulga informazzjoni dwar id-data li fuqha huma bbażati l-indikaturi tal-konsum u tad-dannu u tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz u l-aġġustamenti li saru wara l-kummenti tal-partijiet interessati dwar id-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali. |
1.2. Implimentazzjoni tas-Sentenza
|
(7) |
L-Artikolu 266 TFUE jipprevedi li l-Istituzzjonijiet iridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qrati tal-Unjoni. Fil-każ ta’ annullament ta’ att adottat mill-istituzzjonijiet fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva, bħal investigazzjonijiet ta’ salvagwardja ġenerali skont ir-Regolament SĠP, il-konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Unjoni tikkonsisti fis-sostituzzjoni tal-att annullat b’att ġdid, li fih l-illegalità identifikata mill-Qorti tiġi eliminata (3). |
|
(8) |
Skont il-ġurisprudenza, il-proċedura għas-sostituzzjoni tal-att annullat tista’ tissokta fil-punt eżatt li fih saret l-illegalità (4). Dan jimplika, b’mod partikolari, li f’sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, dak l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħal f’dan il-każ il-bidu tal-proċedura ta’ salvagwardja. F’sitwazzjoni fejn, pereżempju, jiġi annullat Regolament li jimponi miżuri ta’ salvagwardja ġenerali skont ir-Regolament SPĠ li permezz tiegħu l-Kummissjoni Ewropea introduċiet mill-ġdid id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjonijiet għal perjodu ta’ tliet snin, dan ifisser li, wara l-annullament, il-proċediment ta’ salvagwardja jkun għadu miftuħ, minħabba li l-att li jikkonkludi l-proċediment ta’ salvagwardja jkun sparixxa mill-ordni ġuridiku tal-Unjoni (5), ħlief jekk l-illegalità tkun seħħet fl-istadju tal-bidu. |
|
(9) |
F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament inkwistjoni għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi (4) sa (6). |
|
(10) |
Wara s-Sentenza, fid-19 ta’ Jannar 2023, permezz ta’ Avviż (“l-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid”) (6) il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa’ tiftaħ l-investigazzjoni u li terġa’ tkompliha fil-punt li fih seħħet l-irregolarità. |
|
(11) |
Kif spjegat fl-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid, l-għan tal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni oriġinali kien li jiġu indirizzati bis-sħiħ l-iżbalji identifikati mill-Qorti Ġenerali, u li jiġi vvalutat jekk l-applikazzjoni tar-regoli kif iċċarati mill-Qorti Ġenerali tiġġustifikax l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri, li twassal għall-introduzzjoni mill-ġdid tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjonijiet tar-ross Indica li joriġina mill-Kambodja li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 1006 30 27, 1006 30 48, 1006 30 67 u 1006 30 98, segwit minn tnaqqis progressiv fir-rata tad-dazju applikabbli, għall-perjodu oriġinali ta’ 3 snin, jiġifieri bejn it-18 ta’ Jannar 2019 u t-18 ta’ Jannar 2022. |
|
(12) |
Fl-istess ħin mal-pubblikazzjoni tal-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/132 (7), il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jistennew l-eżitu tal-eżami mill-ġdid qabel ma jiddeċiedu dwar kwalunkwe talba ta’ ħlas lura li tikkonċerna d-dazji annullati mill-Qorti Ġenerali u biex jissospendu kwalunkwe talba għal rimborż tad-dazji annullati sakemm l-eżitu tal-eżami mill-ġdid jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati wara l-ftuħ mill-ġdid. |
1.3. Kummenti mill-partijiet interessati wara l-ftuħ mill-ġdid
|
(14) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn parti interessata waħda (8). |
|
(15) |
Coceral laqgħet il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet tar-ross Indica li joriġina mill-Kambodja. Fl-istess ħin, hija tenniet l-argumenti li saru fil-kuntest tal-investigazzjoni oriġinali li wasslet għar-Regolament inkwistjoni, u ddikjarat ukoll li r-Regolament inkwistjoni ma pprovdiex ħarsa ġenerali sħiħa lejn is-suq tal-kummerċ tar-ross. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni nnotat li wħud mill-affermazzjonijiet ta’ Coceral kienu jirreferu għall-analiżi skaduta magħmula fir-Regolament inkwistjoni u ma kinux għadhom rilevanti jew kienu diġà ġew indirizzati fir-Regolament inkwistjoni mill-Kummissjoni. Is-sejbiet fir-Regolament inkwistjoni, li ma ġewx ikkontestati, jew li ġew ikkontestati iżda miċħuda mill-Qorti Ġenerali jew ma ġewx eżaminati mill-Qorti Ġenerali u mhux ivvizzjati mill-iżbalji misjuba fis-Sentenza, jibqgħu kompletament validi (9). |
1.4. Divulgazzjoni
|
(17) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjoni ta’ hawn fuq li abbażi tagħhom kien beħsiebha tipproponi li timponi mill-ġdid miżuri ta’ salvagwardja fuq ir-ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill- Myanmar/Burma għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2019 sat-18 ta’ Jannar 2022. |
|
(18) |
Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. Waslu kummenti għad-divulgazzjoni finali mill-Federazzjoni tar-Ross tal-Kambodja (“CRF”). |
|
(19) |
Sussegwentement, fil-11 ta’ Jannar 2024 ingħatat kjarifika ulterjuri lis-CRF dwar kif ġie kkalkulat il-volum tal-bejgħ totali tal-Unjoni. L-ebda kumment ieħor ma ġie pprovdut mis-CRF dwar il-kjarifika. |
|
(20) |
Il-kummenti ppreżentati mis-CRF ġew ikkunsidrati jekk u fejn xieraq f’dan ir-regolament. |
2. EŻAMI MILL-ĠDID TAL-KWISTJONIJIET IDENTIFIKATI MILL-QORTI ĠENERALI
2.1. Prodott ikkonċernat u prodott simili jew li jikkompeti b’mod dirett miegħu
|
(21) |
Il-Qorti Ġenerali sabet (10) li r-ross Indica mitħun jew nofsu mitħun minn ross bil-ħliefa, kemm jekk importat fl-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk prodott fl-Unjoni, għandu karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi identiċi. It-tnejn jintużaw għall-istess skopijiet, huma pproċessati mill-istess operaturi, huma mqassma permezz ta’ kanali simili, u jikkompetu ma’ xulxin. Barra minn hekk, il-konsumaturi ġeneralment ma jiddistingwux bejn il-prodotti tal-Unjoni u dawk importati, li jenfasizza l-ekwivalenza tar-ross prodott fl-Unjoni u dak importat. L-interkambjabbiltà ta’ dawn it-tipi ta’ ross, rikonoxxuta mit-taħħana, tenfasizza n-natura identika tagħhom irrispettivament mill-oriġini. Konsegwentement, skont il-Qorti Ġenerali, indipendentement mill-oriġini tal-materja prima li minnha jkun ġie pproċessat, ir-ross Indica mitħun jew nofsu mitħun prodott fl-Unjoni jrid jiġi kklassifikat bħala prodott simili jew li jikkompeti direttament mar-ross Indica mitħun jew nofsu mitħun li joriġina mill-Kambodja. |
|
(22) |
Għalhekk, fid-dawl ta’ din il-konstatazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat li r-ross Indica mitħun jew nofsu mitħun prodott fl-Unjoni huwa simili jew jikkompeti direttament mal-prodott ikkonċernat irrispettivament mill-oriġini tal-materja prima li minnha ġie pproċessat. |
|
(23) |
F’konformità mas-Sentenza, il-Kummissjoni kkonfermat li kemm ir-ross Indica mitħun jew nofsu mitħun tal-Unjoni kif ukoll dak importat għandhom tabilħaqq l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi. Għandhom l-istess użu u jinbiegħu permezz ta’ kanali tal-bejgħ simili jew identiċi, lill-istess tip ta’ klijenti. Dawn il-klijenti huma jew bejjiegħa bl-imnut jew proċessuri fl-Unjoni. Il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili u li jikkompeti direttament miegħu ssir referenza għalihom bħala l-prodott taħt konsiderazzjoni. |
2.2. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(24) |
Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta llimitat b’mod arbitrarju l-ambitu tal-investigazzjoni tagħha dwar id-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni biss għat-taħħana tar-ross indica mitħun jew nofsu mitħun ipproċessat minn ross bil-ħliefa mkabbar jew maħsud fl-Unjoni (11). |
|
(25) |
Fir-rivalutazzjoni tagħha, u fid-dawl tas-sejbiet tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni għalhekk qieset li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti fit-taħħana tar-ross tal-Unjoni kollha tar-ross Indica, irrispettivament mill-oriġini tal-materja prima li minnha jkun ġie pproċessat. |
|
(26) |
Fil-qosor, għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddefiniet l-industrija tal-Unjoni bħala t-taħħana fl-Unjoni li jitħnu jew jipproċessaw ir-ross Indica bil-ħliefa jew bla ħliefa. |
|
(27) |
