<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-356/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0356</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:633">EU:C:2020:633</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20200903">3.9.2020</DATE> – Kawża C‑356/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Delfly</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien jew ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet ta’ kumpens</KEYWORD><KEYWORD>Talba espressa fil-munita nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-għażla tal-munita mill-kreditur</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑356/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Rejonowy dla m. st. Warszawy XV Wydział Gospodarczy (il-Qorti Distrettwali tal-Belt ta’ Varsavja, il‑15‑il Sezzjoni Kummerċjali, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190416">16 ta’ April 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190503">3 ta’ Mejju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Delfly sp. z o.o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Smartwings Poland sp. z o. o., li kienet Travel Service Polska sp. z o.o.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn L. S. Rossi, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Delfly sp. z o.o., minn J. Pruszyński, adwokat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Smartwings Poland sp. z o. o., li kienet Travel Service Polska sp. z o.o., minn M. Skrzypek, adwokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Sasinowska u N. Yerrell, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Delfly sp. z o. o. u Smartwings Poland sp. z o. o., li kienet Travel Service sp. z o.o., kumpannija tat-trasport bl-ajru, dwar talba għal kumpens abbażi tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 1 tar-Regolament Nru 261/2004 hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Azzjoni [mill-Unjoni Ewropea] fil-qasam ta’ transport permezz ta’ l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri. ’Il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur b’mod ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Dan ir-Regolament għandu japplika:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru għal liema japplika t-Trattat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab f’pajjiż terz għal ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Mebru għal liema japplika t-Trattat, kemm-il darba rċievu vantaġġi jew kumpens u ġew mogħtija assistenza f’dak il-pajjiż terz, jekk il-trasportatur ta’ l-ajru li qed jopera tat-titjira in kwistjoni hu trasportatur Komunitarju.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Dritt għall-kumpens<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1500 kilometru jew inqas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn 1500 kilometru, u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn 1500 u 3500 kilomentru:</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>EUR 600 għat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fid-determinazzjoni tad-distanza, il-bażi għandha tkun l-aħħar destinazzjoni ġo liema l-fatt li l-persuna ma tħallietx titla’ jew il-kanċellazzjoni ser iddewwem il-wasla tal-passiġġier wara l-ħin skedat.</P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumpens imsejjaħ fil-paragrafu 1 għandu jiġi mħallas fi flus, permezz ta’ trasferiment tal-bank elettroniku, ordnijiet tal-bank jew ċekkijiet tal-bank jew, bil-ftehim iffirmat tal-passiġġier, f’irċevuti tal-vjaġġ u/jew servizzi oħrajn.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 321 tal-ustawa Kodeks postępowania cywilnego (il-Liġi dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) tas‑<DATE ISO="19641117">17 ta’ Novembru 1964</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-qorti hija pprojbita milli tiddeċiedi fuq talba li ma tkunx tressqet quddiemha u milli tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 505<HT TYPE="SUP">1</HT> ta’ dan il-kodiċi, li jirregola l-proċedura semplifikata, jipprovdi li din tapplika għal domandi li jirriżultaw minn kuntratti, meta l-valur tas-suġġett tat-tilwima ma jaqbiżx <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> zloty Pollakk (PLN) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">4487</FT>) u, għal talbiet li jirriżultaw minn kawżjoni, minn garanzija ta’ kwalità jew minn nuqqas ta’ konformità kuntrattwali ta’ oġġetti mibjugħa lill-konsumaturi, meta l-valur tas-suġġett tal-kuntratt ma jaqbiżx l-imsemmi ammont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 505<HT TYPE="SUP">4</HT>(1) tal-imsemmi kodiċi hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kull bidla tat-talba hija inammissibbli.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-Kodiċi Ċivili</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 358 tal-ustawa Kodeks cywilny (il-Liġi dwar il-Kodiċi Ċivili) tat‑<DATE ISO="19640423">23 ta’ April 1964</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (Dz. U. tal‑2018, intestatura 1025), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="358.