|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/149 |
24.1.2025 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/149
tal-15 ta’ Novembru 2024
li temenda l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku li jkun sar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
It-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE jirreferu għal dispożizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u minn passaġġi fuq l-ilma interni. |
|
(2) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dawk il-ftehimiet internazzjonali jiġu aġġornati kull sentejn. L-aħħar verżjonijiet emendati tagħhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025, b’perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2025. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2008/68/KE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2008/68/KE hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl-Anness I, it-Taqsima I.1 hija sostitwita b’dan li ġej: “I.1. ADR Fl-Annessi A u B tal-ADR, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025, huwa mifhum li l-frażi ‘parti kontraenti’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”; |
|
2. |
fl-Anness II, it-Taqsima II.1 hija sostitwita b’dan li ġej: “II.1. RID Fl-Annessi tal-RID, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025, huwa mifhum li l-frażi ‘Stat Kontraenti tal-RID’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”; |
|
3. |
fl-Anness III, it-Taqsima III.1 hija sostitwita b’dan li ġej: “III.1. ADN Fir-Regolamenti annessi tal-ADN, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025, kif ukoll l-Artikolu 3, il-punti (f) u (h), l-Artikolu 8(1) u (3) tal-ADN, huwa mifhum li l-frażi ‘parti kontraenti’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2025. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/68/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2025/149/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)