Fid-dawl tad-definizzjoni mibdula tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (25) u sabiex tinkiseb l-informazzjoni addizzjonali meqjusa meħtieġa biex titwettaq rivalutazzjoni fil-fond tas-sitwazzjoni ekonomika u/jew finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni nediet eżerċizzju ġdid ta’ kampjunar għall-produtturi tal-Unjoni (“taħħana tar-ross”). |
|
(28) |
Il-Kummissjoni stiednet direttament jew indirettament (permezz tal-assoċjazzjoni tat-taħħana) it-taħħana kollha magħrufa tal-Unjoni biex jipparteċipaw fl-eżerċizzju tal-kampjunar, inklużi dawk li kienu ġew esklużi mill-kampjun fir-Regolament inkwistjoni minħabba li kienu qed jipproċessaw biss ross bil-ħliefa jew bla ħliefa importat ta’ oriġini mhux tal-UE. |
|
(29) |
L-ebda produttur addizzjonali tal-Unjoni ma wieġeb għall-eżerċizzju tal-kampjunar fil-limitu ta’ żmien. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun oriġinali li kien jinkludi l-kumpaniji li ġejjin: Herba Riceamills, S.L. Ebro Foods; Riso Scotti SPA; Riso Viazzo u Riso Ticino. L-ebda parti ma għamlet kummenti dwar in-nota li tikkonferma l-kampjun (12). Fl-2017 l-erba’ produtturi fl-Unjoni li kkooperaw b’mod sħiħ fl-investigazzjoni pproduċew madwar 165 000 tunnellata ta’ ross Indica mitħun u nofsu mitħun, li jirrappreżenta 17,5 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni tar-ross Indica (madwar 944 000 tunnellata). Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset dan il-kampjun bħala rappreżentattiv. |
|
(30) |
Biex tiġbor id-data nieqsa dwar il-materja prima ta’ oriġini mhux tal-UE (ross bil-ħliefa jew bla ħliefa), il-Kummissjoni ħarġet kwestjonarju rivedut għat-taħħana tar-ross fil-kampjun. Filwaqt li xi taħħana tar-ross wieġbu billi ssottomettew il-kwestjonarju aġġornat, oħrajn ikkonfermaw l-informazzjoni pprovduta qabel matul l-investigazzjoni inizjali. |
|
(31) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRF affermat li l-Kummissjoni naqset milli timplimenta b’mod adegwat is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kampjun rappreżentattiv tal-produtturi tal-Unjoni, b’mod partikolari li ma għamlitx sforz suffiċjenti biex tikkuntattja lill-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, skont is-CRF, il-valutazzjoni sħiħa tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u/jew finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, sa fejn din tirrigwarda d-data mikroekonomika u s-sejbiet relatati mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, baqgħet ivvizzjata. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet. F’konformità mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, l-industrija tal-Unjoni kienet tikkonsisti fit-taħħana kollha tal-Unjoni ta’ ross indica irrispettivament mill-oriġini tal-materja prima li minnha ġie pproċessat. Fl-avviż ta’ ftuħ mill-ġdid tagħha, il-Kummissjoni għamlitha ċara li l-investigazzjoni oriġinali kompliet fil-punt li fih seħħet l-irregolarità u stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jippreżentaw ruħhom, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni. |
|
(33) |
Wara l-ftuħ mill-ġdid, fil-15 ta’ Frar 2023 il-Kummissjoni stiednet lit-taħħana inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali biex jirrevedu t-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju u jissottomettu d-data rilevanti tal-produzzjoni tagħhom tal-prodott ikkonċernat irrispettivament minn jekk ir-ross indica użat kienx importat jew imkabbar fl-UE (t23.000906). Il-Kummissjoni nnotat li, bħala konsegwenza diretta tal-ftuħ mill-ġdid, il-kwestjonarju ppreżentat qabel kien jeħtieġ li jiġi aġġornat filwaqt li jitqies ir-“ross Indica prodott abbażi tar-ross irrispettivament minn jekk ir-ross użat kienx importat jew imkabbar fl-UE”. |
|
(34) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppruvat tilħaq it-taħħana kollha magħrufa u mhux magħrufa li jipproduċu mir-ross indica. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkuntattjat direttament lit-taħħana magħrufa li jinsabu fir-Renju Unit u fil-Ġermanja (li prinċipalment jipproċessaw ir-ross bil-ħliefa/bla ħliefa importat), l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tat-taħħana tal-Italja, Spanja u l-Portugall u l-Federazzjoni Ewropea tat-Taħħana tar-Ross u talbet lill-assoċjazzjonijiet jinfurmaw lill-membri tagħhom dwar l-eżerċizzju l-ġdid tal-kampjunar u jinkoraġġuhom jipparteċipaw. Ta’ min ifakkar, kif imsemmi fl-ittra ta’ akkumpanjament tas-17 ta’ Frar 2023 (t23.000887) mibgħuta lill-partijiet potenzjalment interessati, li l-għan tal-Kummissjoni kien li tikkoreġi l-iżball misjub mill-Qorti Ġenerali (li l-ambitu tal-investigazzjoni kien limitat biss għal taħħana ta’ ross Indica mitħun jew nofsu mitħun ipproċessat minn ross bil-ħliefa mkabbar jew maħsud fl-UE) u b’hekk tkabbar il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, u mhux biss tissostitwixxi l-kumpaniji fil-kampjun li kienu diġà ntgħażlu fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(35) |
Minħabba l-azzjonijiet kollha tal-Kummissjoni kif deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tas-CRF li ma għamlitx biżżejjed sforzi biex tilħaq lit-taħħana tal-Unjoni. |
|
(36) |
Is-CRF sostniet ukoll li l-kumpaniji ma kienx għad għandhom rekords affidabbli, speċjalment mhux tad-data speċifika mitluba mill-Kummissjoni, biex ikunu jistgħu jwieġbu b’mod preċiż għall-kwestjonarju u li dan it-tħassib implika li d-data aġġornata eżistenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bilkemm tista’ titqies affidabbli. |
|
(37) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni bħala bla bażi. L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma invoka diffikultajiet biex jipprovdi data addizzjonali minħabba ż-żmien li għadda bejn iż-żmien tat-talba u l-perjodu kkunsidrat mill-kwestjonarju. Barra minn hekk, kif jidher mill-fajl mhux kunfidenzjali, it-taħħana fil-kampjun setgħu jerġgħu jissottomettu kwestjonarju rivedut, kif meħtieġ, inkluża data dwar il-volumi prodotti minn ross bla ħliefa u ross bil-ħliefa importat. |
|
(38) |
Is-CRF sostniet li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kooperattiva, peress li 17,5 % biss tal-industrija tal-Unjoni kkooperat, u li l-Kummissjoni kellha tasal għall-konklużjoni xierqa u ttemm l-investigazzjoni. |
|
(39) |
Bi tweġiba għal din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni ddikjarat li, fil-kuntest ta’ industrija frammentata, hija qieset li kampjun li jikkonsisti minn 17,5 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat tqies rappreżentattiv biżżejjed biex jinsiltu konklużjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-indikaturi mikrofinanzjarji tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda dispożizzjoni fir-Regolament SĠP jew fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1083/2013 (13) dwar ir-regoli proċedurali li jistabbilixxu livell speċifiku ta’ rappreżentattività tal-kampjun. Barra minn hekk, tlieta mill-erba’ taħħana kkampjunati pproċessaw ross bil-ħliefa/bla ħliefa ta’ oriġini mhux mill-UE. Il-volum tal-produzzjoni tar-ross ta’ oriġini mhux tal-UE żdied maż-żmien u laħaq massimu ta’ 40 % tal-kampjun totali. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni. |
|
(40) |
Is-CRF sostniet li s-sekwenza li biha l-Kummissjoni kkuntattjat lill-partijiet interessati meta wettqet l-eżerċizzju tagħha ta’ kampjunar ħolqot preġudizzju fl-eżerċizzju favur il-kumpaniji li kienu diġà inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali u b’hekk għamlet l-eżerċizzju l-ġdid ta’ kampjunar invalidu. |
|
(41) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet. L-ewwel nett, l-avviż ta’ ftuħ mill-ġdid stieden lill-partijiet interessati kollha biex jesprimu l-fehmiet tagħhom u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni. It-tieni nett, is-sekwenza li fiha ntbagħtu l-ittri ma kellha l-ebda rilevanza għad-deċiżjoni dwar il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni. Dan huwa enfasizzat mill-fatt li l-ittri li ntbagħtu kienu ittri standard li jistiednu lill-partijiet jikkooperaw u jissottomettu d-data. It-tielet, id-deċiżjoni dwar il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni seħħet fit-8 ta’ Marzu 2023, ferm wara li l-produtturi potenzjali tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tagħhom ġew ikkuntattjati u mitluba jikkooperaw. F’dan is-sens, id-deċiżjoni tal-kampjunar ittieħdet ladarba l-partijiet potenzjalment interessati kollha kienu ġew mgħarrfa bil-ftuħ mill-ġdid u ngħataw opportunitajiet biex jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jikkooperaw fl-investigazzjoni. |