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-obbligu li għandu jitwettaq fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja jkollu bħala suġġett somma ddenominata f’munita barranija, id-debitur jista’ jwettaq il-ħlas fil-munita Pollakka, sakemm ma jkunx hemm liġi, id-deċiżjoni ġudizzjarja li minnha joriġina l-obbligu jew att legali li jipprevedi li l-ħlas jista’ jitwettaq biss f’munita barranija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="358.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-valur tal-munita barranija huwa kkalkolat skont ir-rata tal-kambju medja ppubblikata mill-Bank Ċentrali tal-Polonja fid-data li fiha l-ħlas huwa dovut, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja f’liġi, f’deċiżjoni ġudizzjarja jew f’att legali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="358.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-debitur iħallas tard, il-kreditur jista’ jeżiġi l-eżekuzzjoni tal-ħlas fil-munita Pollakka bir-rata tal-kambju medja ppubblikata mill-Bank Ċentrali tal-Polonja fid-data tal-ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>X kellha riżervazzjoni kkonfermata mal-kumpannija tat-trasport bl-ajru Smartwings Poland, li kienet Travel Service, stabbilita f’Varsavja (il-Polonja), għal titjira li kienet tippermettilha tmur mill-belt A, li tinsab f’pajjiż terz, għall-belt B, li tinsab fil-Polonja. Fit‑<DATE ISO="20170723">23 ta’ Lulju 2017</DATE>, hija ppreżentat ruħha fil-ħin għat-tlugħ fuq din it-titjira. It-titjira ttardjat b’iktar minn tliet sigħat. Ma ġiex stabbilit li X kienet ibbenefikat minn benefiċċji, minn kumpens jew minn assistenza fil-pajjiż terz tat-tluq, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>X, peress li setgħet titlob kumpens ta’ ammont ta’ EUR 400, skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament, ittrasferixxiet il-kreditu tagħha lil Delfly, kumpannija stabbilita f’Varsavja. Sussegwentement, Delfly talbet lill-qorti tar-rinviju tordna lil Smartwings Poland, li kienet Travel Service tħallasha s-somma ta’ PLN 1 698.64, li, skont ir-rata tal-kambju ffissata mill-Bank Ċentrali tal-Polonja fid-data tal-preżentata tat-talba għal kumpens, kienet ekwivalenti għal EUR 400. Mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn din il-qorti jirriżulta li, konformement mal-Artikolu 505<HT TYPE="SUP">1</HT> tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, it-tilwimiet marbuta ma’ obbligi kuntrattwali għandhom obbligatorjament jinstemgħu skont il-proċedura msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>semplifikata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, meta l-ammont inkwistjoni ma jaqbiżx PLN <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">4487</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Smartwings Poland, li kienet Travel Service talbet li t-talba għal kumpens tiġi miċħuda minħabba, b’mod partikolari, li din kienet ġiet espressa, kuntrarjament għar-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali, f’munita żbaljata, jiġifieri fi zloty Pollakk (PLN) u mhux f’euro. Il-qorti tar-rinviju tesponi li, fil-kuntest tal-proċedura msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>semplifikata<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 505<HT TYPE="SUP">4</HT>(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili ma tipprevedi l-ebda possibbiltà li t-talba tiġi emendata. Issa, skont l-imsemmija qorti, il-bidla tal-munita li fiha t-talba hija espressa, jiġifieri l-fatt li l-kreditu ta’ ammont ta’ EUR 400 ta lok għal talba għal rimbors magħmula fil-munita nazzjonali, għandha titqies bħala emenda tat-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-Artikolu 358 tal-Liġi dwar il-Kodiċi Ċivili tat‑<DATE ISO="19640423">23 ta’ April 1964</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, ġie interpretat mis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) fis-sentenza tagħha tas‑<DATE ISO="20120516">16 ta’ Mejju 2012</DATE> mogħtija fil-Kawża III CSK 273/11. Hija tesponi li l-kreditu inkwistjoni f’din il-kawża kien iddenominat f’munita barranija u li l-partijiet ma kinux ftiehmu dwar l-aċċettabbiltà tal-konverżjoni tagħha fi zloty Pollakk (PLN). Peress li d-debitur ma kienx għażel li jħallas is-somma dovuta fil-munita Pollakka u ma kienx hemm ftehim bejn il-partijiet dwar dan is-suġġett, is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) qieset li l-kreditur seta’ jitlob il-ħlas biss f’munita barranija. Għall-imsemmija qorti suprema, huwa biss id-debitur li għandu d-dritt li jagħżel il-munita li fiha huwa ser jissodisfa l-obbligu tiegħu, kemm jekk iħallas fit-terminu previst kif ukoll b’dewmien sempliċi jew ikkwalifikat. Fil-każ ta’ dewmien ikkwalifikat mid-debitur fl-eżekuzzjoni ta’ talba li għandha bħala suġġett somma flus espressa f’munita barranija, il-kreditur għandu biss id-dritt li jagħżel ir-rata tal-kambju li għandha tiġi applikata. Barra minn hekk, id-dritt tal-kreditur li jagħżel ir-rata tal-kambju jeżisti biss jekk id-debitur ikun għażel il-munita Pollakka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva wkoll li din is-sentenza wasslet għal ġurisprudenza li b’applikazzjoni tagħha l-qrati nazzjonali jiċħdu talbiet għal kumpens għall-konsegwenzi ta’ titjira