|
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1565
tal-4 ta' Settembru 2019
dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Azzjonijiet dwar l-Emerġenza Klimatika”
(notifikata bid-dokument C(2019) 6388)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Azzjonijiet dwar l-Emerġenza Klimatika” jirreferi għal li ġej: “Nappellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ l-azzjoni dwar l-emerġenza klimatika f'konformità mal-limitu ta' tisħin ta' 1,5°. Dan ifisser għanijiet klimatiċi aktar ambizzjużi u appoġġ finanzjarju għall-azzjoni klimatika.” |
|
(2) |
L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal li ġej: “L-UE għandha taġġusta l-għanijiet tagħha (NDC) skont il-Ftehim ta' Pariġi għal tnaqqis ta' 80 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030, biex tilħaq nett ta' -0 sal-2035 u taġġusta l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-klima skont dan. Għandu jiġi implimentat Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera tal-UE. Ma għandu jiġi ffirmat l-ebda trattat dwar il-kummerċ ħieles ma' pajjiżi sħab li ma jsegwux perkors kompatibbli ta' 1,5° skont is-Servizz ta' Traċċar tal-Azzjoni Klimatika. L-UE għandha toħloq materjal edukattiv b'xejn għall-kurrikuli kollha tal-imsieħba dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima.” |
|
(3) |
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-UE u jkompli jtejjeb il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi, fost l-oħrajn, jipprovdi lil kull ċittadin bid-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. |
|
(4) |
Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
|
(6) |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq xi proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament. |
|
(7) |
Barra minn hekk, ġie ffurmat il-kumitat taċ-ċittadini u l-persuni ta' kuntatt inħatru skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament, u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija manifestament abbużiva, fiergħa jew vessatorja, u lanqas ma tidher li tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni, kif stipulati fl-Artikolu 2 tat-TUE. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Azzjonijiet dwar l-Emerġenza Klimatika” tiġi rreġistrata. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Azzjonijiet dwar l-Emerġenza Klimatika” hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta' Settembru 2019.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Azzjonijiet dwar l-Emerġenza Klimatika”, irrappreżentati mis-Sur Thomas EITZENBERGER u s-Sinjura Astrid Cecilie BUDOLFSEN, bħala persuni ta' kuntatt.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
L-Ewwel Viċi President