|
(42) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet tas-CRF dwar il-kampjun tat-taħħana tar-ross indica tal-Unjoni. |
3. RIŻULTAT TAL-VALUTAZZJONI MILL-ĠDID TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
|
(43) |
Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament SĠP, il-preżenza ta’ diffikultajiet serji jenħtieġ li tiġi ddeterminata meta l-produtturi tal-Unjoni jesperjenzaw deterjorament fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u/jew finanzjarji tagħhom. Meta teżamina jekk jeżistix tali deterjorament, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, il-fatturi msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament SĠP, fejn tali informazzjoni tkun disponibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi rilevanti sabiex tiddetermina jekk it-taħħana tar-ross ġarrbux diffikultajiet serji. |
3.1. L-eżistenza ta’ diffikultajiet serji
3.1.1. Konsum tal-Unjoni
|
(44) |
Il-Kummissjoni ddeterminat il-konsum tal-Unjoni bl-użu tad-data miksuba mill-Istati Membri u l-istatistika tal-importazzjoni disponibbli permezz tal-Eurostat. Filwaqt li rrikonoxxiet il-frammentazzjoni għolja tal-industrija tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ data aggregata madwar l-UE kollha dwar il-konsum tar-ross mitħun, il-Kummissjoni għażlet il- “metodoloġija tal-karta tal-bilanċ” (14). Din il-metodoloġija ilha tintuża għal diversi snin mid-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali biex jiġi stmat il-konsum tal-Unjoni mhux biss għar-ross iżda għaċ-ċereali u ż-żrieragħ żejtnin kollha. |
|
(45) |
Bl-użu tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-konsum tal-Unjoni tal-prodott taħt kunsiderazzjoni espress f’ekwivalenti għal ross mitħun (ekwivalenti mitħun) stmat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-Unjoni Ewropea (EU-28) (15), żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(46) |
Il-konsum tal-prodott ikkunsidrat fl-Unjoni varja xi ftit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-konsum laħaq il-quċċata tiegħu f’MY2015 meta kien 8 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu. Il-konsum naqas b’4 % bejn MY2015 u MY2016. Minkejja din il-fluttwazzjoni, il-konsum żdied b’mod ġenerali b’4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.1.2. Żieda fl-importazzjonijiet mill-Kambodja u mill- Myanmar/Burma u s-sehem mis-suq rispettiv tagħhom
|
(47) |
Il-Kummissjoni investigat jekk il-prodott ikkonċernat huwiex importat f’volumi u/jew bi prezzijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji lill-produtturi tal-Unjoni ta’ prodotti simili jew li jikkompetu direttament. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu ta’ investigazzjoni (16). It-tabella ta’ hawn taħt turi l-iżvilupp tal-importazzjonijiet. Tabella 2 Il-volum tal-importazzjonijiet u l-produzzjoni tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(48) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Kambodja żdiedu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minn madwar 164 000 tunnellata għal madwar 254 000 tunnellata. Dawn żdiedu b’mod sinifikanti sa MY2015 u mbagħad naqsu bi ftit fl-istess żmien ma’ tnaqqis fil-konsum f’MY2016. Minkejja t-tnaqqis, l-importazzjonijiet mill-Kambodja baqgħu 55 % ogħla milli f’MY2012. |
|
(49) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Myanmar/Burma, dawn żdiedu wkoll b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, minn madwar 2 000 tunnellata għal madwar 63 000 tunnellata. Madankollu baqgħu f’livell aktar baxx meta mqabbla mal-Kambodja. Huma esperjenzaw żieda sinifikanti f’MY2013 u MY2014 segwita minn tnaqqis żgħir f’MY2015, iżda reġgħu żdied f’MY2016, b’żieda notevoli ta’ 30 darbiet meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu. |
|
(50) |
L-importazzjonijiet mill-Kambodja żiedu s-sehem tagħhom fuq il-produzzjoni stmata tal-Unjoni minn 15 % f’MY 2012 għal 27 % f’MY 2016, u b’hekk żdiedu bi 12-il punt perċentwali. L-importazzjonijiet mill-Myanmar/Burma żiedu s-sehem tagħhom fuq il-produzzjoni stmata tal-Unjoni minn kważi żero f’MY 2012 għal 7 % f’MY 2016. Iż-żidiet fix-xejriet taż-żewġ pajjiżi seħħew filwaqt li l-produzzjoni stmata tal-Unjoni rat tnaqqis notevoli ta’ 15 %. L-importazzjonijiet mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma żiedu s-sehem mis-suq tagħhom minn 15 % f’MY 2012 għal 34 % fl-MY 2016, filwaqt li l-produzzjoni stmata tal-Unjoni rat tnaqqis notevoli. |
|
(51) |
L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, meta mqabbla mal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni tal-prodott taħt kunsiderazzjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum tal-importazzjoni u sehem tal-importazzjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(52) |
Is-sehem tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Kambodja żdied b’5 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minn 38 % għal 40 % b’quċċata ta’ 47 % f’MY 2015. |
|
(53) |
Is-sehem tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Myanmar/Burma żdied b’ 20 darba matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minn 0,5 % għal 10 % f’MY 2016. |
|
(54) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-Kambodja u tal-Myanmar/Burma , espress bħala perċentwal fuq il-konsum totali tal-Unjoni (ara l-premessa (45)), żviluppa kif ġej: Tabella 4 Sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(55) |
Il-Kambodja żiedet is-sehem mis-suq tagħha minn 10,9 % għal 16,2 % filwaqt li s-sehem mis-suq tal-Myanmar/Burma żdied minn 0,1 % għal 4 %. Is-sehem mis-suq ikkombinat kważi rdoppja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u żdied minn 11 % għal 20,2 %, u baqa’ konsistentement għoli lejn tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.1.3. Prezzijiet tal-Importazzjonijiet
|
(56) |
L-iżvilupp tal-prezz medju (CIF fil-fruntiera tal-UE) tal-prodott importat mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma juri x-xejriet li ġejjin: Tabella 5 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(57) |
Il-prezz tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Kambodja naqas b’6 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li dak li joriġina mill-Myanmar/Burma naqas bi 3 % matul l-istess perjodu. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Myanmar/Burma baqgħu konsistentement aktar baxxi minn dawk tal-Kambodja. Il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni kkombinat naqas bi 11 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(58) |
Il-prezz tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat kien aktar baxx mill-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili u li jikkompeti direttament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Id-differenza bejn il-prezz tal-importazzjoni mill-Kambodja u l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedet minn 17 % f’MY2012 għal 30 % f’MY2016, filwaqt li d-differenza bejn il-prezz tal-importazzjoni tal-Myanmar/Burma u l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedet minn 41 % f’MY 2012 għal 49 % f’MY2016. Peress li b’mod ġenerali, il-konsumaturi ma jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn diversi oriġini tar-ross Indica, id-differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-Kambodja/il-Myanmar/Burma u l-prezzijiet tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni (ara l-premessa (98)) hija sinifikanti biżżejjed għall-importazzjonijiet tal-Kambodja u tal-Myanmar/Burma biex jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet tal-Unjoni. |
|
(59) |
Bħala konklużjoni, l-importazzjonijiet mill-Kambodja żdiedu sostanzjalment f’termini assoluti (55 %, ara l-premessa (47)) kif ukoll f’termini ta’ sehem mis-suq + 5,3 punti perċentwali (minn 10,9 % għal 16,2 %, ara l-premessa (54)) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Anki jekk il-volum tal-importazzjonijiet (il-premessa (51) naqas f’MY2016 meta mqabbel ma’ MY2015 (minn 298 717 tunnellata għal 253 867 tunnellata), dan baqa’ ogħla b’mod sinifikanti mill-volum tal-importazzjoni fil-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni (163 786 tunnellata). Barra minn hekk, il-prezz tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat naqas b’mod sinifikanti minn EUR 588,4 għal EUR 552,2/tunnellata (ara t-tabella 5 fil-premessa (56)) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-prezz tal-importazzjoni kien aktar baxx kemm mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-kost tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu kollu kkunsidrat (ara l-premessa (78)). Għalhekk, f’termini ta’ volumi u prezzijiet, l-importazzjonijiet tar-ross Indica li joriġina mill-Kambodja eżerċitaw pressjoni fuq il-prestazzjoni ekonomika tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(60) |