li ttardjat, li fihom it-talba kienet ġiet espressa fil-munita nazzjonali, filwaqt li l-kreditu kien iddenominat f’munita barranija. Il-qorti tar-rinviju tesponi li huwa impossibbli, għal qorti, li tiddeċiedi f’tali każ minħabba l-projbizzjoni imposta fuqha, skont l-Artikolu 321(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, li tagħti deċiżjoni fuq talba li ma tressqitx quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, id-domandi tal-qorti tar-rinviju jirriżultaw mill-fatt li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 261/2004 ma humiex interpretati b’mod uniformi mill-qrati Pollakki fir-rigward tas-soluzzjonijiet li għandhom jingħataw f’tilwimiet li fihom l-applikant jitlob kumpens, espress fil-munita nazzjonali, għad-dannu li ġie kkawżat lilu minħabba d-dewmien ta’ titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Rejonowy dla m. st. Warszawy XV Wydział Gospodarczy (il-Qorti Distrettwali tal-Belt ta’ Varsavja, il‑15‑il Sezzjoni Kummerċjali, il-Polonja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tar-[Regolament Nru 261/2004] għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tirregolax biss il-portata tal-obbligu tal-ħlas ta’ kumpens iżda wkoll il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-passiġġier jew l-aventi kawża tiegħu jista’ jeżiġi, b’mod validu, il-ħlas tal-ammont ta’ EUR 400 f’munita oħra, b’mod partikolari fil-munita nazzjonali tal-post ta’ residenza tal-passiġġier li t-titjira tiegħu ġiet ikkanċellata jew ittardjat?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, skont liema kriterji għandha tiġi ddeterminata l-munita li fiha l-passiġġier jew l-aventi kawża tiegħu jista’ jitlob il-ħlas u liema rata ta’ skambju għandha tapplika?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) jew dispożizzjonijiet oħrajn tar-[Regolament Nru 261/2004] jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regoli tad-dritt nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni ta’ obbligi li jipprevedu li t-talba ta’ passiġġier jew tal-aventi kawża tiegħu għandha tiġi miċħuda għas-sempliċi raġuni li dan ikun esprima t-talba b’mod żbaljat fil-munita nazzjonali tal-post ta’ residenza tal-passiġġier, minflok f’euros, konformement mal-Artikolu 7(1) tar-regolament?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-Regolament Nru 261/2004, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu, għandux jiġi interpretat fis-sens li passiġġier, li t-titjira tiegħu ġiet ikkanċellata jew ittardjat sinjifikattivament, jew l-aventi kawża tiegħu, jistax jeżiġi l-ħlas tal-ammont ta’ kumpens imsemmi f’din id-dispożizzjoni fil-munita nazzjonali li għandha valuta legali fil-post ta’ residenza tiegħu, b’tali mod li l-imsemmija dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika ġurisprudenzjali ta’ Stat Membru li tipprevedi li t-talba magħmula għal dan l-għan minn tali passiġġier jew mill-aventi kawża tiegħu għandha tiġi miċħuda għas-sempliċi raġuni li dan ikun esprimiha f’din il-munita nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004 jipprevedi li, meta jsir riferiment għal dan l-artikolu, il-passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li l-ammont tiegħu jvarja minn EUR 250 sa EUR 600 skont id-distanza koperta mit-titjiriet ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 261/2004, il-kumpens dovut skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament għandu jitħallas fi flus, permezz ta’ trasferiment bankarju elettroniku, permezz ta’ trasferiment bankarju jew b’ċekk jew, bil-ftehim iffirmat tal-passiġġier, fil-forma ta’ vouchers tal-ivvjaġġar u/jew servizzi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Minn paragun tal-formulazzjonijiet rispettivi tal-paragrafu 1 u tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu 7 jirriżulta li, għalkemm il-ħlas tal-imsemmi kumpens jista’ jsir, skont il-każ, permezz ta’ wieħed mill-modalitajiet li jkunu previsti fih, madankollu, l-ebda flessibbiltà paragunabbli ma hija prevista b’mod espliċitu fir-rigward ta’ munita nazzjonali, li ma hijiex l-euro, li fiha dan il-kumpens għandu jitħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, minn dan il-paragun ma jistax jiġi dedott, billi jsir riferiment għal argument <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, li flessibbiltà fir-rigward tal-munita nazzjonali, li ma hijiex l-euro, hija eskluża <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-għan prinċipali li għandu jintlaħaq mir-Regolament Nru 261/2004 jikkonsisti, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 1 tiegħu, f’li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>van der Lans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑257/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:618">EU:C:2015:618</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, konformement ma’ dan l-għan, id-dispożizzjonijiet li jagħtu drittijiet lill-passiġġieri tal-ajru għandhom jiġu interpretati b’mod wiesa’ (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Finnair</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑22/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:604">EU:C:2012:604</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Regolament