L-importazzjonijiet mill-Myanmar/Burma żdiedu b’mod esponenzjali f’termini assoluti (3 027 %, ara l-premessa (47)) kif ukoll f’termini ta’ sehem mis-suq + 3,9 punti perċentwali (minn 0,1 % għal 4,0 % - ara l-premessa (54)) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Anki jekk il-volum tal-importazzjoni (il-premessa (51) naqas bi ftit f’MY2015 meta mqabbel ma’ MY2014 (minn 52 689 tunnellata għal 35 958 tunnellata), reġa’ qabad f’MY 2016 għal 62 808 tunnellata li kien 30 darba ogħla mill-volum tal-importazzjoni fil-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni (2 075 tunnellata). Barra minn hekk, il-prezz tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat naqas minn EUR 428,8 għal EUR 413,9/tunellata (ara t-tabella 5 fil-premessa (56)) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-prezz tal-importazzjoni mill-Myanmar/Burma kien ferm aktar baxx kemm mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-kost tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu kollu kkunsidrat (ara l-premessa (78)) saħansitra aktar baxx mill-prezz tal-importazzjonijiet mill-Kambodja. Minkejja l-volum aktar baxx ta’ importazzjonijiet tar-ross Indica li joriġina mill-Myanmar/Burma , meta titqies iż-żieda qawwija, huma eżerċitaw ukoll pressjoni fuq il-prestazzjoni ekonomika tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(61) |
L-analiżi hija l-istess meta l-effetti tal-importazzjonijiet mill-Myanmar/Burma u mill-Kambodja jiġu kkunsidrati flimkien. Kemm f’termini ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet, l-importazzjonijiet tar-ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma eżerċitaw pressjoni fuq il-prestazzjoni ekonomika tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.1.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
|
(62) |
Ċerti fatturi, inklużi s-sehem mis-suq, il-produzzjoni, l-importazzjonijiet u l-prezzijiet tal-importazzjoni, inkisbu minn data makrostatistika, filwaqt li oħrajn (bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabbiltà, l-impjiegi u l-istokks tat-taħħana fil-kampjun) kienu jiddependu fuq it-tweġibiet mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun permezz ta’ kwestjonarji. |
3.1.5. Sehem mis-suq tal-Industrija tal-Unjoni
|
(63) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 6 Sehem mis-suq u konsum tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(64) |
Minkejja ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni b’4 % bejn MY2012 u MY 2016, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti minn 71,4 % għal 59,6 %, (-17 %). Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tieħu vantaġġ sħiħ mill-espansjoni fil-konsum tal-Unjoni sa MY2015 u s-sehem mis-suq tagħha kompla jonqos f’MY2016. |
4. PRODUZZJONI
|
(65) |
Il-produzzjoni stmata tal-Unjoni żviluppat kif ġej: Tabella 7 Produzzjoni (f’ekwivalenti ta’ tunnellati mitħuna)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(66) |
Il-produzzjoni stmata tal-Unjoni naqset b’mod konsiderevoli, bi 15 % f’termini relattivi u b’167 501 tunnellata f’termini assoluti, minn 1 111 772 għal 944 271 tunnellata, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(67) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRF iddikjarat li d-data tal-produzzjoni ma qisitx l-istokkijiet tar-ross bil-ħliefa u bla ħliefa u lanqas użi oħra għar-ross bil-ħliefa jew bla ħliefa u għalhekk is-CRF qajjem dubji dwar l-affidabbiltà tad-data tal-produzzjoni. |
|
(68) |
Tabilħaqq, il-Kummissjoni ma qisitx l-istokk meta stmat il-produzzjoni tal-Unjoni kif murija fit-Tabella 7. Madankollu, l-għan ta’ dan l-eżerċizzju ma kienx li jistabbilixxi kwantità preċiża tal-produzzjoni iżda pjuttost li juri x-xejra. Ix-xejra negattiva viżibbli fit-Tabella 7 hija kkonfermata aktar mill-evoluzzjoni tal-kwantità tal-produzzjoni rrapportata mill-produttur tal-Unjoni fil-kampjun kif muri fit-tabella 8. Fl-istima tagħha, il-Kummissjoni assumiet li dak kollu maħsud f’sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari kien mitħun fl-istess sena. F’dan il-kalkolu teoretiku l-istokk tal-bidu u tat-tmiem tal-materja prima ġie eliminat b’mod reċiproku mill-ekwazzjoni. Hija l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-metodoloġija applikata biex tiġi stmata l-produzzjoni totali tal-Unjoni hija xierqa u li żieda jew tnaqqis żgħir tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-materja prima mhux ipproċessata fis-sena tas-suq ma kinitx tibdel ix-xejra tal-produzzjoni tal-perjodu. |
|
(69) |
Rigward it-tnaqqis possibbli tar-ross bil-ħliefa għal użi oħra mill-produzzjoni stmata, il-Kummissjoni ma kinitx konxja ta’ użu potenzjali ieħor għar-ross bil-ħliefa jew bla ħliefa lil hinn miż-żrieragħ li naqqset fil-kalkolu tagħha. Barra minn hekk, is-CRF naqset milli tissostanzja l-affermazzjoni tagħha dwar użi possibbli oħra u kif id-data użata mill-Kummissjoni tiġi vvizzjata. Għalhekk, din il-pretensjoni hija miċħuda. |
4.1.1. Kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(70) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-prodott ikkonċernat uriet ukoll xejra ta’ tnaqqis. Din naqset b’10 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Tabella 8 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(71) |
L-użu tal-kapaċità għall-prodott ikkonċernat naqas minn 60,3 % għal 54,3 %. |
4.1.2. Stokks
|
(72) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Stokks (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(73) |
L-istokks tal-għeluq, filwaqt li jvarjaw, żdiedu bi 62 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minn 12 378 tunnellata għal 20 002 tunnellata. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tnaqqas il-volum tal-istokks tal-għeluq minkejja d-domanda dejjem tikber (ara l-premessa (45)) iffaċċjata bil-prezzijiet baxxi f’kompetizzjoni tal-importazzjonijiet mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma . L-istokks tal-għeluq espressi bħala perċentwal tal-produzzjoni żdiedu wkoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni bi 80 %. |
4.1.3. Volum tal-bejgħ
|
(74) |
Il-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Volum tal-bejgħ (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(75) |
Il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati tal-produtturi tal-Unjoni naqas bi 13 %. Il-bejgħ totali tal-Unjoni tal-industrija kollha jsegwi xejra kemxejn differenti iżda jispiċċa bl-istess riżultat (jiġifieri, tnaqqis ta’ 13 %). |
|
(76) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRF affermat li l-Kummissjoni naqset milli tispjega kif ikkalkulat il-volum totali tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni u ma kinitx iddivulgat id-data tas-sors. |
|
(77) |
Bi tweġiba għal din il-pretensjoni, il-Kummissjoni kkonfermat lis-CRF, permezz ta’ email fil-11 ta’ Jannar 2024, li d-data sottostanti kollha użata mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-indikaturi makroekonomiċi kienet diġà saret disponibbli għall-partijiet interessati kollha fit-30 ta’ Ottubru 2023 fil-fajl miftuħ (t23.005068) u wara xi kummenti fit-tieni verżjoni fl-20 ta’ Diċembru 2023 (t23.006965). Abbażi tad-data inkluża fiż-żewġ fajls imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni kkalkulat il-bejgħ tal-Unjoni billi naqqset il-volum tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi mill-konsum totali tal-Unjoni. |
4.1.4. Il-prezz tal-bejgħ, il-kost tal-produzzjoni u l-profittabbiltà
|
(78) |
Il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ unità tat-taħħana tar-ross inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, il-kost tal-produzzjoni tagħhom u l-profittabbiltà tagħhom żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Il-prezzijiet tal-bejgħ, il-kost tal-produzzjoni u l-profittabbiltà
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(79) |
Il-kost tal-produzzjoni tat-taħħana tar-ross fil-kampjun żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, b’6 % f’MY2015, u bi 13 % f’MY2016. |
|
(80) |
Il-prezzijiet unitarji tat-taħħana tar-ross inklużi fil-kampjun żdiedu bi 11 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-istess ħin, il-kost tal-produzzjoni żdied bi 13 % matul l-istess perjodu. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tagħha skont iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tagħha u għalhekk bdiet tagħmel it-telf sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(81) |
Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni varjat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fejn bdiet b’punt ta’ ekwilibriju f’MY2012, imbagħad żdiedet u laħqet l-ogħla livell ta’ 5,6 % f’MY 2014 u naqset u laħqet –1,2 % f’MY 2016 (ara l-premessa (78)). Din ix-xejra tista’ tiġi spjegata mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri b’mod suffiċjenti ż-żieda fil-kostijiet tagħha kif muri fit-tabella ta’ hawn fuq. |
4.1.5. Impjiegi
|
(82) |
L-impjiegi żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta’ investigazzjoni: Tabella 12 Impjiegi
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(83) |
L-għadd totali ta’ impjegati naqas bi 30 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.1.6. Fallimenti
|
(84) |
Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda evidenza dwar fallimenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni. |
4.2. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji
|
(85) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat f’termini kemm ekonomiċi kif ukoll finanzjarji. |
|
(86) |
L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda globali ta’ 4 % fil-konsum u tilfet 17 % tas-sehem mis-suq tagħha. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq żdied rispettivament b’5,3 % mill-Kambodja u bi 3,9 % mill-Myanmar/Burma . F’termini assoluti, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 71,4 % f’MY 2012 għal 59,6 % f’MY 2016. Il-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ, l-użu tal-kapaċità, u l-impjiegi kollha naqsu. L-istokks żdiedu wkoll, iffaċċjati bil-pressjoni tal-importazzjonijiet tar-ross Indica mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma bi prezzijiet saħansitra inqas mill-kost tal-produzzjoni tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni. |
|
(87) |
Il-produzzjoni fl-Unjoni naqset bi 15 %. Id-diffikultajiet ekonomiċi għalhekk immaterjalizzaw prinċipalment f’termini ta’ telf tal-volum tal-bejgħ u l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet tal-Kambodja u tal-Myanmar/Burma . Il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’pass ogħla miż-żieda fil-prezz tal-bejgħ tagħha. F’MY2016, it-taħħana tar-ross tal-Unjoni ġarrbu telf minħabba volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma . It-taħħana tar-ross tal-Unjoni kellhom ibigħu taħt il-kost tal-produzzjoni biex jikkompetu fis-suq. |
|
(88) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tagħha skont it-tifsira tal-Artikolu 23 tar-Regolament SPĠ. |
|
(89) |
Wara d-divulgazzjoni, is-CRF issottomettiet kummenti li jesprimu tħassib dwar l-affidabbiltà ta’ ċerti fatturi, b’mod partikolari rigward is-sehem mis-suq, il-bejgħ totali tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabbiltà, peress li data ġdida miġbura għall-finijiet tal-investigazzjoni miftuħa mill-ġdid kienet differenti jew uriet xejra differenti mill-fatturi ekonomiċi fir-Regolament inkwistjoni. |
|
(90) |
Il-Kummissjoni qieset dawn il-paraguni irrilevanti u għalhekk irrifjutat dawn il-kummenti minħabba li, kif spjegat fil-premessa (8), ir-Regolament inkwistjoni ġie annullat mill-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, peress li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u għalhekk l-industrija tal-Unjoni kienet differenti fiż-żewġ investigazzjonijiet, id-data użata biex jiġu stabbiliti d-diversi fatturi ekonomiċi hija wkoll differenti u għalhekk saret inkomparabbli. Fi kwalunkwe każ, it-test legali rilevanti tal-investigazzjoni li reġgħet infetħet ma kienx li tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ekonomika tat-taħħana tar-ross indica tal-Unjoni, meta mqabbla mat-taħħana tal-Unjoni tar-Regolament oriġinali, iżda li jiġi stabbilit jekk il-produtturi tal-Unjoni kif definiti fil-premessa (26) sofrewx diffikultajiet ekonomiċi jew le. |
4.3. Analiżi tal-fatturi ta’ kawżalità
|
(91) |
Ladarba l-Kummissjoni stabbiliet li t-taħħana tar-ross tal-Unjoni sofrew deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 23 tar-Regolament SPĠ, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, minn naħa waħda, u d-diffikultajiet serji tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni, min-naħa l-oħra. Il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk id-diffikultajiet serji kinux attribwibbli għal fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma . |
4.3.1. Effetti tal-importazzjonijiet mill-Kambodja
|
(92) |
It-tabella u l-grafiki ta’ hawn taħt jistabbilixxu b’mod ċar koinċidenza fiż-żmien bejn l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet mill-Kambodja u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, evidenzjata minn telf sostanzjali tal-ishma mis-suq, li kkawża diffikultajiet serji għat-taħħana tar-ross tal-Unjoni. Tabella 13a Sehem mis-suq
Grafika 1a Evoluzzjoni tas-sehem mis-suq (f’perċentwali)
Grafika 2a Evoluzzjoni tas-sehem mis-suq (f’tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(93) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Kambodja żdied b’aktar minn 90 000 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Kambodja qabżet b’mod sinifikanti ż-żieda fil-konsum fis-suq tal-Unjoni (li kienet limitata għal 62 000 tunnellata, li tikkorrispondi għal żieda ta’ + 4 %) u waqqfet lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-volum tal-bejgħ tagħha f’konformità maż-żieda fil-konsum. |
4.3.2. Effetti tal-importazzjonijiet mill-Myanmar/Burma
|
(94) |
Minbarra dan, it-tabella u l-grafiki ta’ hawn taħt jistabbilixxu b’mod ċar koinċidenza fiż-żmien bejn l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet mill-Myanmar/Burma u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, evidenzjata għal darb’oħra minn telf sostanzjali tal-ishma mis-suq, li jikkawża diffikultajiet serji għat-taħħana tar-ross tal-Unjoni. Tabella 13b Sehem mis-suq
Grafika 1b Evoluzzjoni tas-sehem mis-suq (f’perċentwali)
Grafika 2b Evoluzzjoni tas-sehem mis-suq (f’tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(95) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Myanmar/Burma żdied b’madwar 60 000 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Tali żieda fl-importazzjonijiet mill-Myanmar/Burma kważi kienet taqbel maż-żieda fil-konsum fis-suq tal-Unjoni (li kienet limitata b’kollox għal 62 000 tunnellata, li tikkorrispondi għal żieda ta’ 4 %) u impedixxiet lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-volum tagħha skont iż-żieda fil-konsum. |
|
(96) |
Il-5,3 punti perċentwali miksuba fis-sehem mis-suq mill-Kambodja, u t-3,9 punti perċentwali miksuba fis-sehem mis-suq mill-Myanmar/Burma , ikkoinċidew ma’ telf ta’ 11,8 punti perċentwali tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, minn 71,4 % f’MY2012 għal 59,6 % f’MY2016. Dan il-gwadann fis-sehem mis-suq mill-importazzjonijiet bi prezz baxx għalhekk sar għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. |
4.3.3. Evoluzzjoni tal-prezz u tal-kost
|
(97) |
Kif spjegat hawn fuq fil-premessi (45), (92)-(96), iż-żieda fil-livell tal-konsum lejn tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni kkoinċidiet ma’ żieda saħansitra akbar u importanti fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn kull pajjiż, il-Kambodja u l-Myanmar/Burma . Din iż-żieda f’importazzjonijiet bi prezz baxx, li tikkapitalizza fuq il-konsum li qed jikber, issaturat is-suq tal-Unjoni u naqqset is-sehem mis-suq tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni, li ma setgħux jikkompetu mal-prezzijiet tal-importazzjoni li kienu saħansitra aktar baxxi mill-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom. |
|
(98) |
Tabilħaqq, iż-żieda fl-importazzjonijiet kienet dovuta għall-prezzijiet baxxi tagħhom. Il-prezz tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat kien kontinwament aktar baxx mill-prezz medju tal-bejgħ tal-prodott simili u li jikkompeti direttament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-prezz medju tal-importazzjoni kien ukoll ferm aktar baxx mill-kost medju tal-produzzjoni tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tabella ta’ hawn taħt turi d-differenza dettaljata fil-prezz bejn il-prezz tal-importazzjoni mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma u l-prezz tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni: Tabella 14 Tqabbil tal-prezzijiet u tal-kostijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(99) |