Nru 261/2004 huwa intiż sabiex jikkumpensa, b’mod standardizzat u immedjat, id-danni differenti li jikkostitwixxu l-inkonvenjenzi serji fit-trasport bl-ajru tal-passiġġieri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>IATA u ELFAA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:10">EU:C:2006:10</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u, b’mod partikolari, sabiex jikkumpensa lill-passiġġieri li jkunu leżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, il-fatt li d-dritt għal kumpens għal tali danni huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-kumpens dovut għandu jitħallas lill-passiġġier leż f’euro, bl-esklużjoni ta’ kull munita nazzjonali oħra, iwassal sabiex jillimita l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt u ma jissodisfax, għaldaqstant, ir-rekwiżit ta’ interpretazzjoni wiesgħa mfakkar fil-punt 24 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 261/2004 japplika għall-passiġġieri, mingħajr ma ssir distinzjoni bejniethom, abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post ta’ residenza, peress li l-kriterju rilevanti huwa dak imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) u (b) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri l-post fejn jinsab l-ajruport tat-tluq ta’ dawn il-passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-passiġġieri li jibbenefikaw minn dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jitqiesu bħala li huma kollha f’sitwazzjonijiet paragunabbli, peress li huma kollha kemm huma għandhom jikkumpensaw, b’mod standardizzat u immedjat, id-dannu li jista’ jiġi kkumpensat bis-saħħa ta’ dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kull att tad-dritt tal-Unjoni, bħar-Regolament Nru 261/2004, għandu jiġi interpretat, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod konformi mad-dritt primarju kollu, inkluż b’konformità mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jirrikjedi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li tiġi imposta kundizzjoni li abbażi tagħha l-ammont tal-kumpens previst fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004, mitlub mill-passiġġier leż jew mill-aventi kawża tiegħu, jista’ jitħallas biss f’euro, bl-esklużjoni, bħal fil-kawża prinċipali, tal-munita li għandha valuta legali fi Stat Membru li ma jagħmilx parti miż-żona tal-euro, jista’ jwassal għal differenza fit-trattament tal-passiġġieri leżi jew tal-aventi kawża tagħhom, mingħajr ma tkun tista’ tiġi invokata l-ebda ġustifikazzjoni oġġettiva għal din id-differenza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li jkun inkompatibbli mar-rekwiżit li jikkonsisti f’interpretazzjoni wiesgħa tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru msemmija fir-Regolament Nru 261/2004, kif ukoll mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-passiġġieri leżi u tal-aventi kawża tagħhom, li passiġġier li jibbenefika mid-dritt għal kumpens abbażi tal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament jiġi rrifjutat li jkun jista’ jeżiġi l-ħlas tal-ammont ta’ dan il-kumpens fil-munita nazzjonali li għandha valuta legali fil-post ta’ residenza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat li, fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-ħlas tal-ammont tal-kumpens dovut fil-munita nazzjonali li għandha valuta legali fil-post ta’ residenza tal-passiġġieri kkonċernati neċessarjament jippreżumi tranżazzjoni ta’ konverżjoni tal-euro lejn din il-munita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, peress li r-Regolament Nru 261/2004 ma jinkludi l-ebda indikazzjoni, il-modalitajiet tat-tranżazzjoni ta’ konverżjoni, inkluż l-iffissar tar-rata tal-kambju applikabbli għaliha, għandhom jibqgħu jaqgħu taħt id-dritt intern tal-Istati Membri, bl-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li r-Regolament Nru 261/2004, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier, li t-titjira tiegħu ġiet ikkanċellata jew ittardjat sinjifikattivament, jew l-aventi kawża tiegħu,<?PAGE NO="7"?> jista’ jeżiġi l-ħlas tal-ammont ta’ kumpens imsemmi f’din id-dispożizzjoni fil-munita nazzjonali li għandha valuta legali fil-post ta’ residenza tiegħu, b’tali mod li l-imsemmija dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika ġurisprudenzjali ta’ Stat Membru li tipprevedi li t-talba magħmula għal dan l-għan minn tali passiġġier jew mill-aventi kawża tiegħu għandha tiġi miċħuda għas-sempliċi raġuni li dan ikun esprimiha f’din il-munita nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier, li t-titjira tiegħu ġiet ikkanċellata jew ittardjat sinjifikattivament, jew l-aventi kawża tiegħu, jista’ jeżiġi l-ħlas tal-ammont ta’ kumpens imsemmi f’din id-dispożizzjoni fil-munita nazzjonali li għandha valuta legali fil-post ta’ residenza tiegħu, b’tali mod li l-imsemmija dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika ġurisprudenzjali ta’ Stat Membru li tipprevedi li t-talba magħmula għal dan l-għan minn tali passiġġier jew mill-aventi kawża tiegħu għandha tiġi miċħuda għas-sempliċi raġuni li dan ikun esprimiha f’din il-munita nazzjonali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>