Id-differenza fil-prezz bejn il-prezz tal-importazzjoni tal-Kambodja u l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedet minn 17 % f’MY2012 għal 30 % f’MY2016, filwaqt li d-differenza bejn il-prezz tal-importazzjoni tal-Myanmar/Burma u l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedet minn 41 % f’MY 2012 għal 49 % f’MY2016. Dawn l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet. B’riżultat ta’ dan, it-taħħana tar-ross tal-Unjoni ma setgħux iżidu l-prezz tal-bejgħ tagħhom b’mod suffiċjenti biex ikopru l-kost tal-produzzjoni tagħhom f’MY 2016, u dan għamel aktar pressjoni fuq il-prestazzjoni finanzjarja tagħhom u b’hekk bdew jagħmlu t-telf sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(100) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u d-diffikultajiet serji li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(101) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRF affermat li d-determinazzjoni tal-Kummissjoni ta’ diffikultajiet serji kienet ibbażata fuq valutazzjoni kumulattiva tal-effetti fuq il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet tar-ross mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma . |
|
(102) |
Il-Kummissjoni qieset li eżaminat kif xieraq l-effetti tal-volum u tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tar-ross mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma separatament kif ukoll b’mod kumulattiv fid-divulgazzjoni finali. Madankollu, għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni rrieżaminat id-determinazzjoni tagħha li tissepara b’mod ċar u tagħmel distinzjoni bejn l-effetti tal-importazzjonijiet tal-Kambodja u dawk tal-importazzjonijiet tal-Myanmar/Burma . Għal dan l-għan, fid-29 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni bagħtet divulgazzjoni parzjali addizzjonali (“divulgazzjoni parzjali addizzjonali”) lis-CRF limitata għar-riżultat tal-valutazzjoni tad-diffikultajiet serji tal-industrija tal-Unjoni (it-taqsima 3 tar-Regolament) u ppermettiet kummenti. |
|
(103) |
Wara d-divulgazzjoni finali parzjali addizzjonali, is-CRF kienet tal-opinjoni li l-Kummissjoni l-ewwel naqset milli tagħmel valutazzjoni separata tal-Kambodja tal-volum tar-ross indica u l-effetti fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u t-tieni l-Kummissjoni kellha tiddivulga t-tieni Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali kollu u mhux biss ir-riżultat tar-rivalutazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(104) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar il-valutazzjoni kumulattiva, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni magħmula mis-CRF, l-ewwel minħabba li l-Kummissjoni wettqet analiżi separata tal-effett tal-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Kambodja fis-suq tal-Unjoni mill-analiżi tal-Myanmar/Burma ; it-tieni, is-CRF ma ssostanzjatx għaliex u kif il-Kummissjoni naqset milli tagħmel analiżi individwali xierqa, meta wieħed iqis li l-indikaturi individwali kollha kienu preżenti. |
|
(105) |
Fir-rigward tat-tieni parti tal-pretensjoni tas-CRF, dwar it-tieni Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali ġdid kollu, il-Kummissjoni b’reazzjoni għall-kumment magħmul mis-CRF dwar in-nuqqas ta’ analiżi separata tal-importazzjonijiet tal-Kambodja u tal-Myanmar/Burma , għal raġunijiet ta’ ċarezza, qieset xieraq li tagħmel it-tieni divulgazzjoni biss tal-parti affettwata mill-pretensjoni tas-CRF dwar il-valutazzjoni kumulattiva u minħabba li kompliet tenfasizza l-analiżi individwali għall-Kambodja, u għall-Myanmar/Burma , fir-rigward tad-deterjorament tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u/jew finanzjarji tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(106) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet, b’mod partikolari, li l-importazzjonijiet tal-Kambodja meta mqabbla mal-Myanmar/Burma kienu aktar sostanzjali fil-volumi, u laħqu sehem mis-suq ogħla u kienu pprezzati inqas mir-ross Indica mitħun tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-Myanmar/Burma kienu aktar baxxi fil-volumi minn dawk tal-Kambodja, dawn kienu bi prezzijiet saħansitra aktar baxxi minn dawk tal-Kambodja. Għalhekk, huwa ċar li vvalutati kemm flimkien kif ukoll separatament iż-żewġ sorsi ta’ importazzjonijiet ikkawżaw id-diffikultà serja għall-produtturi tal-Unjoni. |
|
(107) |
Is-CRF affermat li l-Kummissjoni fid-divulgazzjoni finali tagħha missha pprovdiet analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz. Għalhekk, is-CRF talbet li l-Kummissjoni tipprovdi divulgazzjoni finali addizzjonali li jkun fiha l-analiżi nieqsa tat-twaqqigħ tal-prezz. |
|
(108) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 22(1) tar-Regolament SĠP ma jirrikjedi l-ebda analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz u jirreferi biss għall-importazzjonijiet f’“volum u/jew prezzijiet” li jikkawżaw diffikultajiet serji għall-produtturi tal-Unjoni ta’ prodotti simili u li jikkompetu direttament. |
|
(109) |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali fil-paragrafu 113 tas-Sentenza espliċitament irrikonoxxiet li r-Regolament SPĠ ma jistabbilixxix obbligu espliċitu li titwettaq analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz jew tal-metodu ta’ kalkolu fir-rigward tad-determinazzjoni tal-effett tal-importazzjonijiet. Fil-punt 115 tas-Sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li hemm diversi metodi ta’ analiżi biex jiġi eżaminat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament SPĠ humiex issodisfati u l-Kummissjoni għandha ċerta diskrezzjoni meta tagħżel il-metodu li bih trid taċċerta jekk dawk il-kundizzjonijiet humiex issodisfati billi tagħżel bejn metodi differenti ta’ kalkolu. |
|
(110) |
F’konformità ma’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni miftuħa mill-ġdid iddeċidiet li ma twettaqx analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz iżda li tqabbel l-iżvilupp tal-prezz tal-prodott ikkonċernat u l-prodotti simili u li jikkompetu direttament u l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni qieset li l-analiżi tat-tqabbil tal-prezzijiet u tal-kostijiet li saret fit-Tabella 14 hija metodu xieraq biex issir il-valutazzjoni rigward diffikultajiet serji tal-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, il-pretensjoni li titwettaq analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz hija miċħuda. |
4.3.4. Fatturi oħrajn
|
(111) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk fatturi oħra setgħux ikkontribwew għad-diffikultajiet serji mġarrba mit-taħħana tar-ross tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fid-deterjorament ekonomiku u finanzjarju tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni. |
|
(112) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 15 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(113) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha (li jirrappreżentaw 50 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni) minbarra l-pajjiżi kkonċernati, żdiedu b’19 % matul il-perjodu kkunsidrat f’termini assoluti u kisbu 2,6 % tas-sehem mis-suq (perċentwali bbażati fuq data f’ekwivalenti mitħun). |
|
(114) |
Anki jekk l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra jistgħu jispjegaw parzjalment it-tnaqqis fl-ishma mis-suq tal-Unjoni, iż-żieda ta’ 2,6 punti perċentwali fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ta’ dawn il-pajjiżi terzi l-oħra (minn 17,6 % għal 20,2 %), anki b’mod kumulattiv, hija aktar baxxa miż-żieda fis-sehem mis-suq tal-Kambodja, 5,3 punti perċentwali (minn 10,9 % għal 16,2 %) u tal-Myanmar/Burma , 3,9 punti perċentwali (minn 0,1 % għal 4,0 %) (ara t-Tabella 4 hawn fuq). Grafika 3 Tqabbil tal-prezzijiet u tal-kostijiet
|
|
(115) |
Wara analiżi dettaljata tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni osservat li l-pajjiżi esportaturi ewlenin bħat-Tajlandja, l-Indja u l-Pakistan (li ammontaw għal 41 % tal-importazzjonijiet totali tar-ross Indica fl-Unjoni fl-aħħar sena tal-investigazzjoni) għandhom prezzijiet medji konsiderevolment ogħla għall-prodott ikkonċernat meta mqabbla mal-importazzjonijiet mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma , kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. L-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi esportaturi ewlenin għalhekk mhumiex qed jikkawżaw diffikultajiet serji għall-produtturi tal-Unjoni. |
|
(116) |
Id-differenza fil-prezz bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha u l-importazzjonijiet mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma issaħħaħ ukoll il-konklużjoni li prezzijiet aktar baxxi f’volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet ippermettew lill-Myanmar/Burma u lill-Kambodja jespandu malajr l-esportazzjonijiet tagħhom tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li jpoġġi lit-taħħana tar-ross tal-Unjoni f’diffikultajiet serji f’termini ekonomiċi u finanzjarji. Il-Kummissjoni tosserva li l-Kambodja, il-Myanmar/Burma , it-Tajlandja, l-Indja u l-Pakistan kienu jirrappreżentaw bejn 89 % u 92 % tal-importazzjonijiet totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, kif innotat fil-premessa (51), il-volum totali tal-importazzjonijiet mill-Kambodja kien jirrappreżenta 42 % tas-sehem totali tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem tal-Myanmar/Burma jikkorrispondi għal 6,5 %. |
|
(117) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li anki jekk l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha setgħu kkontribwew sa ċertu punt għad-deterjorament ekonomiku mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, dan ma naqqasx ir-rabta kawżali stabbilita mal-importazzjonijiet mill-Kambodja jew mill-Myanmar/Burma . |
|
(118) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRF affermat li n-nuqqas totali ta’ analiżi tal-impatt tar-ross japonica fuq it-taħħana tar-ross indica fl-Unjoni jivvizzja l-analiżi kollha tal-kawżalità. Barra minn hekk, is-CRF sostniet li t-taħħana tar-ross jużaw l-istess makkinarju għat-tħin tar-ross indica u japonica, u huwa fatt stabbilit li t-taħħana jistgħu faċilment jaqilbu bejn iż-żewġ tipi ta’ ross, u li l-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi analiżi komplementari tas-suq tar-ross japonica li tivvaluta l-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-użu, il-profitt u l-impjiegi. |
|
(119) |
Il-Kummissjoni nnotat li s-CRF ma ssostanzjatx il-pretensjoni tagħha li l-Kummissjoni kellha tikkomplementa l-analiżi tal-kawżalità tagħha bil-valutazzjoni tas-suq tar-ross japonica. Is-CRF, lil hinn minn sempliċi dikjarazzjoni, naqset milli tippreżenta evidenza dwar ir-rilevanza tal-iżvilupp tas-suq tar-ross japonica mitħun għas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni tar-ross indica mitħun. Barra minn hekk, anki jekk wieħed jassumi li t-taħħana jistgħu faċilment jaqilbu bejn ross indica u japonica, id-data eżaminata mill-Kummissjoni wriet li ma sar l-ebda adattament peress li l-industrija tal-Unjoni sofriet diffikultajiet serji minħabba l-importazzjonijiet tar-ross indica. Fi kliem ieħor, anki jekk il-produzzjoni ta’ japonica żdiedet f’MY 2015 u MY 2016 wara tnaqqis fil-perjodu MY 2012 sa 2014, tali żvilupp ma naqqasx ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet ta’ indica u d-diffikultajiet serji kkonstatati. Għalhekk, din il-pretensjoni mhijiex issostanzjata. |
|
(120) |
Is-CRF iddikjarat li ma kien hemm l-ebda koinċidenza fiż-żmien bejn l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ profittabbiltà mill-2015/2016 sal-2016/2017. |
|
(121) |
Il-Kummissjoni nnotat li s-CRF identifikat sena waħda mill-perjodu ta’ investigazzjoni u ppreżentatha b’mod iżolat, barra mill-kuntest. Madankollu, il-valutazzjoni tad-diffikultajiet serji tħares lejn ix-xejriet ta’ diversi snin konsekuttivi skont il-mandat tal-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1083/2013. Huma biss ix-xejriet u l-korrelazzjoni tax-xejriet fuq perjodu daqshekk itwal li jistgħu jagħtu stampa affidabbli tad-diffikultajiet serji u l-kawżi tagħhom. Li tħares lejn ix-xejriet matul il-perjodu kollu ta’ investigazzjoni jippermetti lill-awtorità investigattiva ma tiġix imqarrqa minn anomaliji, bħal dak li bbażat fuqu s-CRF fl-argument tagħha. |
|
(122) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni wriet li meta wieħed iħares lejn ix-xejriet matul il-perjodu kollu ta’ investigazzjoni, huwa ċar li l-importazzjonijiet mill-Kambodja żdiedu b’aktar minn 50 % mill-MY 2014 (ara t-Tabella 2 tar-Regolament) u s-sehem mis-suq tagħha żdied bi kważi 5 punti perċentwali. Fl-istess ħin, l-indikaturi ewlenin kollha dwar l-istat tal-industrija tal-Unjoni wrew tnaqqis sinifikanti (ara l-premessa (66) dwar il-produzzjoni, il-premessa (71) dwar l-użu tal-kapaċità, il-premessa (82) dwar l-impjiegi u l-premessa (75) dwar il-bejgħ). Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod ċar il-koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Kambodja u l-ishma mis-suq u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-pretensjoni għalhekk ġiet miċħuda. |
4.3.5. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(123) |
Il-Kummissjoni stabbiliet rabta kawżali bejn id-diffikultajiet serji mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet minn kull pajjiż individwalment, għalhekk mill-Kambodja u, separatament, mill-Myanmar/Burma . Il-Kummissjoni vvalutat ukoll fatturi oħra, b’mod partikolari l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, li setgħu kkontribwew għal dawn id-diffikultajiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma naqqsux ir-rabta kawżali, u għalhekk għad hemm relazzjoni kawżali ġenwina bejn l-importazzjonijiet mill-Kambodja u wkoll mill-Myanmar/Burma u d-diffikultajiet serji tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni sabet li kwalunkwe impatt tal-fattur imsemmi hawn fuq fuq is-sitwazzjoni tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni ma naqqasx ir-rabta bejn il-volum tal-importazzjoni, b’mod speċjali mill-Kambodja, u l-prezzijiet mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma u d-diffikultajiet serji mġarrba mit-taħħana tar-ross tal-Unjoni. |
5. DIVULGAZZJONI
|
(124) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRF affermat li l-Kummissjoni kienet naqset milli tiddivulga l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha li l-Qorti Ġenerali ordnat lill-Kummissjoni tiddivulga, u b’hekk kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha. |
|
(125) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni bħala bla bażi. Il-Kummissjoni tabilħaqq iddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha li abbażi tagħhom ikkonkludiet li r-ross indica kien importat mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma f’volumi u bi prezzijiet li kkawżaw diffikultajiet serji lill-industrija tal-Unjoni u konsegwentement il-miżuri ta’ salvagwardja huma ġġustifikati. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ddivulgat b’Nota għall-fajl bid-data tat-30 ta’ Ottubru 2023 id-data kollha u l-metodoloġija li użat għall-kalkolu tal-konsum u l-indikaturi tad-dannu. Barra minn hekk, wara l-kummenti inizjali tas-CRF dwar in-Nota, il-Kummissjoni rrevedietha u għamlitha disponibbli fil-format rivedut tagħha mill-ġdid fiż-żmien tad-divulgazzjoni finali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kif mitluba mis-CRF estendiet l-iskadenza għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali mit-3 ta’ Jannar 2024 sat-8 ta’ Jannar 2024 u b’hekk is-CRF ingħatat ħamest ijiem addizzjonali għall-kummenti lil hinn mill-erbatax-il jum kalendarju mogħtija mil-liġi. Fir-rigward tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (107)-(109) il-Kummissjoni ddeċidiet li ma twettaqx kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, u għalhekk ma kienx hemm bżonn ta’ divulgazzjoni f’dak ir-rigward. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-dritt tad-difiża tal-partijiet ġie rrispettat u l-pretensjoni tas-CRF għall-kuntrarju hija miċħuda. |
|
(126) |
Is-CRF sostniet ukoll li hija qajmet diversi motivi oħra quddiem il-Qorti Ġenerali li ma ġewx indirizzati, u għalhekk lanqas ma ġew miċħuda mill-Qorti Ġenerali, li wrew illegalitajiet ulterjuri fl-analiżi oriġinali tal-Kummissjoni. Skont is-CRF, dawn il-motivi mhux indirizzati mill-Qorti Ġenerali jkomplu jivvizzjaw l-analiżi attwali tal-Kummissjoni. |
|
(127) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni bħala mhux sostanzjata, b’mod partikolari peress li s-CRF naqset milli tispjega u tissostanzja kif il-pretensjonijiet li kienet ressqet quddiem il-Qorti Ġenerali kienu rilevanti għall-investigazzjoni inkwistjoni. |
|
(128) |
Barra minn hekk, peress li xi wħud mill-kummenti tas-CRF li waslu wara d-divulgazzjoni finali rriżultaw f’reviżjoni tal-valutazzjoni kumulattiva magħmula mill-Kummissjoni, fit-28 ta’ Jannar 2024 il-Kummissjoni bagħtet divulgazzjoni parzjali addizzjonali lis-CRF u għamlitha disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Is-CRF biss issottomettiet kummenti addizzjonali dwar id-divulgazzjoni parzjali addizzjonali li ġew indirizzati fil-premessi (102)-(105). |
6. KONKLUŻJONIJIET FINALI
|
(129) |
Huwa konkluż li r-ross Indica mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma ġie importat f’volumi u bi prezzijiet li kkawżaw diffikultajiet serji lill-industrija tal-Unjoni u konsegwentement miżuri ta’ salvagwardja huma ġġustifikati. |
|
(130) |
Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament SĠP, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni ta’ EUR 175/tunnellata għalhekk jenħtieġ li jiġu kkonfermati u jenħtieġ li jerġgħu jiddaħħlu għall-perjodu bejn it-18 ta’ Jannar 2019 u t-18 ta’ Jannar 2020 segwiti minn tnaqqis progressiv fis-sena 2 (EUR 150/tunnellata) u s-sena 3 (EUR 125/tunnellata). |
|
(131) |
Il-Kummissjoni tqis li l-analiżi u l-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni jindirizzaw bis-sħiħ l-iżbalji identifikati mill-Qorti Ġenerali u hija tal-fehma li l-applikazzjoni tar-regoli, kif iċċarat mill-Qorti Ġenerali, tiġġustifika l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri. |
|
(132) |
Il-Kummissjoni tikkonferma li, kif iddikjarat fir-Regolament inkwistjoni, il-miżuri ta’ salvagwardja jenħtieġ li jiġu liberalizzati progressivament matul dan il-perjodu. Tabilħaqq, ir-Regolament SĠP għandu l-objettiv primarju li jgħin lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-faqar u jġibu ’l quddiem il-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli, billi jgħinhom biex jiġġeneraw, b’mod partikolari, l-impjiegi, l-industrijalizzazzjoni u dħul addizzjonali permezz tal-kummerċ internazzjonali. L-arranġament speċjali Kollox ħlief Armi (EBA), kif stabbilit fir-Regolament SĠP, jgħin lill-pajjiżi l-aktar fqar u dgħajfa tad-dinja biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet tal-kummerċ. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn il-pajjiżi għandhom profil ekonomiku simili. Huma vulnerabbli minħabba bażi ta’ esportazzjoni baxxa u mhux diversifikata u għalhekk igawdu minn ċerti protezzjonijiet skont ir-Regolament SĠP bħal, pereżempju, eżenzjoni minn gradwazzjoni ta’ prodotti u mill-applikazzjoni ta’ salvagwardji awtomatiċi. |
|
(133) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma li t-tnaqqis progressiv fir-rata tad-dazju matul il-perjodu ta’ tliet snin, kif deskritt hawn taħt, huwa ġġustifikat għall-benefiċjarji tal-EBA. |
|
(134) |
Tnaqqis progressiv huwa biżżejjed ukoll biex jiġġieled id-deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni. |
|
(135) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li terġa’ tintroduċi d-dazju tariffarju li ġej għal perjodu ta’ 3 snin.
|
|
(136) |
Peress li l-Kummissjoni kkonfermat li d-dazji jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet magħmula mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma matul il-perjodu bejn it-18 ta’ Jannar 2019 u t-18 ta’ Jannar 2022, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jirrifjutaw kwalunkwe talba għal ħlas lura. |
|
(137) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati msemmi fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjonijiet tar-ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-Myanmar/Burma u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 1006 30 27, 1006 30 48, 1006 30 67 u 1006 30 98 huma introdotti mill-ġdid fir-rigward tal-importazzjonijiet li saru għall-perjodu bejn it-18 ta’ Jannar 2019 u t-18 ta’ Jannar 2022.
2. Id-dazju applikabbli f’EUR għal kull tunnellata tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandu jkun 175 għall-ewwel sena (mit-18 ta’ Jannar 2019 sat-18 ta’ Jannar 2020), 150 għat-tieni sena (mit-18 ta’ Jannar 2020 sat-18 ta’ Jannar 2021) u 125 għat-tielet sena (mit-18 ta’ Jannar 2021 sat-18 ta’ Jannar 2022).
Artikolu 2
L-ebda dazju miġbur skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/67 ma għandu jitħallas lura jew jiġi rimess.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/67 tas-16 ta' Jannar 2019 li jimponi miżuri ta' salvagwardja fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-Myanmar (ĠU L 15, 17.1.2019, p. 5).
(3) Il-kawżi magħquda 97, 193, 99 u 215/86 Asteris vs Il-Kummissjoni EU:C:1988:46, il-paragrafi 27 u 28; u l-Kawża T-440/20 Jindal Saw vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2022:318, il-paragrafu 115.
(4) Il-kawża C-415/96 Spanja vs Il-Kummissjoni, EU:C:1998:533, il-paragrafu 31; il-kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs il-Kunsill EU:C:2000:531, il-paragrafi 80 sa 85; il-kawża T-301/01 Alitalia vs Il-Kummissjoni EU:T:2008:262, il-paragrafi 99 u 142; il-kawżi Magħquda T-267/08 u T-279/08 Région Nord-Pas de Calais vs il-Kummissjoni EU:T:2011:209, il-paragrafu 83.
(5) Il-kawża C-415/96 Spanja vs Il-Kummissjoni EU:C:1998:533, il-paragrafu 31; il-kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs il-Kunsill EU:C:2000:531, il-paragrafi 80 sa 85.
(6) Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni ta’ salvagwardja wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-246/19 fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/67 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ross Indica li joriġinaw fil-Kambodja u l-Myanmar/Burma (ĠU C 18, 19.1.2023, p. 8).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/132 tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward tal-importazzjonijiet tar-ross Indica li joriġinaw mill-Kambodja wara l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni sabiex tiġi implimentata s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-246/19, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/67 (ĠU L 17, 19.1.2023, p. 88)
(8) Coceral hija l-assoċjazzjoni Ewropea tal-kummerċ fiċ-ċereali, iż-żrieragħ żejtnin, ir-ross, il-legumi, iż-żejt taż-żebbuġa, iż-żjut u x-xaħmijiet, l-għalf tal-annimali u l-agroprovvista.
(9) Il-Kawża T-650/17 Jinan Meide Casting Co. Ltd, EU:T:2019:644, il-paragrafi 333–342.
(10) Is-sentenza, il-paragrafi 86-91.
(11) Is-sentenza, il-paragrafu 97.
(12) Nota għall-fajl li tikkonferma l-kampjun tat-taħħana tar-ross tal-Unjoni datat it-8 ta’ Marzu 2023 (t23.001276).
(13) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1083/2013 tat-28 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi regoli marbuta mal-proċedura għall-irtirar temporanju ta’ preferenzi tariffarji u mal-adozzjoni ta’ miżuri ġenerali ta’ salvagwardja skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati, (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 16).
(14) Spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata mid-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali hija disponibbli għall-kalkolu tal-konsum tal-Unjoni fuq il-link li ġejja: https://agriculture.ec.europa.eu/system/files/2019-02/balance-sheet-methodology-for-cereals-oilseeds-rice_en_0.pdf
(15) L-EU-28 hija l-abbrevjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ 28 Stat Membru mill-adeżjoni tal-Kroazja fl-2013 sal-ħruġ tar-Renju Unit fl-2020.
(16) Il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif definit fil-premessa (11) tar-Regolament inkwistjoni, kopra l-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2012 sal-31 ta’ Awwissu 2017. Il-perjodu ta’ żmien minn ħsad sa ħsad komunement jissejjaħ ukoll fl-agrikultura s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni (“MY”) u għar-ross jibda fl-1 ta’ Settembru u jintemm fil-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara (eż. MY 2016 = l-1 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2017).
(17) Il-produzzjoni stmata tal-Unjoni (ara l-kalkolu dettaljat fil-premessa (65) hija kkalkulata billi jiżdiedu l-importazzjonijiet mal-produzzjoni li tista’ tintuża, jitnaqqsu l-esportazzjonijiet ta’ ross bil-ħliefa/bla ħliefa u żrieragħ bl-użu tad-data ppubblikata fin-nota għall-fajl dwar il-konsum tat-30 ta’ Ottubru 2023 (referenza t23.005068) fil-fajl miftuħ aċċessibbli biss għall-partijiet interessati.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/842/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)